Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Port tal-Imġarr – Rilokazzjoni għall-membri tal-AFM

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7812 li ngħatat fil-25 ta' April 2022 dwar fiex waslet ir-rilokazzjoni, u meta se sseħħ, għal post aħjar li minnu joperaw is-suldati tal-komponent marittimu u tal-EOD fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, fejn kien ġie mwieġeb li “possibbilment identifikat post alternattiv ta’ rilokazzjoni. Dan l-aħħar ġiet stabbilita ta’ min hija l-art u issa se jibda proċess ta’ diskussjoni bejn id-dipartimenti konċernat”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tal-post alternattiv ta' rilokazzjoni li ġie identifikat? Jista’ wkoll jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi u xi jmiss issa u meta hu maħsub, xahar u sena, li ssir ir-rilokazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-jiem li ġejjin hemm meeting skedat ma’ Transport Malta għal aktar diskussjonijiet.

Multi mhux imħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sal-aħħar ta’ Ġunju 2023 kemm kien hemm multi li mhumiex imħallsa billi hemm appelli minnhom pendenti quddiem il-Qorti tal-Maġistrati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema multi qed jirreferi peress li jeżistu bosta tipi ta’ multi.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – konsulenti legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mil-Onor. Interpellant qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt. Konsulenti Legali Isem u Kunjom Dip/Ent/Bord Data minn meta beda/bdiet Remunerazzjoni Celia Mifsud & Maria Deguara ARUC 03.10.2022 max. €4,956 p.a. Celia Mifsud & Maria Deguara GEMPSAP Parl Sec 07.03.2023 max. €10,502 p.a. Mifsud Advocates CSA 01/09/2018 In 2023 €30.00 per hour for a maximum of 20 hours per week Dr Cheryl Azzopardi Human Rights Directorate 15/04/2023 €42,000 excl VAT p.a. Dr Alex Scerri Herrera Victim Support Agency 01/03/2021 €9,800 excl VAT/annum Dr Mark Vassallo Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) 21/07/2022 - 20/07/2023 €35.07 eskl. VAT fis-siegħa b'capping ta' €10,000 eskl. VAT Dr Paul Cachia Residency Malta Agency 06/05/2019 €1,600 excl. VAT/month Dr. Ryan Ellul LESA 01/04/2021 €825/Month Dr. Ishmael Psaila Detention Services Agency 15/06/2023 €9,600 excl VAT/annum Lia and Aquilina Advocates AKM 01/01/2023 max. €9800 excl VAT p.a.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda tinġabar.

Rapporti ta’ atti indeċenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' atti indeċenti, bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023, ġewwa l-għasses, għassa għassa, madwar Malta u Għawdex? Fejn seħħew dawn l-atti indeċenti? Kemm mill-każijiet imsemmija ttieħdu passi kontra l-allegati persuni li abbużaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023, kien hemm tnejn u tletin rapport ta' atti indeċenti. Infurmat li dawn ġew rappurtati fil-lokalitajiet tal-Valletta, Ħamrun, Raħal Ġdid, Bormla, Żejtun, Ħaż-Żebbuġ, Sliema, Imsida, San Ġiljan, Birkirkara, Naxxar, Rabat, Qawra u Victoria, Għawdex. Infurmat li ttieħdu proċeduri legali fuq 11-il każ, filwaqt li xi każi ġew magħluqa jew l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Każijiet ta’ persuni li rreżistew l-arrest mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn persuni rreżistew l-arrest mill-pulizija bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023? F'liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet, lokalità lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ każijiet fejn persuni rreżistew l-arrest mill-pulizija bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023 kien ta’ tmienja u għoxrin. Dawn seħħew fil-lokalitajiet indikati fit-tabella. 2022 2023 * Total ATTARD 2 0 2 BIRŻEBBUĠA 1 1 2 FLORIANA 1 1 2 ĦAMRUN 1 1 2 MARSA 3 0 3 MARSASKALA 0 2 2 MELLIEĦA 0 1 1 MĠARR 0 1 1 MSIDA 0 1 1 PAOLA 1 0 1 SAN ĠILJAN 2 2 4 SAN PAWL IL-BAĦAR 3 1 4 SANNAT - GĦAWDEX 1 0 1 ŻABBAR 0 1 1 ŻEJTUN 1 0 1 Total 16 12 28 *sa Ġunju

