Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmata li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Tista’ tgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Tista’ tgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

NGOs — Proprjetà mikrija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14594 tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk l-NGOs li jagħmlu użu minn kull wieħed mill-erba' spazji msemmija fl-istess tweġiba? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-użu ta’ kull wieħed minn dawn l-ispazji?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-lista ta’ dawk l-NGOs li jagħmlu użu minn kull wieħed mill-erba’ spazji msemmija.

Servizz ta’ Assistenza Personali — Użu tas-sussidju

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14455, tista' l-Ministru tispeċifika kif inhuma maqsuma skont l-età l-persuni li għandhom minn 36-il sena 'l fuq li preżentement qegħdin jibbenefikaw minn sussidju għal Direct Payment, għal Independent Community Living, u għal Assistenti Personali, bl-informazzjoni tingħata għal kull servizz?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuni li fil-preżent qed jibbenefikaw mis-sussidji għal Direct Payment, Independent Community Living u Assistenti Personali u li għandhom ’il fuq minn 36 sena, huma maqsumin skont l-età kif ġej: Ammont ta’ benefiċjarji ’l fuq minn 36 sena Etajiet Direct Payment 36 2 x 36 sena 5 x 37 sena 3 x 38 sena 1 x 39 sena 2 x 40 sena 3 x 41 sena 1 x 42 sena 1 x 43 sena 1 x 45 sena 1 x 46 sena 1 x 48 sena 1 x 49 sena 1 x 51 sena 1 x 52 sena 1 x 53 sena 1 x 54 sena 2 x 55 sena 1 x 57 sena 2 x 60 sena 1 x 61 sena 1 x 62 sena 2 x 64 sena 1 x 72 sena Independent Community Living 20 1 x 36 sena 1 x 37 sena 2 x 39 sena 1 x 41 sena 1 x 42 sena 4 x 46 sena 1 x 49 sena 1 x 51 sena 1 x 52 sena 1 x 55 sena 1 x 57 sena 1 x 59 sena 3 x 63 sena 1 x 64 sena Personal Assistant 52 1 x 36 sena 5 x 39 sena 2 x 40 sena 1 x 41 sena 2 x 42 sena 1 x 43 sena 1 x 44 sena 3 x 45 sena 1 x 46 sena 2 x 47 sena 3 x 48 sena 1 x 49 sena 1 x 50 sena 2 x 51 sena 1 x 52 sena 2 x 53 sena 1 x 54 sena 1 x 56 sena 1 x 57 sena 2 x 58 sena 3 x 59 sena 4 x 60 sena 1 x 61 sena 1 x 62 sena 1 x 63 sena 3 x 64 sena 1 x 66 sena 1 x 67 sena 2 x 70 sena 1 x 72 sena Total 108

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Deputati tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hi responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Tista’ tqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Għaqdiet volontarji registrati — 2023

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista aġġornata tal-għaqdiet volontarji kollha reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023? Tista’ tgħid ukoll kemm kien it-total tal-għaqdiet volontarji reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar tas-sena 2023 kien hemm total ta’ 1862 għaqda volontarja reġistrata. Ninfurmaha wkoll li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista aġġornata tal-għaqdiet volontarji kollha reġistrati sal-aħħar tas-sena 2023.

Appelli għall-blue badge pendenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il appell għal blue badge hemm pendenti (fuq il-lista ta’ stennija)? Meta hu mistenni li dawn l-appelli jiġu konklużi u l-applikant ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-appell?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-bord tal-appelli tal-Blue Badge jiltaqa’ darba fix-xahar, normalment nhar ta’ Ġimgħa, u medjament jara sitta u għoxrin (26) każ f’kull laqgħa. Sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija hemm ħamsin (50) applikant fuq il-lista ta’ stennija. Wara kull laqgħa, l-ittra ta’ deċiżjoni tintbagħat lill-Pulizija għall-firma u timbru neċessarji, f’inqas minn ġimgħa minn meta tkun saret il-laqgħa u l-ittra tintbagħat lill-appellanti fl-istess ġimgħa jew il-ġimgħa ta’ wara.

