Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fis-snin 2013, 2014, 2015 u 2018 ma ntefqux flus fuq is-servizz deskritt, filwaqt li fis-sena 2017 intefqu € 183,000.

Għassa tal-Pulizija ta’ Marsaxlokk — rilokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet li l-Għassa tal-Pulizija ta' Marsaxlokk tiġi rilokata? F’każ li se tiġi rilokata, x'inhi r-raġuni għal tali rilokazzjoni u fejn hemm il-ħsieb li tiġi rilokata din l-Għassa tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm taħditiet dwar il-possibiità ta’ rilokazzjoni imma għadha ma ttieħditx deċiżjoni finali.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5165 u jispjega kif kien hemm preżenza tal-Pulizija fil-Birgu waqt li kien qed isir sparar fuq il-ħamiem liema mod jammonta għall-moħqrija tal-annimali u hu metodu kundannabli kif stqarr l-istess Kummissarju tal-Annimali? Billi l-moħqrija fuq l-annimali hu att kundannabli bil-liġi kif spjega l-istess Ministru, u li l-Pulizija kienet preżenti id f’id ma’ min kien qed jikkommetti dan l-att ta’ moħqrija tal-annimali, u minflok qdiet dmirha u ħadet passi kontra min ordna li jsir sparar fuq il-ħamiem u joħloq tbatija bla bżonn lil dan il-ħamiem, meta hemm alternattivi oħrajn ferm aktar umani u effettivi kif tiġi kontrollata l-popolazzjoni tal-ħamiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5320.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li ma ntefqu ebda flus fuq billboard advertising fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Intern u Sigurta Nazzjonali — safar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11017 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għall-perjodu kemm ili Ministru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema Għawdxin fi grad ta’ pulizija u suldati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li ħaddiema Għawdxin li huma fil-grad ta’ pulizija jew fil-grad ta’ suldat u li preżentament qed jaħdmu u huma stazzjonati f’Malta, ser jintbagħtu jaħdmu f’Għawdex matul is-sena 2018?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti dwar ċaqliq ta' membri tal-Korp tal-Pulizija minn Malta għal Għawdex, jew bnadi oħra, tali ċaqliq isir meta u kif ikun bżonn, fl-aħjar interessi tal-istess Korp u tal-pubbliku inġenerali. Fir-rigward tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-istess FAM qed tħarreġ biex jikkwalifika tim bħala operaturi tal-EOD biex jaħdmu f'Għawdex. Barra minn dan il-FAM ma għandhiex pjanijiet oħra, iżda dan jista' jinbidel skont l-esiġenzi tas-servizz.

Sparar fuq il-Ħamiem — investigazzjoni mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5163 u ċjoe: Jista’ l-Ministru ġentilment jispjega jekk il-Pulizija hux ser tieħu passi kontra min ta l-ordni li jsir sparar fuq il-ħamiem bil-konsegwenza li dan beda jaqa’ mal-art u jmut bil-mod meta dan jammonta għall-moħqrija fuq l-annimali? Għalkemm nifhem li ammont kbir ta’ ħamiem hu pest iżda billi hemm metodi oħra kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li huma anqas krudili, qed issir investigazzjoni mill-pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtorizzazzjoni kienet ilha diversi xhur li ngħatat u ntużat riċentement.

Birgu – sparar fuq ħamiem – permess mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5164 u jgħid jekk intalabx permess mill-Pulizija biex isir sparar fuq ħamiem fil-Birgu fl-abitat meta hemm metodi anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li meta jiżdied ħafna hu pest u li jrid jiġi kkontrollat għax hu wkoll theddida għas-saħħa? Minn min intalab il-permess u lil min saret it-talba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 5320.

Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-qabdiet li jsiru tad-droga, liema hi l-aktar droga li qed tiżdied fil-popolarità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-qabdiet tad-droga li saru f’dawn l-aħħar sentejn, l-cannabis resin u cannabis grass huma l-aktar frekwenti.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ċertifikati tal-mewt

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3022 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u li ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn jistgħu jinsabu u jinġiebu ċertifikati tal-mewt li jkunu tas-seklu 19 (madwar is-snin 1880)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