Korp tal-Pulizija – post ta’ Assistent Kummissarju — psychometric testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx il-psychometric testing tal-kandidati għall-post ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija fil-proċess li għadu kemm ġie konkluż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li ngħatalhom l-istatus ta’ refuġjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ngħatalhom l-istatus ta' refuġjat mill-2015 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-5 ta’ Lulju 2023, ingħataw status ta’ refuġjat 1090 persuna mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali. Dan ma jinkludix dawk il-persuni li ngħataw protezzjoni sussidjarja mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali.

Talbiet għall-ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal talbiet għall-ażil tul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena u kemm minnhom ġew rifjutati jew milqugħa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2023 u t-tletin ta’ Ġunju 2023, l-IPA rċeviet 272 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li jikkonsistu f’214 First Application u 58 Subsequent Application. Min dawn 1 ingħalqet bħala Administartive Closure, 6 ingħalqu bħala Dublin Closure, 13 ingħalqu bħala Explicitly Withdrawn, 3 ingħalqu bħala Implicitly Withdrawn, 24 ingħalqu bħala Inadmissabile, 32 ingħalqu bħala Rejected, 1 ingħalqet bħala Subsidiary u 192 -il applikazzjoni għadhom pendenti. Year Total Applications ADMINISTRATIVE CLOSURE DUBLIN CLOSURE EXPLICITLY WITHDRAWN IMPLICITLY WITHDRAWN INADMISSIBLE REJECTION SUBSIDIARY Pending Decision First Applications 214 1 6 13 3 8 32 1 150 Subsequent Applications 58 0 0 0 0 16 0 0 42 Total 272 1 6 13 3 24 32 1 192

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — Kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza - kuntratti mogħtija

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; ċ. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferri lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9834.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riforma u l-Ugwaljanza — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f’seduta oħra.

Refuġjata kwalifikata li ma tistax taħdem ta’ infermiera

Question

Fid-dawl li refuġjata hi kwalifikata imma ma tistax taħdem ta' infermiera, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji u għaliex jeżistu dawn il-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu fis-settur pubbliku?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Refuġjati li ma jistgħux jaħdmu bħala infermiera fis-servizz pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jinbidlu l-kriterji li jeskludu refuġjati milli jaħdmu bħala infermiera fis-settur pubbliku b'ġustizzja lejn min hu refuġjat u fiċ-ċirkostanzi ta' nuqqas kbir ta' infermiera?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ċitazzjoni minħabba parkeġġ fi spazju allokatt għal kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet fuq l-ispazji li oriġinarjament kienu allokati għall-użu tal-vetturi tal-kumpanija GO TO, minn mindu din il-kumpanija ma baqgħetx topera sa meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-data li tinżamm ma tagħmilx differenza bejn il-parking bays riservati kif immarkat u oħrajn.

Persuni li tneħħielhom l-istatus ta’ refuġjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni tneħħielhom l-istatus ta' refuġjat mill-2015 sal-ġurnata li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-4 ta’ Lulju 2023, 53 persuna li kienu ngħataw status ta’ refuġjat f’Malta, kellhom l-istatus ta’ refuġjat irtirat mill-Aġenzija għal-Protezzjoni Internazzjonali. PQ 10803-Tabella 2015 0 2016 0 2017 0 2018 1 2019 1 2020 4 2021 18 2022 22 2023 7

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li hemm 3018 Uffiċjal Pubbliku kollha ċittadini Maltin fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi.

Paceville – bejgħ illegali ta’ droga

Question

Fid-dawl li qiegħed isir bejgħ illegali ta’ droga li tissejjaħ ‘laughing gas’ ġewwa Paceville, jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jbiegħu din id-droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal ‘nitrous oxide’, dan mhux projbit.