B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30068 dwar kemm hemm ħaddiema impjegati mal-kumpanija KM Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema huma impjegati full time u kemm huma part time? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jew grad għandhom dawn l-impjegati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30070 u jgħid jekk saritx xi attività għall-ħaddiema ta’ KM Malta li ma kenitx relatata max-xogħol u li ġiet imħallsa mill-kumpanija, speċjalment jekk kienet iffinanzjata minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienet din l-attività u kemm swiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din is-sena saret attività waħda għall-ħaddiema ta’ KM Malta Airlines. Din l-attività ġiet tiswa €33,000.
L-għan ta’ din l-attività kien biex tiġi rikonoxxuta il-ħidma tal-ħaddiema u biex jitrawwem ambjent inklussiv u pożittiv fil-post tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29505, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet referuta lilu u jgħid kemm hu n-numru ta’ familji f’Malta u f’Għawdex, skont l-informazzjoni miġbura mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru tiegħu, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jispeċifika f’liema kunsilli lokali jaħdmu u x’inhu l-grad tagħhom mal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom impjegati mal-Gvern jew mal-entitajiet relatati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li hemm 4 impjegati fil-Ministeru, l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħti li fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ġew eletti f’xi rwol f’xi Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx xi attività għall-ħaddiema ta’ KM Malta li ma kenitx relatata max-xogħol u li ġiet imħallsa mill-kumpanija, speċjalment jekk kienet iffinanzjata minn fondi pubbliċi? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienet din l-attività u kemm swiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-prezz tal-istocks tal-Gvern fil-Borża ta’ Malta (MSE) naqas minkejja t-tkabbir ekonomiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Intepellant ilil l-prezz tal-bonds maħruġa mil-Gvern ta’ Malta (MGS), mhux bilfors ikun affettwat mill-andament ġenerali tal-ekonomija tal-pajjiz.
L-iktar fattur sinifikanti li jaffettwa l-prezzijiet tal-MGS huwa r-rata tal-imgħax. Meta r-rati tal-imgħax jogħlew, il-bonds ezistenti
b’yields
aktar baxx isiru inqas attraenti, u għalhekk il-prezz tagħhom jonqos.
Meta r-rati tal-imgħax jinzlu, il-bonds ezistenti
b’yields
ogħla jsiru aktar attraenti, u għalhekk il-prezz tagħhom jizdied.
Ministeru għall-Finanzi — L-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid ukoll liema laqgħat huwa mistenni li jattendi fit-tieni nofs tal-2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
DATA TAS-SAFRALAQGĦA
19-21 Jannar 2025ECOFIN/EUROGROUP
16-18 Frar 2025ECOFIN/EUROGROUP
9-11 Marzu 2025ECOFIN/EUROGROUP
10-12 April 2025Informal ECOFIN/EUROGROUP
11-13 Mejju 2025ECOFIN/EUROGROUP
18-20 Ġunju 2025ECOFIN/EUROGROUP
07-08 Lulju 2025ECOFIN/EUROGROUP
19-20 Settembru 2025Informal ECOFIN/EUROGROUP
9-10 Ottubru 2025ECOFIN/EUROGROUP
12-13 Novembru 2025ECOFIN/EUROGROUP
11-12 Diċembru 2025ECOFIN/EUROGROUP
Ministeru għall-Finanzi — Impjegati full-time u part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti t-total tal-impjegati full-time u part-time, fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, f’entitajiet u f’dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 1,529.6-il ħaddiem li jaħdmu full time u 22.3 -il ħaddiem part-time.
Minn dawn hemm 28 ħaddiem full time li huma mpjegati mal-Air Malta u li huma fil-proċess li jiġu ssekondati mal-RSSL.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jġibu l-PhD jibbenfikawx minn sentejn tax credits kif kien tħabbar fil-Baġit tal-2018? Jekk din il-miżura għadha fis-seħħ, jista’ jgħid jekk hux minnu li l-benefiċċjarji jrid ikollhom inqas minn 40 sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema msemmija daħlet fis-seħħ permezz tal-Avviż Legali 114 tal-2018 "Regoli dwar il-Kreditu tat-Taxxa (Kwalifiki ta' Edukazzjoni Ogħla)" u għadha fis-seħħ.