Blue Badge – Skeda ta’ Appelli

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta' kemm ser jinstemgħu appelli għal blue badge, ġurnata b'ġurnata, minn meta ser titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari sal-aħħar ta' Marzu 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ser titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari sal-aħħar ta’ Marzu 2024 ser jinstemgħu 26 appell għal blue badge f’kull seduta skedata.

Persuni li jagħmlu volontarjat

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienet l-aħħar statistika li ġiet ippubblikata li turi kemm persuni minn 12-il sena 'l fuq, li regolarment jiddedikaw ħin fil-volontarjat? Tista' wkoll tikkwota minn din l-istatistika u tgħid kemm persuni minn 12-il sena 'l fuq regolarment jagħmlu xi tip ta' volontarjat?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-istatistika hija diffiċli sabiex tiġi kkwantifikata u għalhekk ma tistax tiġi provduta.

Uffiċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji — Organizzazzjonijiet reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm organizzazzjonijiet kienu reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, skont il-kategoriji stabbiliti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t’hawn taħt qed tiġi provduta l-informazzjoni dwar kemm organizzazzjonijiet kienu reġistrati mal-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, skont il-kategoriji stabbiliti, sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din l-mistoqsija parlamentari. Year Total Reg. VO's Cat 1 Cat 2 Cat 3 2013 615 414 144 57 2014 712 498 153 61 2015 804 583 159 62 2016 889 647 175 67 2017 995 734 188 73 2018 1104 820 205 79 2019 1291 984 221 86 2020 1482 1138 249 95 2021 1678 1300 275 103 2022 1764 1376 282 106 2023 1862 1469 285 108 2024 1864 1471 285 108

Kunsill Malti għas-Settur Volontarju – Organizzazzjonijiet li bbenefikaw

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm-il organizzazzjoni bbenefikat minn kull skema, maqsuma sena b'sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata tal-lum tinsab hawn taħt. Ninfurmah ukoll li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, in-numru ta’ kemm-il organizzazzjoni bbenefikat minn kull skema, maqsuma sena b’sena mill-2013. Lista tal-iskemi Small Initiatives Support Scheme (SIS) Voluntary Organisations Projects Scheme (VOPS) Civil Society Fund (CSF) NGO Co-Financing Fund (NCF) Training Initiatives Scheme (TIS) COVID VO Emergency Fund COVID Operational Assistance Scheme

Kunsill Malti għas-Settur Volontarju – Skemi ta’ għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument dwar il-proċedura li tintuża sabiex tkejjel is-suċċess ta' kull waħda mill-iskemi ta' għajnuna finanzjarja li ħareġ il-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

