Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12272 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Trabi reġistrati b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw it-trabi tagħhom bħala minn unknown father fl-aħħar 15-il sena, sena b'sena sa Settembru 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li ma teżistix statistika ta' single mothers taħt il-15-il sena li kienu ddikjaraw unknown father għal dawn l-aħħar 15-il sena, sena b'sena.
Leg 11 PQ #12273 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paule — dħul ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' missier, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u li fuq talba tiegħu qiegħed jitlob biex ibnu jiddaħħal fir-Residenza San Vinċenz De Paule fuq parir ta' professur, peress li huma puplettiku/trux/mutu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12426 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċentru Smartkids fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta nfetaħ iċ-ċentru Smartkids fil-Qawra? X'tip ta' kollaborazzjoni kien hemm mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar meta nfetaħ dan iċ-ċenrtu? U issa li nfetaħ, x'tip ta' kollaborrazzjoni qed ikun hemm mal-istess kunsill lokali biex jitmexxa dan iċ-ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #12479 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Akkomodazzjoni Soċjali — units

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew u kemm ġew allokati units residenzjali ġodda f’Għawdex u f’Malta separatament, għall-akkomodazzjoni soċjali kull sena mill-2004 sal-lum ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni lokalità lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proprjetà għall-użu ta' day centre fil-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12078 u 10711 u ċioe: Peress li l-Gvern għandu ħafna proprjetà reġistrata f'ismu ġewwa l-Belt Kapitali, jista' jara tistax tiġi identifikata proprjetà adatta għall-użu ta' day centre peress li l-persentaġġ ta' anzjani ġol-Belt huwa sew ogħla mill-medja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Part-time social assistants

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12070 u ċioe: Peress li kienu għalqu l-applikazzjonijiet għal part-time social assistants f'Lulju li għadda, jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ingaġġati dawk magħżula?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Outpatients — referral letter

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12073 u ċioe: Peress li r-referral letter tat-tobba trid tiġi ppreżentata meta jsir appuntament fl-outpatients, jista' l-Ministru jgħid għaliex għadhom jinsistu li l-pazjent jerġa' jippreżenta l-ittra tat-tabib, b'inkonvenjenza bla ħtieġa għall-pazjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li meta pazjent jitlob appuntament fir-reception prinċipali tal-isptar, ir-referral letter tiġi ppreżentata lir-receptionist biex din tkun iggwidata ma’ liema konsulent u/jew klinika għandu jsir l-appuntament. Fil-ġurnata tal-appuntament, il-pazjent jippreżenta l-istess referral letter tat-tabib lill-konsulent biex dan ikun jista’ jaqra dak li jkun kiteb it-tabib li rrefera l-pazjent rigward il-problema medika tal-pazjent.

Acupuncture — Sessjonijiet lill-pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12082 u 11093 u jgħid kemm-il sessjoni ta' acupuncture issir kuljum? Kemm hu n-numru ta' pazjenti li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz? Kemm hu numru ta' pazjenti li qegħdin jiġu followed up? Dawn tal-aħħar, kemm ilhom jingħataw dan is-servizz bħala medja?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li ssir sessjoni waħda ta’ acupuncture kuljum mit-Tnejn sas-Sibt. F’kull sessjoni jiġu ttrattati madwar 20 pazjent. Hemm 223 pazjent li qed jistennew l-ewwel appuntament għal dan is-servizz. Hemm 119 appuntamenti ‘follow up’ ibbukkjati fuq il-Patient Administration System tal-klinika. It-tul ta’ żmien li pazjent jingħata dan is-servizz ivarja skond il-marda tal-pazjent u l-progress li jsir fil-kundizzjoni tiegħu. Hemm pazjenti li ilhom jieħdu dan is-servizz għal 13-il sena.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12084, 11491, 10402, 9473, 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u ċioe: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12519 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ftehim mal-Gvern Olandiż — tilqim kontra l-virus A H1N1

Question

Billi fl-aħħar jiem kien rappurtat li l-Gvern Malta laħaq ftiehem mal-Gvern Olandiż dwar it-tilqim kontra l-virus A H1N1, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm-il tilqima se tinxtara mill-Gvern Malti? b) meta se jibdew jiġu impurtati l-ewwel tilqim u fuq liema perjodu ta' żmien se jiġu impurtati it-tilqim kontra l-virus A H1N1? ċ) jikkonferma l-Ministru li n-nefqa hi skond kif deher fil-ġurnali (jiġifieri bejn €4 miljun u €5 miljun)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12521 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11014 u jgħid kemm kien id-dejn mas-suppliers tal-mediċini u surgical equipment fil-31 ta' Diċembru, 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12537 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Telefonati fuq il-linja 179