San Ġiljan u Paceville – preżenza tal-Pulizija fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-preżenza tal-Pulizija fit-toroq ta’ San Ġiljan u Paceville? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li din il-preżenza tissaħħaħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel is-sena 2013 fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju (low season) kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċċjal preżenti fl-area ta’ Paceville, filwaqt li fi tmiem il-ġimgha kien ikun hemm bejn 12 u 15-il uffiċjal. Matul ix-xhur tas-sajf, bejn Ġunju u Settembru (high season),bejn it-Tnejn u l-Ħamis kien ikun hemm bejn 3 u 5 uffiċjali,filwaqt li fi tmiem il-ġimgha, kien ikun hemm bejn 10 u 13-il uffiċċjal. Wara l-2013 b’mod progressiv kienet żdiedet il-presenza tal-pulizija fl-istess area ta’ Pacevile u l-madwar. Mis-sajf tal-2017 il-presenza ta’ uffiċjali ġewwa Paceville kompliet tissaħħaħ. Fil-low season, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-ħamsa ta’ filgħodu, mit-Tnejn sal-Ħamis l-ammont ta’ uffiċjali tal-Pulizija preżenti jkun ta’ mhux anqas minn tnax. Il-Ġimgħa u s-Sibt dan jiżdied għal ħamsa u għoxrin u fil-Ħdud l-ammont ikun ta’ għoxrin uffiċjal. Il-preżenza tissaħħaħ meta l-frekwenza tal-pubbliku tibda tiżdied fil-high season. F’dan il-perjodu jkun hemm għoxrin uffiċjal bejn it-Tnejn u l-Ħamis, tletin uffiċjal nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt u ħamsa u għoxrin uffiċjal fil-Ħdud. Dan barra minn kontinġent tal-SIU li dejjem ikun preżenti matul il-weekends. Fir-rigward tal-għassa ta’ San Ġiljan, normalment ikun hemm is-Surġent tal-għassa, megħjun minn xufier u żewġ uffiċjali tar-ronda, meta l-esiġenzi jippermettu. Irid jingħad li dawn il-lokalitajiet huma kollha koperti mir-rondi tat-taqsima tal-RIU li jsiru fiż-żoni relattivi. Din il-presenza kellah riżultati posittivi bi tnaqqis sostanzjali ta’ każi ta’ kriminalità fl-istess akkwati.

Birgu – sparar fuq ħamiem – permess mill-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx permess mill-Pulizija biex isir sparar fuq ħamiem fil-Birgu fl-abitat meta hemm metodi anqas krudili kif jiġi kkontrollat il-ħamiem li nifhem li meta jiżdied ħafna hu pest u li jrid jiġi kkontrollat għax hu wkoll theddida għas-saħħa? Minn min intalab il-permess u lil min saret it-talba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Birgu – sparar fuq ħamiem

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif kien hemm preżenza tal-Pulizija fil-Birgu waqt li kien qed isir sparar fuq il-ħamiem liema mod jammonta għall-moħqrija tal-annimali u hu metodu kundannabli kif stqarr l-istess Kummissarju tal-Annimali? Billi l-moħqrija fuq l-annimali hu att kundannabli bil-liġi kif spjega l-istess Ministru, u li l-Pulizija kienet preżenti id f’id ma’ min kien qed jikkommetti dan l-att ta’ moħqrija tal-annimali, u minflok qdiet dmirha u ħadet passi kontra min ordna li jsir sparar fuq il-ħamiem u joħloq tbatija bla bżonn lil dan il-ħamiem, meta hemm alternattivi oħrajn ferm aktar umani u effettivi kif tiġi kontrollata l-popolazzjoni tal-ħamiem?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

żwiemel imdaħħla taħt il-kustodja tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il żiemel ġie mdaħħal taħt il-kustodja tal-Pulizija fl-2017 u s'issa, fl-2018? Jista' jgħid minn fejn ġew meħuda dawn iż-żwiemel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li d-dettalji kollha dwar żwiemel li ddaħħlu taħt il-kustodja tal-Pulizija fis-sena 2017 u din is-sena sal-lum, kienu l-istess żwiemel imsemmija fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet ħarlamentari 5066, 5067 u 5068, tal-istess Interpellant. Dawn inżammu fil-kustodja tal-Pulizija wara Eviction order li nħarġet fuq post fejn kienu miżmuma, fil-Biżbiżija.

