Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadella – latrini pubbliċi aċċessibli għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ħaditx passi biex il-latrini pubbliċi kollha li jinsabu ġewwa ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità? Dan peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella mhux il-latrini pubbliċi kollha tranġaw biex ikunu aċċessibli għall-persuni b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — ċertifikazzjoni ta' Vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ġietx mitluba tiċċertifika r-raba' vapur li beda jagħti servizz bejn Malta u Għawdex fl-aħħar ġimgħat? Jista' jgħid jekk dan ġiex approvat mill-Kummissjoni, stante li qed jaslu ilmenti kontinwi minn persuni anzjani u persuni b'diżabilità, dwar l-aċċess għall-istess vapur?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità — aċċessibilità għal Qorti ta' Għawdex u Ċittadella

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità ħaditx passi sabiex il-Qorti ta' Għawdex u ċ-Ċittadella jkunu aċċessibbli, peress li meta sar il-proġett taċ-Ċittadella, l-istess Kummissjoni kienet aċċettat li rampa li saret, ma tkunx skont dak mitlub mill-guidelines tal-istess kummissjoni u li kellu jsir lift fi żmien qasir? Jista' jiċċertifika li dan il-lift fil-Pjazza tal-Katidral biex jagħti aċċess għall-Qorti u għal kumplament taċ-Ċittadella, fil-fatt sar u huwa ċċertifikat mill-Kummissjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Persuni li jgħixu fir-Renju Unit – pensjoni mill-Istat Malti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm persuni intitolati għall-pensjoni mill-Istat Malti li jgħixu fir-Renju Unit?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-persuni intitolati għall-pensjoni mill-Istat Malti, li jgħixu fir-Renju Unit jammontaw għal, 950 persuna.

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita — Bankini mhux aċċessibbli f’Marsaskala

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8519, tista’ l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tindika liema huma t-toroq li għandhom bankini li qed joħolqu problemi ta’ aċċessibilità f’Marsaskala?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-toroq f’Marsaskala li għandhom problema ta’ aċċessibilità huma, Triq is-Salini, Dawret it-Torri, l-Qaliet u d-Daħla ta’ San Tumas.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Każijiet pendenti

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10525 tat-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika kemm hemm każijiet pendenti fis-servizzi msemmija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każijiet pendenti huma kif ġej ; AĠENZIJA Sedqa Servizz Waiting List Alcohol and Gambling Community Team (AGCT) - Alcohol 48 AGCT - Gambling 6 Alcohol Rehab - Day 0 Alcohol Rehab - Residential 0 Courts 0 Drugs Community Team 15 Family Services 20 Psychological Services - Children 15 Psychological Services - Adolescents 10 HBTS/Community Services Servizz Waiting List Home-Based Therapeutic Service 23 Cottonera Community Service 0 Msida and Birkirkara Community Service 2 Qawra Community Service 29 Valletta Community Service 0 Paolo Freire Institute 0 AĠENZIJA Appoġġ Servizz Waiting List Human Trafficking 0 Intake and Family Support Service 78 Domestic Violence Unit 47 Għabex - women 0 Għabex - children accompanying women 0 Ghabex - minor 0 Managing Abusive Behaviour 0 Specialised Fostering 1 High Support Services 0 Mater Dei Hospital 0 Benniena 17 Paediatrics 0 Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC - ex Boffa) 34 Primary Health Care 0 Qormi Health Centre 5 Children-and-Young-Persons Service 0 Mtarfa Mental Health 0 St. Vincent de Paule Residence – Residential 0 Gozo 0 Gozo General Hospital 0 Generic Social Work Gozo 0 Looked-After-Children Gozo 0 Fostering Gozo 0 Fostering 29 Adoption - Prospective Adoptive Parents 5 Adoption - Post Adoption 0 CCS - Homestart 12 Gozo - Homestart 0 Programm-Ulied-Darna (General) 7 Programm-Ulied-Darna (Proġett Tereża) 0 Looked-After-Children Service 28 Court - Assessment 15 Court - Monitoring 12 Supervised Access Visits Service 37 Youth-in-Focus Service 23 Embark-for-Life (E4L) 50 Hotline 0 Helpline 0 Supportline 179 0 Adolescent Day Programme 50 Residential Home Services 0 Warm Haven 0 Child Protection Service (CPS) 143 Familja Psychological Services - Adults 9 Substance Misuse Outpatients Unit (SMOPU) 0 Substance Misuse Inpatients Unit (SMIPU/ Dar l-Impenn) 0 Residential Komunita' Santa Marija 18 Assessment and Stabilisation Unit 7 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dwar dawn il-listi ta’ stennija ppreżentati, ma jfissirx illi ma jkunx qed isir xi tip ta’ intervent fuq kull każ imsemmi. Wara l-ewwel initial assessment, biex jiġi stabbilit permezz ta’ weighting żviluppat minn kull servizz partikolari, kemm ikun urġenti kull każ, ikun ġie stabbilit illi l-prijorità tal-kas mhux daqstant għolja u allura ma jkunx allokat lill-professjonisti li jsegwu l-każijiet elenkati hawn fuq mill-ewwel. Madanakollu, x-xogħol fuq kull każ ikun diġa’ beda jsir.

