Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandha reserved parking quddiem id-dar tagħha minħabba l-istat xejn tajjeb tas-saħħa tal-ġenituri fejn dawn sfortunatament spiss mhux qed isibu parkeġġ għax jipparkjaw karrozzi oħrajn mhux awtorizzati u skont ir-rapporti li wasluli, l-kunsill u l-pulizija qalulhom li din hija problema li taqa' taħt Transport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35633 fejn ntqal li l-gvern jidhirlu li hu aktar bżonnjuz li ninvestu f’mina milli jsir it-tkabbir tal-Port tal-Imġarr, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx cost-benefit analysis taż-żewġ proġetti? Jekk sar, il-gvern għamel analiżi komparattiv taż-żewġ proġetti? X’inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull proġett? Fuq liema kriterji l-gvern wasal għall-konklużjonijiet tiegħu? X’inhuma t-timeframes għall-proġett tal-mina? Hemm xi studji li qed isiru bħalissa? Jekk hemm, dwar xiex qed isiru? Min qed jagħmilhom? Jekk m’hemmx, hemm xi ħsieb li jsiru? Dwar xiex se jsiru u meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qegħdin il-bagi u l-pontoons li jorbtu magħhom il-cruiseliners f’Għawdex? Kemm hemm bagi u pontoons f’kull post? Meta tqiegħdu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sit fejn tqiegħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Ħaddiema fix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-Parlament il-Ġdid, Bieb il-Belt u Teatru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35838 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35595, jista' l-Ministru jwieġeb għat-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali u cioè kemm mill-403 persuna li qed jaħdmu fil-proġett tal-Parlament il-ġdid, Bieb il-Belt u t-teatru huma Maltin u kemm huma ta' nazzjonalità barranija? Kemm mill-ħaddiema ta' nazzjonalità barranija huma ċittadini ta' pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Ħlas ta' kumpens għall-biċċa art li ttieħdet biex tinfetaħ triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-ħlas tal-kumpens għat-talba li kienet saret wara li biċċa art kienet ittieħdet sabiex tinfetaħ triq, u li d-dettalji tal-file qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jgħid x'konsultazzjoni kienet saret minn Transport Malta fil-proċess ta' ħruġ ta' permessi mill-istess Transport Malta għall-awtorizzazzjoni ta' zebra crossing li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-konsultazzjoni neċessarja mar-residenti hija r-responsabbiltà tal-Kumitat Amministrattiv u tal-Kunsill Lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid meta sar ix-xogħol biex ġiet irranġata t-triq li minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok fil-Marsa, twasslek sa ħdejn ir-roundabout fil-parti ta' isfel nett ta' Triq l-Imdina f'Ħal Qormi? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża oriġinali fuq dan ix-xogħol u kemm kienet l-ispiża finali? Jista' jgħid min wettaq dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol sar f’Settembru 2009. L-istima oriġinali fuq dan ix-xogħol kienet ta’ €143,975 waqt li l-ispiża finali kienet ta’ €149,329.05. Il-kuntrattur li wettaq dan ix-xogħol huwa Schembri Infrastructures Ltd.