Ħabsin- każijiet ta’ self-harm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fil-Forensic Unit tal-Isptar Monte Karmeli, li wettqu self-harm matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Qorti tal-Appell – azzjoni fuq sentenza mogħtija – kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell nhar is-26 ta' Jannar 2018 fil-kawża fl-ismijiet li dwarhom qed jingħataw separatament u li permezz tagħha ġie stabbilit li kmamar tan-nar m'għandhomx ikunu f'distanza anqas minn dik stabbilita mill-Ordinanza dwar l-Esplożivi (Kap. 33) tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant diġà kien hemm diskussjoni fil-Parlament.

Kiri ta' Fire Engines

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il darba nkrew fire engines tad Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minn kuntratturi privati biex jintużaw biex ixarrbu t-trab fit-twaqqigħ ta’ bini, mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn id-drabi kien għal xogħol f'Għawdex u kemm drabi għal xogħol f'Malta? Jista' jgħid min hu l-persuna li jawtorizza biex il-fire engines jinkrew għal dan l-iskop, u kemm hi l-miżata li jħallsu l-kuntratturi biex jinkrew għal dan l-iskop? Kemm daħħal b'kollox id-dipartiment minn dan it-tip ta' kiri minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ilu snin twal jikri l-Fire Engines lil terzi persuni għal diversi raġunijiet. Fl-aħħar 10 snin il-Protezzjoni Ċivili tat 1,263 servizz lill-kuntratturi privati u oħrajn kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dan is-servizz jingħata wkoll permezz tal-one stop shop u jinsab ukoll on line biex il-klijent ikun jista’ jinqeda aħjar u saħansitra jista’ jħallas ukoll on line. Mill-2013 sad-data imsemmija darba biss kien hemm kiri biex jintużaw ħalli jxarrbu t-trab waqt twaqqigħ li huwa l-istess wieħed imsemmi fil-mistoqsija. Peress li dawn l-applikazzjonijiet huma prassi hemm skrivan li jipproċessa dawn l-applikazzjonijiet. Il-prezz ivarja skont is-sigħat mitluba u d-Dipartiment f’dan il-każ tħallas €869.72.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-Fondi Ewropej li bħalissa l-entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu huma intitolati għalih? X’qed isir sabiex jiġi aċċertat li kemm jista’ jkun ma jintilfux minn dawn il-fondi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, attwalment, il-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali flimkien mad-dipartimenti, entitajiet u aġenziji tiegħu qed jibbenifikaw minn numru sostanzjali tà Fondi Ewropej allokati lil Malta għall-perjodu 2014-2020. B’kollox qed jiġu implimentati disà u għoxrin (29) proġett, b’investiment tà mhux inqas minn €85.17 Miljuni, fejn €64.39 Miljuni ser ikunu ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Dan minbarra li ġew fi tmiemhom tlett (3) proġetti oħra taħt l-istess perjodu, b’nefqa pubblika tà €15.94 Miljun, fejn €14.05 Miljuni huma ffinanzjati minn Fondi Ewropej. F’iktar dettal, il-Ministeru konċernat qed jimplimenta żewġ (2) proġetti taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni, b’allokazzjoni finanzjarja tà €9.19 Miljun, hekk kif taħt l-istess Fond qed jimplimenta proġett ieħor flimkien mà organizzazjoni internazzjonali, b’valur tà €1.25 Miljuni. Hu maħsub, li fuq dawn it-tlett (3) proġetti, Fondi Ewropej ilaħħqu l-valur tà €8.15 Miljuni. Addizzjonalment, il-Ministeru temm proġett taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna b’nefqa pubblika tà €133 elf, b’ €100 elf ffinanzjat minn Fondi Ewropej. B’referenza għall-Forzi Armati tà Malta, bħalissa qed jiġu implimentati sitt (6) proġetti taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni finanzjarja tà €54.76 Miljuni, fejn €41.13 Miljuni ser ikunu ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Iżjed minn hekk, f’dan l-istess perjodu, il-Forzi Armati tà Malta temmew b’suċċess żewġ (2) proġetti taħt dan l-istess Fond, b’nefqa pubblika tà €15.81 Miljuni fejn €13.95 Miljuni huma ffinanzjati minn Fondi Ewropej. Il-Korp tal-Pulizija ukoll għaddej