Dementia Helpline

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-medja ta’ telefonati kuljum fuq is-Servizz Dementia Helpline? Fuqiex l-aktar kienu jikkonsistu dawn it-telefonati u kemm kien hemm telefonati li kienu klassifikati bħala emerġenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medja ta’ telefonati li rċeviet id-Dimensja helpline, mill-1 ta’ Jannar sat-3 ta’ Lulju 2019, tammonta għall-2.3 telefonati kuljum, total ta’ 416-il telefonata. Il-maġġoranza assoluta, 79.1% ta’ dawn it-telefonati kienu sabiex wieħed jikseb xi tip ta’ informazzjoni, li tvarja minn informazzjoni dwar il-kundizzjoni ġenerali, pariri dwar kif wieħed għandu jieħu ħsieb jew iġib ruħu ma’ persuna li qegħda tgħix bil-kundizzjoni tad-dimensja, kif ukoll dwar servizzi provduti mill-gvern għall-persuni li għandhom il-kundizzjoni tad-dimensja u li għadhom jgħixu fil-komunita`. Rigward it-telefonati kkunsidrati bħala emerġenza, fl- 2019 il-helpline tad-dimensja rċeviet total ta’ 4 telefonati.

Għajnuna fid-Dar — Lista ta’ Stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet pendenti li hemm għas-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-benefiċjarji li għadhom jistennew dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-informazzjoni kollha mitluba.

Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali — Postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ pożizzjonijiet vakanti li bħalissa għandhom il-Fondazzjoni tal-Ħarsien Soċjali fl-Aġenziji Appoġġ, Sapport u Sedqa? Għal liema minnhom ġa ħarġet sejħa biex dawn il-postijiet jimtlew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta’ April 2016, l-Aġenzija Sapport ma baqgħetx tifforma parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. Inżid ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu jinsab fuq is-sit elettroniku tal-istess FSWS, speċifikament permezz tal-link https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/vacancies.aspx

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — għarfien fuq traffikar ta' persuni

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 10649.

Pensjoni – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jingħata l-pensjoni ta’ Diċembru 2018?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu, kull xahar jirċievi l-pagamenti tal-pensjoni fil-kont bankarju tiegħu. Dak li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, huwa l-bonus tal-aħħar tas-sena. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-persuna msemmija minnu, għadha f’impjieg, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jħallasx tali bonus sakemm l-individwu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa mingħand min iħaddmu. Issa li waslet din l-informazzjoni għand id-Dipatiment, inħadmu l-arretrati dovuti u ser ikunu qed jitħallsu lill-individwu mal-pagament li jmiss. Minbarra l-parti tal-bonus ta’ Diċembru 2018, ser ikun qiegħed jitħallas ukoll il-parti tal-bonus ta’ Ġunju 2019.