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq il-linja 179 minn Jannar 2009 sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Jista' jagħti breakdown tas-suġġetti trattat f'dawn it-telefonati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12540 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Infermiera — flus dovuti lilhom

Question

B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5785 tad-9 ta’ Frar 2009 u 8741 tas-26 ta’ Mejju 2009 u mistoqsija parlamentari 12153 jista’ l-Ministru jgħid: a) Meta bdiet l-iskema għas-sussidju lill-infermiera skont il-Continuing Professional Development Activities? b) Kemm-il applikazzjoni saret minn dakinhar ‘l hawn? ċ) Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu s’issa u x’kien l-ammont ta’ sussidju mħallas lill-infermiera? d) Għalxiex intalab dan is-sussidju? e) Kemm baqa’ applikazzjonijiet pendenti u meta hu mahsub li jitħallas is-sussidju dovut partikolarment ta’ dawk l-infermiera li applikaw kważi sena ilu? f) Sakemm hu maħsub li se tibqa’ din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12558 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

San Vincenz de Paule — anzjana li mietet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12279 u 11829 u jgħid jekk kenitx infetħet investigazzjoni dwar rapport li kien deher f'gazzetta lokali f'Settembru 2008 dwar anzjana ta' 81 sena li mietet f'San Vincenz de Paule u li tpoġġiet fil-kamra mortwarja ta' l-istess sptar fuq mejda ta' l-injam, b'rasha sserraħ fuq landa tat-tip li jintużaw biex fihom jinżamm l-ilma jew xi tip ta' likwidu ieħor bħal diesel? Jekk infetħet din l-investigazzjoni, x'irriżulta u x'passi ttieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12559 Sitting 160 2009-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Liġi ta' l-Adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12280 u 7981 u jgħid x'passi se jieħu l-Gvern wara d-deċiżjoni mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali riċentement dwar kif il-Liġi ta' l-Adozzjoni fil-preżent tmur kontra d-drittijiet ta' koppji miżżewġin li jkunu jridu jadottaw tfal?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li qed jiġu mħejjija emendi għall-artiklu tal-kodiċi ċivili ta' Malta pertinenti għal-każ u għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta ta' April 2009.
Leg 11 PQ #8319 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mellieħa — Dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani rikoverati fid-Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Minn liema lokalita` ġejjin dawn l-anzjani? Kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu f’din id-dar u minn liema lokalitajiet huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm 130 anzjan fid-Dar tal-Anzjani tal-Mellieħa - 89 nisa u 41 irġiel. In-numru ta' anzjani jistennew biex jidħlu fid-Dar tal-Mellieħa huwa 127. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

servizzi ta' on call fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il professjoni hemm on call u tagħti servizz li tista tissejjaħ kull ħin matul il-ġurnata kollha, is-sena kollha ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm-il darba ssejħu dawn il-professjonijiet għal xogħol bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid professjoni bi professjoni kemm qed jiġi jiswa lid-Dipartiment tas-Saħħa biex iżomm dan is-servizz? Jista' jgħid min jiddeċiedi jekk servizz għandux joffri l-on call jew le?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm 43 professjoni li jkunu on call u jagħtu servizz li jista’ jissejjaħ kull ħin matul il-ġurnata kollha, is-sena kollha. Matul il-perjodu Jannar sa Settembnru 2009, dawn il-professjonisti issejħu 702 darba. L-ispiża totali ghal dawn is-sejhiet kienet ta’ €226,887. Meta tinħass il-ħtieġa ta’ ta’ servizz barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol, l-amministrazzjoni tas-sezzjoni rispettiva tressaq talba lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u Amministrazzjoni ta’ l-isptar. Din it-talba tiġi analizzata u, jekk tkun konfermata, tittieħed deciżjoni jekk jinbidilx ir-roster jew inkella tiġix introdotta sistema tal- on call . Meta tkun indikata is-sistema ta’ l- On Call , toħroġ sejħa biex kull min huwa interessat ikun jista’ japplika. Hemm professjonijiet li l- On Call huwa parti mix-xogħol u fil-fatt ikun inkluż fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji tal-professjonijiet, id-drabi li kien hemm bżonn ta’ servizzi on call u l-ispiza relattiva għal kull professjoni.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq bejn Jannar u Settembru 2009 fil-manutenzjoni tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Nisab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2009 intefqu €4,891,825 fil-manutenzjoni tal-Isptar Mater Dei.