B’mod regolari fil-bidu ta’ kull sena l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju jibgħat kwestjonarju lill-għaqdiet volontarji reġistrati fejn fost l-oħrajn ikun mitlub kif l-għaqdiet ikunu qed jibbenifikaw mill-fondi, x’tip ta’ għajnuna huma jeħtieġu u kif jaraw li jistgħu ikunu megħjuna aħjar. Filfatt, b’riżultat ta’ dan il-‘feedback’ fl-2018 l-iskema Youth Voluntary Service ġiet estiża sabiex issostni żgħażagħ li jagħmlu esperjenza ta’ volontarjat lil hinn minn xtutna. Fl-2019 issaħħaħ il-programm ta’ taħriġ sabiex jindirizza l-bżonn espress mill-għaqdiet ta’ taħriġ għall-amministraturi f’oqsma bħal ma huma Strategic Planning, Risk Management, Capacity Building, Fundraising u Crowdfunding, book-keeping records, maniġġjar ta’ voluntiera, u oħrajn. B’riżultat tal-‘feedback’ li jingħata mill-għaqdiet, skemi eżistenti ġew imtejjba sabiex jindirizzaw oqsma jew speċjalizzazzjoni li s-settur wera l-bżonn fih. Eżempju ta’ dan huwa l-Voluntary Organisations Projects Scheme li sal-2019 kien jissapportja proġetti ġenerali. Mill-2020 parti mill-fondi kienu mmirati kemm għall-infrastruttura kif ukoll għar-riċerka, u żdiedet ukoll l-għajnuna diretta għal proġetti li jindirizzaw l-aspett ta’ saħħa u diżabilità. Bħalissa qed jinħarġu sitt skemi fis-sena sabiex jissapportjaw lis-settur tal-volontarjat li huma:- Small Initiatives Support Scheme li ssostni għaqdiet żgħar u medji għal proġetti sa massimu ta’ €5000 b’total tal-fond ta’ €180,000; Voluntary Organisations Projects Scheme li ssostni għaqdiet għal proġetti sa massimu ta’ €20,000 b’total tal-fond ta’ €800,000; Training Initiative Scheme li ssostni l-għaqdiet u voluntiera individwali b’taħriġ sa massimu ta’ €3500 b’total tal-fond ta’ €55,000; NGO Co-Financing Fund li ssostni għaqdiet fl-aspett ta’ ko-finanzjament fi proġetti finanzjati minn fondi tal-EU fejn kell għaqda tista’ tkun mgħejjuna sa massimu ta’ ħmistax-il elf ewro b’total tal-fond ta’ €150,000; Civil Society Fund li ssostni għaqdiet fil-parteċipazzjoni tagħhom fuq livell Ewropew u internazzjonali sa massimu ta’ €6000 b’total tal-fond ta’ €150,000; u Youth Voluntary Service li ssostni żgħażagħ fil-volontarjat permezz ta’ taħriġ, skemi bi stipendju kif ukoll inizjattivi oħra b’total tal-fond ta’ €200,000. Ma’ dawn, skema ġdida li mistennija titħabbar aktar tard din is-sena.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi tipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtha? Tista’ tgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħqet Ministru hi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista aġġornata tal-entitajiet tkun ippubblikata fil-jiem li ġejjin. Mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirriżultax li hemm persuni fl-entitajiet taħt l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.

Proprjetà mikrija — NGOs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jixtri proprjetà li hi użata minn xi għaqda volontarja (NGO) li mhijiex proprjetà tal-istess għaqda biex imbagħad tinkera mill-istess għaqda, hekk kif sar fil-każ ta' soċjetajiet mużikali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, joffri spazji sabiex NGOs ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom mingħajr l-ebda ħlas. Dawn il-binjiet huma: 1. Volunteer Centre, 181, Triq Melita, Valletta 2. Volunteer Centre, 17, Triq Bartolomew, Rabat – Malta 3. Volunteer Centre, 63, Triq Herba, Birkirkara – Malta 4. Volunteer Centre, Triq Il-Madonna Tar-Rummiena, Ix-Xewkija - Għawdex Barra minn hekk, il-Gvern jgħin lil dawn l-għaqdiet billi jipprovdi tramite l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ammont ta’skemi ta’ fondi li jqarrbu żewġ (2) miljun ewro fis-sena. Il-portal volunteers.mt, jiġbor numru ta' servizzi li qed jiżdiedu maż-żmien, immirati kemm għall-voluntiera u anki għall-għaqdiet volontarji. Miċ-ċentri tal-volontarjat, tingħata wkoll assistenza u kull informazzjoni mitluba fuq bażi one-to-one dwar dawn l-iskemi ta’ fondi kif ukoll dwar servizzi oħra fosthom Voluntiera Malta, li tinkoraġġixxi l-volontarjat, skemi għal parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-volontarjat kif ukoll is-sit ‘SimplyGiving’ li huwa sit dedikat sabiex jgħin għaqdiet żgħar jiġbru l-fondi. Fil-mument mhux mistenni li jinxtraw propjetajiet li huma użati minn xi għaqdiet volontarji (NGO).

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Nefqa fuq rigali

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk għandhiex xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtha li minnhom tixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li m'hemmx fond mill-baġit ministerjali li minnhom jinxtraw rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Position of Trust - Salarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13239, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, tista' l-Ministru tagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtha għas-sena 2022?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Direct Orders

Question

Tista' l-Ministru tipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tagħha fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament tgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Eks Malta Shipbuilding – Avvenimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, tista’ tipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa tispeċifika u tgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13729.