Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema taċ-ċivil - vacation leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 643 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.

Skema għal riduzzjoni fil-perċentwal tal-bolla mħallsa fuq kuntratti ta’ xiri u bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jestendi ż-żmien tal-iskema għal riduzzjoni fil-perċentwal tal-bolla mħallsa fuq kuntratti ta' xiri u bejgħ ta' proprjetà għall-konvenji li saru f’perjodi partikolari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħala miżura ta’ riġenerazzjoni relatata mal-pandemija, dawk il-konvenji li ġew irreġistrati mal-Kummissarju tat-Taxxi sal-31 ta’ Diċembru 2021, jibbenefikaw minn skema mnaqqsa ta’ taxxi kemm-il darba l-kuntratt jiġi ppubblikat sat-30 ta’ Ġunju 2023 u jiġi rreġistrat mal-Kummissarju tat-Taxxi sal-31 ta’ Lulju 2023. Ma hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm estensjonijiet addizzjonali wara d-data msemmija hawn fuq.

Konsorzju Electrogas — ħlas ta’ excise tax lill-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konsorzju Electrogas huwiex iħallas Excise Tax lill-entità tal-Gvern Enemalta u jekk iva, jagħti l-ammonti mħallsin? Fl-istess waqt, jista' jgħid jekk tali flejjes humiex qegħdin jitħallsu wkoll lit-Teżor mill-Enemalta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Electrogas tħallas direttament d-Dazju tas-Sisa fuq l-elettriku ġenerat minnha lid-Dipartiment tad-Dwana. Id-Dipartiment tad-Dwana jgħaddi dawn il-flejjes lit-Tezor. Minn Frar tal-2017 sa Diċembru tal-2022, Electrogas ħallset lid-Dipartiment tad-Dwana €11,366,162 f’Dazju tas-Sisa, u €582,806 f’Taxxa fuq il-Valur Miżjud.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2021? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2020? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2019? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti – entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2018? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – każijiet fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul l-2022, xahar b’xahar, kemm minnhom ġew riżolti u kemm fadal pendenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2022, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rreġistra 151 ilment formali, kif ġej: Jannar: 12; Frar: 13; Marzu: 14; April: 9; Mejju: 12; Ġunju: 24; Lulju: 17; Awwissu: 5; Settembru: 11; Ottubru: 16; Novembru: 10; u Diċembru: 8. Mill-każijiet li daħlu fis-sena 2022, 108 każ kien baqa’ pendenti fl-aħħar tas-sena. Ma’ dawn wieħed iżid 638 enquiry u każijiet minuri li ġew riżolti fl-istess żmien li daħlu.

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – każijiet fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul l-2021, xahar b’xahar, kemm minnhom ġew riżolti u kemm kien hemm minnhom pendenti sal-aħħar tal-2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2021, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rreġistra 167 ilment formali, kif ġej: Jannar: 16; Frar: 14; Marzu: 8; April: 16; Mejju: 18; Ġunju: 9; Lulju: 22; Awwissu: 15; Settembru: 10; Ottubru: 10; Novembru: 13; u Diċembru: 16. Mill-każijiet li daħlu fis-sena 2021, 98 każ kien baqa’ pendenti fl-aħħar tas-sena peress li wħud minnhom daħlu fl-aħħar xhur tas-sena. Ma’ dawn wieħed iżid 814-il enquiry u każijiet minuri li ġew riżolti fl-istess żmien li daħlu.

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – każijiet fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ daħal għand l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji matul l-2020, xahar b’xahar, kemm minnhom ġew riżolti u kemm kien hemm minnhom pendenti sal-aħħar tal-2020?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2020, l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rreġistra 145 ilment formali, kif ġej: Jannar: 13; Frar: 15; Marzu: 6; April: 11; Mejju: 2; Ġunju: 12; Lulju: 14; Awwissu: 12; Settembru: 13; Ottubru: 18; Novembru: 10 u Diċembru: 19. Mill-każijiet li daħlu fis-sena 2020, 81 każ kien baqa’ pendenti fl-aħħar tas-sena peress li wħud minnhom daħlu fl-aħħar xhur tas-sena. Ma’ dawn wieħed iżid 1084 enquiry u każijiet minuri li ġew riżolti fl-istess żmien li daħlu.

Taxxi mħallsa minn ħaddiema barranin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5893 u jgħid kemm tħallsu taxxi minn ħaddiema barranin li jgħixu Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ taxxa fuq dħul imħallsa minn ħaddiema barranin li jgħixu Malta, sena b’sena mill-2012 sa 2021, kien kif ġej: Sena Taxxa (Euro) 2012 47,577,840 2013 54,361,310 2014 68,619,697 2015 83,017,819 2016 111,749,313 2017 130,472,541 2018 162,071,724 2019 193,259,720 2020 216,387,178 2021 250,194,797 L-ammonti msemmija jinkludu taxxa fuq perkaċċi relatati ma’ impjieg.

Impjegati Maltin fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Maltin li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000, u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jaħdmu f'Malta fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2012 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fl-2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fl-2021 kienu jaħdmu f'pajjiżna u jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Impjegati Third Country Nationals fl-2012

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati Third Country Nationals (TCN) li fl-2012 kienu jaqilgħu bejn: €0-€10,000; €10,000-€15,000; €15,000-€20,000; €20,000-€25,000; €25,000-€30,000; €30,000-€35,000; €35,000-€45,000; €45,000-€60,000; €60,000-€90,000 u aktar minn €90,000?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

MFSA – lista ta’ promozzjonijiet u t-titlu tal-impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-promozzjonijiet kollha, inkluż it-titlu tal-impjieg, li saru fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bejn April tal-2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm hu l-pakkett finanzjarju, inkluż il-perkaċċi għall-imsemmija impjiegi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Defiċit tal-pajjiż

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5720, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-defiċit ta' pajjiżna, xahar b'xahar, matul is-sena 2022 u jqiegħed l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba oriġinali li diġà ngħatatlu.

Air Malta — Directors li huma impjegati mal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx directors li huma impjegati mal-Air Malta fi ħdan il-Kumpanija Aviation Services Handling Services Limited li tipprovdi ground handling lill-Air Malta li qed jibbenefikaw finanzjarjament minn profitti li tagħmel din il-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi impjegat tal-Air Malta plc jokkupa l-kariga ta’ Chief Operations Officer u jservi, (mingħajr ħlas), bħala Direttur fuq Aviation Services Handling Services Ltd. Id-Direttur imsemmi ma jibbenefika minn ebda sehem mill-profitti tal-kumpannija tal-Ground Handling.