Marsaxlokk — Triq San Franġisk - periklu għat-tfal tal-iskola
Question
B' referenza għall-ittra li ġġib id-data tad-19 t'April mibgħuta mill-Kunsill lokali ta' Marsaxlokk lil Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-periklu li qed jiġu esposti għalih ta' kuljum it-tfal tal-iskola, għaliex Triq San Franġisk mhux qed tingħalaq kif, u fil-ħinijiet li talab saħansitra l-Kunsill tal-Iskola? Għaliex minkejja dan il-periklu, sal-lum għadu ma sar xejn dwar it-talba tal-kunsill lokali għall-ftuħ ta' Triq S. Bartolomi, li tista' tkun instrumentali biex tissolva din il-problema mingħajr ma jinħoloq aktar inkonvenjent lir-residenti bl-għeluq ta' Triq San Frangisk f'ħinijiet partikulari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dwar it-tabella għall-għeluq ta' Triq San Franġisk, Transport Malta kienet kkonsultat mal-Ministeru u d-dipartiment tal-Edukazzjoni. Madanakollu kien deċiż li din it-triq ma' tingħalaqx minħabba li r-residenti ta' din it-triq m'għandhom ebda aċċess ieħor. Din it-talba tkun tista' terġa tkun ikkunsidrata meta u jekk is-sidien privati ta' dik il-parti minn Triq Bartolomew li hija mhix miftuħa jiddeċiedu li jiżviluppaw l-art u jiffurmaw t-triq skont il-liġi. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn Transport Malta u d-dipartiment tal-Edukazzjoni dwar x'miżuri oħra ta' sigurtà, bħal tabelli u sinjali, li jkunu jistgħu jittieħdu biex jitnaqqas ir-riskju li jista' jkun hemm.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda ma' Transport Malta minn Awwissu 2011 sal-lum? Kif ġie rreklamat kull impjieg? Kemm kien hemm applikazzjonijiet għal kull vakanza? Kif saret l-għażla? Minn liema lokalità huma dawk li ntgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jopera l-Ex MMA Berths ta’ Tignè u jipproduċi kopja tal-kuntratt li jixhed it-trasferiment tal-operat tal-kumpanija preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Marina qed tiġi operata minn AB Marine Services Ltd. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk isirx spezzjonijiet u reġistrar ta' x'jidħol merkanzija mill-portijiet tagħna anki mill-katamaran għall-konsum Malti u Ghawdxi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Transport Malta — sewqan eċċessiv f'żoni residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Transport Malta biex sewwieqa ta' karozzi privati li xi uħud minnhom isuqu sewqan eċċessiv f'żona residenzjali cioè f'Triq il-Vittorja l-Isla bejn il-każin tal-PN u ċ-Ċentru tal-Partit Laburista ma jibqax isir minħabba li qed ikun hemm perikolu fit-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tal-ispeed limits mhix responsabbiltà tal-Ministeri tiegħi u allura nitolbu li jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Bormla u Wied il-Għajn — servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa u s-servizz tat-trasport pubbliku bejn Bormla u Wied il-Għajn jerġa' jkun kif kien sa ftit ilu, u cioè li mhux is-servizz bejn dawn il-lokalitajiet jieqaf fit-8.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jara li l-karozza ċirkulari li konna drajna sa Lulju 2011 terġa' tibda għar-residenti kemm ta' San Ġiljan u Tas-Sliema? Għaldaqstant, jista' l-Ministru jinfurmani meta dan is-servizz se jerġa' jitħalla jibda? Min se jagħmel dan is-servizz u r-rotot ġew stabiliti mal-kunsilli rispettivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi s-servizz li kien organizzat mill-kunsilli lokali ta’ Tas-Sliema kif ukoll dak ta' San Ġiljan twaqqaf minħabba illi skont regolament 68B tar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (L.S. 499.56), Transport Malta ma tistax tawtorizza tali servizzi. Dan minħabba li, skont l-istess regolament huwa biss l-operatur li jkun daħal fi ftehim mal-awtorità wara sejħa għall-offerti, li bħalissa huwa s-soċejtà Arriva Malta Limited, illi jistà jagħti servizzi ta' trasport tal-passiġieri pubbliċi. Għaldaqstant, l-ebda entita’ oħra ma tista’ tħaddem servizz ta’ trasport bi skeda, kemm bi ħlas kif ukoll b’xejn.
Infurmat ukoll illi bit-tibdil li seħħ fir-rotot fis-27 ta' Mejju, il-maġġoranza tal-inħawi li kienu servuti bir-rotta ċirkulari ta' tas-Sliema ġew milħuqa permezz tar-rotot li ġew modifikati jew introdotti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hiuja ċ-ċifra ta' flus li diġà tħallset f'sussidju lill-Arriva skont il-kuntratt bejn il-gvern u l-kumpanija in kwestjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi minn Lulju 2011 sa Mejju 2012, il-kumpanija Arriva tħallset is-somma ta' €7,539,583.35 f'sussidju.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35923, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta saritx taf min poġġa l-mobile toilet fil-parti indikata fil-mistoqsija? Tista' Transport Malta tinvestiga min talab li tali toilet jitpoġġa fejn tpoġġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma tafx min poġġa l-mobile toilet fil-parti indikata fil-mistoqsija u li mhux kompitu ta' Transport Malta li tagħmel xi investigazzjoni fir-rigward.