Legislature:
Category:
Reset
Active:

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mid-detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienu nisa u kemm kienu rġiel fit-30 ta’ Novembu 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onor Interpellant li fi 30 ta’ Novembru 2020, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kien hemm 848 priġunier raġel u 60 priġunier mara.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – protokolli u regoli gwida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jeżistux protokolli u regoli gwida fil-ħabs meta tista’ tingħata ordni li priġunier jista’ jinżamm mingħajr ħwejjeġ għal xi żmien waqt li jkun qed jinżamm ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mit-tmexxija tal-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi li ma jingħataw ebda ordnijiet biex priġunieri jinżammu mingħajr ħwejjeġ. Infurmat li l-ħwejjeġ tal-priġunieri jinbidlu f’każi fejn ikun hemm suspett li priġunier jista’ jweġġa’ lilu nnifsu u għalhekk f’dawn il-każi l-ordni tkun biex dan jitlibbes ‘non-tearable clothes’ u jitpoġġa taħt ‘constant watch’ sakemm issir analiżi mill-esperti mediċi.

Ħruġ ta’ permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ nazzjonalità Filippina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta’ xogħol għall-persuni ta’ nazzjonalità Filippina mill-2013 sal-lum?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt, li skont l-informazzjoni miġbura n-numru ta’ permessi ġodda ta’ residenza u xogħol maħruġa liċ-ċittadini tal-Filippini bejn l-2013 u l-2019 kien jammonta għal: Sena Persuni 2013 259 2014 419 2015 660 2016 623 2017 1091 2018 1556 2019 1661 Dawn il-permessi huma ta’ natura temporanja u jiddependu fuq l-impjieg.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema infettati bil-Covid-19

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16836, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna kellha toħroġ fuq kwarantina minħabba dawn il-każijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Bi tweġiba għal din il-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Pulizija – staff complement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-istaff complement attwali tal-pulizija u kemm se jirtiraw bis-servizz?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi attwalment l-istaff complement tal-pulizija huwa ta’ elfejn, mitejn u disa’ u erbgħin (2249). Sal-lum mija u tlieta u tletin (133) membru tal-korp għamlu talba biex jirtiraw bis-servizz.

In-Naxxar — Triq il-Kappella tax-Xagħra - triq one way - spezzjonijiet mill-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Kappella tax-Xagħra fin-Naxxar, li ftit tal-ġimgħat ilu saret one way, isiru aktar spezzjonijiet regolari u frekwenti mill-pulizija/uffiċjali tal-Komunità (wardens) u dan peress li minkejja s-sinjali tat-traffiku mwaħħla fil-post, xorta baqa' jsir abbuż min-numru ta' sewwieqa fejn apparti l-periklu li qed jikkawżaw għalihom stess, qed jinħoloq ukoll periklu għar-residenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija kif ukoll l-Uffiċjali tal-Komunità huma konxji ta’ dak li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant u se jsiru spezzjonijiet aktar frekwenti.

Community Police – Mellieħa — Rapport mill-Università ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar studju li sar mill-Università ta’ Malta dwar il-Pulizija tal-Komunità fil-Mellieħa, liema rapport għamel referenza għalih il-Ministru waqt id-dibattitu fuq abbozz numru 174 li kien għaddej fil-Kamra nhar it-Tnejn 23 ta’ Novembru 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra preżentazzjoni dwar dan l-istudju li r-riċerkatur kien għamel lill-Kunsilli Lokali involuti fil-proġett tal-Community Policing bħala parti minn sessjoni ta' konsultazzjoni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Priġunieri Maltin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet tal-priġunieri li huma ta’ nazzjonalità Maltija u li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom dawn il-priġunieri f’din il-Faċilità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella impoġġija fuq il-mejda tal-kamra. Id-data tal-informazzjoni mogħtija hija l-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2020.

Skola Primarja tax-Xagħra Għawdex – servizz ta’ pulizija waqt il-ħin li jkunu deħlin u ħerġin l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament dwar jekk hux qed ikun hemm servizz ta' pulizija mal-Iskola Primarja tax-Xagħra Għawdex, hekk kif it-tfal ikunu deħlin u ħerġin mill-istess skola? Jekk le u peress li din l-iskola tagħti għal fuq triq traffikuża ħafna, jista' l-Ministru jispjega x'beħsiebu jagħmel biex dan is-servizz jingħata b'mod komplet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Fil-bidu ta’ kull sena ta’ skolastika il-Korp tal-Pulizija u l-Agenzija LESA jiddiskutu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni s-suġġett. Waqt id-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-iskola tax-Xagħra il-Pulizija tkun prezenti għall- iskopijiset elenkati mill-Onorevoli Interpellant. Dan sakemm l-esiġenzi tas-servizz ma jitolbux mod ieħor. F’dawn l-okkazjonijiet il-Kunsill tax-Xagħra jintalab biex jassisti b’mezzi oħra, skond il-provedimenti fl-Att tal-Kunsilli Lokali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Ħaddiema - telework