In work benefit — persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10299 u jgħid kemm hemm persuni li bbenefikaw mill-hekk imsejħa in-work benefit tul is-sena 2018 u tul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2019? Jista' jindika kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018, l-ammont ta’ persuni li bbenefikaw mill-benefiċċju In-work Benefit kien ta’ 4,463 persuna. Minn dawn kien hemm, 1,540 mara u 2,923 raġel. In-numru ta’ benefiċjarji għas-sena 2019, sal-aħħar ta’ Mejju 2019, kien jammonta għal 3,940 li minnhom 1,417 kienu nisa u 2,523 kienu rġiel.

Persuni li applikaw għal għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10298 u jgħid kemm hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2018 u kemm s'issa fis-sena 2019? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul il-perjodu msemmi kien hemm dawn l-applikazzjonijiet ; Għajnuna Soċjali Talbiet 2018 Jannar - Mejju 2019 SA 652 198 SUP 256 85 DAD 40 18 SUA 317 79 UA 537 150 Total 1,802 530 Il-persuni li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu, kien kif ġej ; Għajnuna Soċjali Talbiet Imwaqqfa 2018 Jannar - Mejju 2019 SA 1,058 530 SUP 531 268 DAD 54 15 SUA 625 317 UA 592 242 Total 2,860 1,372

Social Workers: Leap Cottonera Community Service

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10373, jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal x’inhuwa l-irwol tas-social workers tal-Cottonera Community Service u f’liema lokalitajiet qegħdin jaħdmu? X’għandha tagħmel persuna sabiex tagħmel użu mis-servizz tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali — Każijiet attivi u pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika fil-preżent kemm hemm każijiet attivi fil-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali u f’liema servizz qegħdin jingħataw dawn il-każijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każijiet pendenti f’dawn is-servizzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sal-aħħar ta’ Diċembru 2018, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali kellha dawn il-każijiet attivi, mqassma skont is-servizzi msemmija: AĠENZIJA APPOĠĠ Intake & Family Support Service 462 IFSS – Human Trafficking 39 Domestic Violence Unit 711 Ghabex Shelter 11 Managing Abusive Behaviour Service 98 High Support Service – One to One 27 Residential Home Service 6 Mater Dei Hospital Social Work Service 1198 Benniena Service 91 Oncology Social Work Service 215 Qormi Health Centre Social Work Service 126 St Vincent De Paule – Residential 221 St Vincent De Paule – Community 49 Primary Health Care Service 70 Child and Young People’s Service 292 Cottonera Community Service 84 Paolo Freire Institute 21 Bkara Community Service 110 Msida Community Service 69 Qawra Community Service 205 Valletta Community Service 100 Embark for Life 135 Looked After Children 448 Court Service 153 Supervised Access Visits 212 Youth In Focus Service 124 Adolescent Day Programme 11 Pre-adoption 292 Post-adoption 214 children and 161 families Child Protection Service 385 Familja Home Based Therapeutic Services (HBTS) Home Based Therapeutic Services 422 AĠENZIJA SEDQA Alcohol and Gambling Community Service 325 Drugs Community Service 317 Court Services 308 Psychological services 291 Family Therapy Services 245 Alcohol Rehabilitation Programme (No data for 2018) Substance Misuse Out-patient Unit 1043 Substance Misuse In-patients Unit 0 (all cases are closed by the end of the year) Assessment & Stabilisation Unit 8 Komunita` Santa Marija Drug Residential Rehabilitation Programme 7 Fergħa ta’ Għawdex Servizz Każijiet attivi Każijiet Pendenti Ħidma Soċjali Ġenerika 53 0 HomeStart 16 0 Looked After Children 19 0 Fostering 19 0 SAVs 10 0 HBTS 10 9 Ħidma Soċjali Sptar Ġenerali t’Għawdex 152 0 TOTAL 269 9 L-informazzjoni għas-servizzi offruti mill-fergħa ta’ Għawdex hija għal perjodu sal-aħħar ta’ Mejju 2019, dan billi l-klijenti li jiffrekwentaw l-uffiċċju tal-Fondazzjoni f’Għawdex, huma anqas minn dawk illi jiffrekwentaw l-uffiċini tal-Fondazzjoni allokati f’diversi lokalitajiet madwar Malta u għaldaqstant huwa aktar faċli li n-numri jkunu miġbura b’mod aktar frekwenti. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, minn meta ġie mwaqqaf is-Servizz tal-Emergency On-Call, f’Ottubru 2018, sal-aħħar ta’ Mejju 2019, kien hemm 61 intervent illi kien irreġistrat. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-istatistika aġġornata sal-aħħar ta’ Ġunju, tas-servizzi kollha mgħotija minn kull fergħa tal-Fondazzjoni, tkun tista’ tinkiseb mir-Rapport Annwali li ser ikun ippublikat f’Lulju 2019.