b’ħidma biex jimplimenta b’suċċess numru tà proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropeja, b’mod preċiż, tnax (12) il-proġett, b’allokazzjoni finanzjarja tà €7.47 Miljuni fejn €5.67 Miljuni huma Fondi Ewropej. F’iktar dettal, tnejn (2) minn dawn il-proġetti jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni b’allokazzjoni tà €1.87 Miljuni fejn €1.4 Miljuni huma Fondi Ewropej, filwaqt li l-għaxra (10) l-oħra jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni totali tà €5.6 Miljuni fejn €4.27 Miljuni huma Fondi Ewropej. Id-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qiegħed jimplimenta proġett (1) ieħor taħt il-Fond Nazzjonali Tas-Sigurtà Interna, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.7 Miljuni fejn €0.53 Miljuni huma Fondi Ewropej, hekk kif is-Servizzi Sigrieti tà Malta qed jimplimentaw proġett ieħor taħt l-istess Fond, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.27 Miljuni, b’€0.2 Miljuni Fondi Ewropej. Bl-istess mod, l-Aġenzija għal-Ħarsien tà Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil qed timplimenta tlett (3) proġetti li jaqaw taħt il-Fond Nazzjonali għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni b’allokazzjoni finanzjarja tà €9.46 Miljuni fejn €7.09 Miljuni huma Fondi Ewropej, filwaqt li l-Kummissjoni għar-Refuġjati qed timplimenta żewġ (2) proġetti oħra taħt l-istess Fond, b’allokazzjoni finanzjarja tà €0.91 Miljuni fejn €0.69 Miljuni huma Fondi Ewropej. Fl-aħħar għandna id-dipartiment tas-servizzi korrettivi fi ħdan il-Faċilità Korrettiva tà Kordin, li qiegħed jibbenefika minn Fondi tal-Unjoni Ewropeja, din id-darba minn fondi strutturali, bi proġett taħt il Programm Operattiv II (il-Fond Soċjali Ewropew), b’allokazzjoni finanzjarja tà €1.16 Miljuni fejn €0.93 Miljuni huma Fondi Ewropej. Tà min isemmi, li dan ix-xogħol kollu jirrikjedi mekkaniżmu, fejn kull proġett għandu dedikat għalih koordinatur (project leader) li ħafna mid-drabi ikun espert fil-qasam fejn l-iskop irid jintlaħaq, assistit minn amministraturi fi ħdan l-istess dipartiment, speċjalment fejn tidħol il-formazzjoni għal-sejħiet publiċi u l-implimentazzjoni tal-istess proġetti, fost proċeduri oħra. Iktar minn hekk, il-Ministeru għandu fi ħdanu tim żgħir t’esperti fl-immaniġjar tà Fondi Ewropej, bl-għan li jimplimenta b’mod dirett il-proġetti tal-Ministeru konċernat, hekk kif joffri konsulenza lil istess koordinaturi matul traġitti differenti. Fuq kollox, l-isfida tà dan it-tim hu, li flimkien mal-koordinaturi tal-proġetti, jikkoordina b’mod effettiv l-andamenti meħtieġa biex jintlaħaq l-iskop tà kull proġett, hekk kif jitlestew fil-ħin stipulat u skond il-baġit allokat għal kull wieħed. Fl-aħħar nett, fl-irwol tiegħi bħala Ministru qiegħed inkun infurmat bl-andament tà kull proġett b’mod frekwenti hekk biex ngħamel żgur lid-deċiżjonijiet importanti jittieħdu fil-ħin.

Membri tal-Korp tal-Pulizija Eżekuttiva – taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk hux maħsub aktar taħriġ għall-membri tal-Korp tal-Pulizija Eżekuttiva?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bħalissa bejn l-Amministrazzjoni tal-Korp u l-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati qed jitfassal programm ta’ Continuous Professional Development għall-membri mhux gazzettjati tal-Korp. Dan it-taħriġ hu mfassal fuq medda ta’ ġimgħa u jagħmel emfasi fuq community policing fost oqsma oħra bhal leġizlazzjoni u suġġetti oħra li l-membri tal-Korp jiltaqgħu magħhom kuljum fil-qadi ta’ dmirijiethom.Fl-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati, jingħata taħriġ ieħor minn żmien għal żmien lill-membri tad-distretti kif ukoll dawk li jservu f’oqsma speċjalizzati, fuq suġġetti varji, fosthom il-vjolenza domestika, taħriġ fl-armi, il-forensika u immigrazzjoni. Dan barra taħriġ mogħti barra minn Malta, fuq bażi individwali, lill-membri tal-Korp f’korsijiet residenzjali, seminars u programmi ta’ skambju organizzati mis-CEPOL, il-Europol, il-Frontex u aġenziji oħra Ewropej.