Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali -Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ħal Tarxien - Triq Paola — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni x-xogħlijiet fil-bidu ta’ Triq Paola, f’Ħal Tarxien qed idumu biex jitlestew u kemm huwa previst li ser idumu biex jitlestew?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Kalkara - Triq li tagħti mill-Bajja tar-Rinella għall-Fortizza — Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11309 u 12940, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju jinsabu l-pjanijiet tax-xogħlijiet biex it-triq li mill-Bajja tar-Rinella tagħti għall-Fortizza fil-Kalkara, tiġi rranġata qabel ma ssir aktar ħsara?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Kalkara - Rinella — Restawr fil-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19774, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħlijiet fuq il-ħajt fil-kumpless ta’ Bighi, fir-Rinella l-Kalkara, jinsabu weqfin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq il-ħajt tal-Bajja tar-Rinella kienu sospiżi matul ix-xhur tas-sajf minhaħabba li l-bajja tkun qed tintuża għal-għawm.  Il-kuntrattur ta’ Infrastructure Malta reġa kompla bix-xogħolijiet fix-xahar ta’ Settembru.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn u Triq is-Santwarju – Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti dwar binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar? Jista’ jgħid ukoll x’azzjoni ttieħdet mill-Kunsill Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar irċieva sitt rapporti relatati ma’ binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju. L-ilmenti li kienu relatati mal-kundizzjoni tal-bankina ġew riferuti lill-BCA, rigward l-ilmenti relatati ma’ ġrieden ħerġin mil-binja nitlob l-Onor. Interpellant tirreferi ukoll għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 30145.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23919 fejn intqal li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 28651.

Ħal Qormi - Zuntier tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ — Xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ restawr taz-zuntier tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26926.

Is-Siġġiewi - Zuntier tal-Knisja Parrokkjali — Xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Il-Fgura — Triq il-Karmnu - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq il-Karmnu, il-Fgura?  Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiswew u meta huma mistennija li jkunu lesti dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23762, jista’ l-Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 23762, il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impjieg. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni addizzjonali ma dik li poġġejt mal-Mistoqsija Parlamentari 23762 peress li min April 2025 meta twieġbet il-mistoqsija indikata kien hemm tibdil fid-dikasteru tal-Ministeru.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja — Xogħlijiet

Question

Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ partijiet minn Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-partijiet mit-triq indikata li jeħtieġu manutenzjoni ser jiġu indirizzati skont l-iskeda tax-xogħlijiet li qed tinżamm mill-Kunsill. F’dan il-mument, il-Kunsill m’għandux data ta’ meta ser isir dan ix-xogħol minħabba li dan ma jiddependix biss mill-Kunsill.

Ħal Qormi – Triq il-Ħammieri — Xogħlijiet

Question

Peress li bosta residenti Qriema qed jilmentaw dwar l-istat ħażin ta’ partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li l-partijiet mit-Triq il-Ħammieri li jeħtieġu manutenzjoni ser jiġu indirizzati skont l-iskeda tax-xogħlijiet li qed tinżamm mill-Kunsill. F’dan il-mument, il-Kunsill m’għandux data ta’ meta ser isir dan ix-xogħol minħabba li dan ma jiddependix biss mill-Kunsill.

Santa Luċija — Triq Bice Mizzi Vassallo - Parking Bays Ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew awtorizzati l-parking bays il-ġodda fi Triq Bice Mizzi Vassallo, f’Santa Luċija, għaliex huma ta’ periklu għall-ħajja u s-sigurtà ta’ terzi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 30209.

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29964 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sezzjoni Kunsill Lokali Ministeru Żejtun, Kirkop, Għaxaq, Żurrieq, Marsascala Segretarjat Parlamentari Isla, Żabbar Corporate Services Directorate Safi Heritage Malta Ħamrun, Żejtun Lands Authority Luqa Malta Libraries Żabbar MICAS Msida Restoration and Preservation Department Marsaxlokk Culture Directorate San Lawrenz

San Pawl il-Baħar — Artijiet tal-Gvern fl-iskema tal-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-artijiet tal-Gvern li jinsabu fl-iskema tal-bini fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tas-siti kkonċernati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tippreċiża l-mistoqsija tagħha u tispeċifika għal liema sit jew siti qed tirreferi.

Marsaxlokk — Trejqa fi Triq Delimara mgħoddija lill-privat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25770, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li trejqa fi Triq Delimara, Delimara (in-naħa tal-Kalanka t-Tawwalija) li ilha triq pubblika għal aktar minn sittin sena u li tipprovdi aċċess għal diversi għelieqi, parti mill-bajja, eċċ. ġiet mgħoddija lill-privat u għalhekk l-aċċess ta’ din it-triq ġie mblukkat minn terzi b’mod u manjiera li qed jiġi mċaħħad l-aċċess u l-użu pubbliku ta’ din it-trejqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Inkun grat jekk l-Onor. Interpellant ġentilment jipprovdi indikazzjoni (idealment permezz ta' mappa jew site plan) għal liema trejqa qed jirreferi fil-mistoqsija.

National Arts Council — CEO

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kif ħarġet is-sejħa għas-CEO tan-National Arts Council?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li huwa importanti li jiġi ċċarat li l-isem korrett huwa Arts Council Malta u mhux National Arts Council. Barra minn hekk, il-proċess kien dak kontemplat skont l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti (Att XV tal-2015).

L-Għar ta’ Calypso

Question

Fid-dawl li l-Għar ta’ Calypso ilu magħluq mill-2012, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fuq dan il-proġett minn meta nħareġ il-permess f’Marzu tal-2024? Peress illi l-permessi meħtieġa nħarġu iżda x-xogħol jidher li qatt ma beda u peress illi l-istudji kollha suppost saru, jista’ jgħid meta hu fil-fatt mistenni li jibda u jitlesta dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.