Bini ta' units ta' housing soċjali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu mibnija units tal-housing fit-tliet snin li ġejjin f’Għawdex min-naħa tal-Gvern jew l-Awtorità għad-Djar u f’liema lokalità ġewwa Għawdex se jinbnew dawn il-units? Jista’ jgħid bħalissa f'Għawdex fejn hemm xogħol għaddej fuq bini ta' units ġodda ta' housing soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentarti lill-Ministeru ikkonċernat.

Persuni b’diżabilità – tibdil fis-servizzi soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ tibdil fis-servizzi soċjali li huma intitolati għalihom persuni b’diżabilità mis-sena 2013 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdiliet, sena b’sena mill-2013 sal-lum huma kif ġej: Sena 2013 - Pensjoni ta’ Diżabilità : Provvediment sabiex id-drittijet marbuta għall-Pensjoni ta’ Diżabilità jingħataw ukoll lil persuni li żżewġu qabel is-6 ta’ Jannar 2007. Sena 2014 - Allowance ta’ Tfal b’Diżabilità : Tiżdied ir-rata minn €16.31 fil-ġimgħa għal €20 fil-ġimgħa. Sena 2015 - Pensjoni ta’ Diżabilità : B’effett minn Jannar 2015 kull persuna li tkun qiegħda f’impjieg bi qliegħ jew taħdem għal rasha bi qliegħ li jeċċedi l-Paga Minima Nazzjonali kellha dritt għal Pensjoni għal Diżabilità sħiħa u għalhekk ma jseħħ l-ebda tnaqqis mill-imsemmija pensjoni. Sena 2016 - Diżabilità u Pensjoni għal Persuna b’Vista’ Batuta : B’din il-miżura dawk il-persuni kollha li qiegħdin jirċievu Pensjoni ta’ Diżabilità u jilħqu l-età ta’ sittin sena bdew jitħallsu r-rata fil-ġimgħa li hija ekwivalenti għar-rata ta’ Pensjoni tal-Età mhux Kontributorja. Id-differenza li żdiedu fil-ġimgħa hija ta’ €5.16. Barra minn hekk permezz ta’ din il-miżura kien qiegħed jiġi simplifikat il-proċess fejn persuna ma għandhiex għalfejn tmur tapplika għall-Pensjoni tal-Età hekk kif tilħaq l-età ta’ sittin sena. Sena 2017 - Karta Roża lill-persuni li jircievu Assistenza għal Diżabilità : Persuni li jirċievu l-Pensjoni għal Diżabilità u li jkunu eliġibbli għall-mediċini b’xejn se jibdew jingħataw il-Karta r-Roża għal sena u mhux għal tliet xhur. Sena 2017 - Benfiċċji għal Diżabilità: B’effett minn Jannar 2017 ġiet introdotta l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, fejn persuna b’diżabilità, li tbati minn kundizzjoni elenkata fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, hija totalment dipendenti (Barthel Index minn 0 sa 4) u ma tistax taħdem għandha dritt għal ħlas ta’ €120.00 fil-ġimgħa. Din l-assistenza ma taqax taħt it-test tal-mezzi. Eventwalment u gradwalment din l-assistenza se tibqa’ togħla sal-Paga Minima Nazzjonali netta. Barra minn hekk ġiet introdotta wkoll l-Assistenza għal Diżabilità li jistgħu japplikaw għaliha