Skont id-definizzjoni li tinsab fir-regola 2 ta' dan l-Avviż Legali, fost kundizzjonijiet oħra, "kwalifika rilevanti" hija kwalifika li "tingħata lil individwu li għadu ma laħaqx l-età ta' erbgħin sena fid-data li fiha beda l-kors jew il-programm ta' studju inkwistjoni".
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-għadd ta’ ħaddiema Maltin u barranin li huma impjegati mal-kumpanija KM Malta? Mill-ħaddiema barranin, jista’ l-Ministru jgħid, kemm huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea (UE) u kemm huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
ĦADDIEMANUMRU
Maltin413
EU24
TCN17
Ministeru għall-Finanzi — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi hemm 8 ħaddiema li jaħdmu permezz ta’ telework u 925 li huma intitolati għall-remote working.
Ministeru għall-Finanzi — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28680, 28987, 29175, 29423 u 29561 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa € 91,264.47.
F’din l-istand fost oħrajn l-MTCA wieġbet mistoqsijiet dwar it-taxxa, il-VAT u d-dwana, filwaqt li l-MFSA indirizzat dawk relatati mas-servizzi finanzjarji. Saru wkoll podcasts diretti mill-MTCA u l-MFSA.
Il-podcasts tal-MFSA ffokaw fuq il-protezzjoni u l-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, li jinkludu suġġetti bħal istituzzjonijiet finanzjarji, scams, investimenti, assigurazzjoni, u kripto-muniti. Filwaqt li l-podcasts tal-MTCA trattaw l-amministrazzjoni tat-taxxa u l-benefiċċji, inkluż il-preżentazzjoni tat-taxxa, il-VAT, l-istipendji, il-pensjonijiet, it-tranżazzjonijiet tal-proprjetà, u l-wirt.
L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija fl-aħħar ta’ Diċembru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità barranija fl-aħħar ta’ Diċembru 2013 u kemm kien stmat li kien hawn imprendituri ta’ nazzjonalità barranija fl-aħħar ta’ Diċembru 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija — Taxxa fuq il-qligħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija stmata t-taxxa fuq il-qligħ li tħallset minn imprendituri ta’ nazzjonalità Maltija fis-sena 2013 u kemm kien l-istess ammont fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hija stmata t-taxxa fuq il-qligħ li tħallset minn imprendituri ta' nazzjonalità barranija fis-sena 2013 u kemm kien l-istess ammont fis-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill Onor. Interpellant illi l-MTCA m’għandhomx l-informazzjoni hekk kif mitluba fil mistoqsija, peress li l-MTCA żżomm biss records ta’ ċifri globali ta’ l-ammonti ta’ taxxa miġbura, u ma żżommx records ta’ taxxa maqsumin skont il-kategoriji mitluba.
Għaldaqstant din il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn ta’ pajjiżna, matul din is-sena sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt:
Dejn tal-Gvern Ċentrali għas-sena 2025, maqsum xahar b’xahar:
Jannar
€10,562,535
Frar
€10,935,235
Marzu
€10,794,073
April
€10,835,142
Mejju
€10,884,347
Il-figuri huma preżentati f’eluf ta’ Ewro and jaqblu mal-istqarrijiet tal-NSO ‘Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern, li tiġi ppubblikata kull xahar.
Sors: Bank Ċentrali u d-Dipartiment tat-Teżor.
Fond għall-Kawżi Soċjali — Entitajiet li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Fond għall-Kawżi Soċjali? Jista’ jgħid ukoll kif intużaw dawn il-fondi; kemm ibbenefikaw entitajiet u l-ammont li rċevew fl-2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.