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16818, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija qegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw diġà għall-PQs 179, 180, 184, 252, 1040, 1042, 2273, 2312, 2405, 4130, 5646, 6242, 7521, 7529, 7533, 8042, 8248, 8730, 8731, 9426, 10253, 10254, 10380, 10381, 11989, 11993 u 12232. Il-bqija tat-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li ttrasferew il-Karta tal-Identità minn Malta għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-Karta tal-Identità tagħhom minn Malta għal Għawdex xahar b'xahar, mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin: Spiża fuq priġunieri barranin

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16654, jista’ l-Ministru jindika kemm kienet l-ispiża fuq priġunieri barranin billi t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12252 imsemmija ma tindikax din l-ispiża mitluba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 12552.

Skola Primarja tal-Mellieħa — pulizija jew uffiċjal tal-komunità

Question

Jista' l-Ministru jara li waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa kuljum ikun hemm pulizija jew uffiċjal tal-komunità (warden) preżenti u dan sabiex jiġi kkontrollat it-traffiku fiż-żona f’dawk il-ħinijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi kif diskuss mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, id-doveri sabiex jiġi kkontrollat it-traffiku waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa huwa kopert mill-Pulizija tal-Komunita’ tal-lokal fejn minħabba diversi aċċessi fl-istess skola kien hemm istanzi fejn kienu assistiti wkoll mill-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku. Uffiċjali tal-Aġenzija għall-Infurzar Lokali kienu mitluba wkoll jassistu abbazi tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363).

Skejjel primarji tal-Qawra u San Pawl il-Baħar — pulizija jew uffiċjal tal-komunità

Question

Jista' l-Ministru jara li waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fl-Iskejjel Primarji tal-Qawra u San Pawl il-Baħar kuljum ikun hemm pulizija jew uffiċjal tal-komunità (warden) preżenti u dan sabiex jiġi kkontrollat it-traffiku fiż-żona f’dawk il-ħinijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-bidu ta’ kull sena ta’ skolastika il-Korp tal-Pulizija u l-Agenzija LESA jiddiskutu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar dan is-suġġett. Il-pulizija tad-Distrett ikunu preżenti waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fl-Iskejjel Primarji tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. Dan sakemm l-esiġenzi tas-servizz ma jitolbux mod ieħor.

Skola primarja u skola medja tan-Naxxar — pulizija jew uffiċjal tal-komunità

Question

Jista' l-Ministru jara li waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti fl-Iskola Primarja u dik Medja fin-Naxxar kuljum ikun hemm pulizija jew uffiċjal tal-komunità (warden) preżenti u dan sabiex jiġi kkontrollat it-traffiku fiż-żona f’dawk il-ħinijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-bidu ta’ kull sena ta’ skolastika il-Korp tal-Pulizija u l-Agenzija LESA jiddiskutu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Il-pulizija tad-Distrett jkopru u jkunu preżenti waqt il-ħin tad-dħul u l-ħruġ tal-istudenti għal skopijiet elenkati mill-Onorevoli Interpellant fl-Iskola Primarja fin-Naxxar. Dan sakemm l-esiġenzi tas-servizz ma jitolbux mod ieħor.

Lokalitajiet — inizjattiva tal-Pulzija fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom bdiet titħaddem l-inizjattiva tal-Pulizija fil-Komunità (Community Policing) u f’kemm u liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom ingħalqet l-Għassa tal-Pulizija wara li bdiet titħaddem din l-istess inizjattiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 17117.

Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board – għoti ta’ ċittadinanzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċittadinanzi mill-2017 sal-lum taħt il-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Mill-informazzjoni li ngħatat lili jirri¿ulta li mill-2017 sal-lum, tliet (3) persuni ngħataw iċ-ċittadinanza taħt il-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services. Tnejn minn dawn il-persuni ġejjin mill-qasam tal-arti u kultura, u persuna oħra mill-qasam sportiv.

Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema setturi tas-soċjetà jew x’valur miżjud ħallew min ingħata ċ-ċittadinanza mill-Grant of Citizenship by Merit for Exceptional Services Board?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 17335.