dawk il-persuni li għandhom paraliżi totali permezz ta’ amputazzjoni jew mod ieħor ta’ driegħ jew riġel wieħed. Sena 2018 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni ’il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilità Severa u għal Vista Batuta : B’effett minn Jannar 2018 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b’€2.00 minbarra l-COLA ta’ €1.75 sħiħa, lill-pensjonanti kollha. Sena 2018 - Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa : § B’effett minn Jannar 2018, ir-rata fil-ġimgħa żdiedet minn €120.00 għal €140.00 fil-ġimgħa. § B’effett minn Jannar 2018 l-eliġibilità fir-rigward tal-Barthel Index żdiedet minn skala ta’ minn 0 sa 4 għal skala minn 0 sa 8. Sena 2019 - Żieda fil-Pensjoni lil benefiċjarji tal-Pensjoni tal-Età u Persuni ’il fuq minn 60 sena li jirċievu Assistenza għal Diżabilita Severa u għal Vista Batuta : B’effett minn Jannar 2019 ġiet miżjuda r-rata fil-ġimgħa b’€2.17 minbarra l-COLA ta’ €2.33 sħiħa, lill-pensjonanti kollha. Sena 2019 - Allowance ta’ Tfal b’Diżabilità : Tiżdied ir-rata minn €20 fil-ġimgħa għal €25 fil-ġimgħa. Sena 2019 - Assistenza Miżjuda Diżabilità Severa : Tiżdied ir-rata minn €140 fil-ġimgħa għal €150 fil-gimgħa. Sena 2019 - Introdott mezz ta’ kejl ieħor permezz tat-Tabelli ta’ Indeboliment : Sabiex persuni li jbatu minn diżabilità intellettwali u m’humiex tajbin għal xogħol għalkemm ma jikkwalifikawx għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa għax ikun għadhom mobbli, jikkwalifikaw taħt il-kejl il-ġdid.

Dar tal-Anzjani Imsida – problema bl-arja kundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex partijiet kbar mid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida, inkluż il-kmamar fejn jorqdu l-anzjani, jinsabu bla arja kundizzjonata u ilhom hekk għal madwar għaxart ijiem? Meta din il-ġimgħa pajjiżna għaddej minn heat wave, tant li l-gvern qed jappella lill-anzjani biex jibqgħu fil-frisk, kif jista’ l-istess gvern iħalli dar tal-anzjani bla arja kundizzjonata għal madwar għaxart ijiem? Jista’ jgħid meta l-arja kundizzjonata fid-Dar tal-Anzjani tal-Imsida se tibda taħdem? Sadanittant x’miżuri qed jieħu l-gvern biex itaffi l-problema ta’ sħana kbira li qed isofru dawn l-anzjani fid-Dar tal-Imsida?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qiegħed isegwi din is-sitwazzjoni mill-qrib. Filfatt ic-chillers tad-Dar tal-Anzjani fl-Imsida, mistennija jiġu msewwija matul din il-ġimgħa stess, hekk kif xi parts kellhom jiġu minn barra. Fil-fratemp, id-Dipartiment ħa l-miżuri neċċessarji sabiex jassigura li l-anzjani jinżammu fi stat tajjeb f’kull ħin. Dan jinkludi tqassim ta’ fans u pprovediment ta’ ilma kontinwu hekk kif meħtieġ.