Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — first aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tiegħu u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej skont id-dipartiment/entita’ rispettiva:
Enemalta – 44
first aiders
ARMS – 10
first aiders
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – 169
first aiders
Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma – 2
first aiders
Enemed – 32
first aiders
Mediterranean Oil Bunkering Services – 4
first aiders
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – 6
first aiders
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin ukoll diversi ‘
’refresher courses
’’ biex kull min huwa
first aider
ċertifikat, iċ-ċertifikat tal-
first aid
jibqa’ wieħed validu. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin ser isiru diversi korsijiet tal-
first aid
biex dan in-numru ta’
first aiders
ċertifikati jkompli jiżdied u jkun hemm aktar
first aiders
ċertifikati.
Kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass – inċentiva fiskali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1966 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ kumpaniji awtorizzati biex jimpurtaw il-gass, u li jimtela fiċ-ċilindri LPG, humiex qed jingħataw jew humiex se jingħataw xi inċentiva fiskali għal kull ċilindru li jbigħu lid-distributuri biex il-prezz tal-gass jibqa’ wieħed stabbli?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qed jaddotta mekkaniżmu li permezz tiegħu qed iżomm il-prezz taċ-ċilindru tal-gass stabbli. Dan il-mekkaniżmu inħadem sabiex il-prezz tal-gass ma jinbidilx kull xahar, kif kien isir fil-passat.
Jista’ l-Ministru jagħti d-data uffiċjali meta ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta plc ma baqax aktar b’poteri eżekuttivi u sar biss Chairman tal-Bord?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-qafas legali tal-Kumpanija Enemalta plc, kemm Chairman Eżekuttiv kif ukoll Chairman tal-Bord għandhom poteri eżekuttivi. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li ma kien hemm ebda bidla li fiha tneħħew il-poteri eżekuttivi tac-Chairman Eżekuttiv tal-Kumpanija msemmija u għaldaqstant ebda data uffiċjali.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri (manholes) li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri ma jibqgħux jinqalgħu minn posthom kull meta tagħmel ix-xita b’periklu kbir għas-sewwieqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha tlettax –il tappiera tad-drenaġġ fi triq imsemmija u li hija obbligata li tara li kull lokalita’ ikollha servizz eċċelenti u infrastruttura tajba biex problemi simili jiġu evitati u jkomplu jonqsu l-inkonvenjenti tar-residenti u n-negozji. Bħalissa hemm diversi xogħolijiet għaddejin f’diversi lokalitajiet biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkompli tipprovdi servizz aħjar lir-residenti u n-negozji kollha ta’ kull lokalita’.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ tappieri (manholes) li għandha l-kumpanija Enemalta plc fi Triq is-Siġġiewi fil-parti li tinsab fil-konfini tal-lokalità tas-Siġġiewi? Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex dawn it-tappieri ma jibqgħux jinqalgħu minn posthom kull meta tagħmel ix-xita b’periklu kbir għas-sewwieqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta m’għandha l-ebda tappiera (manhole) fi triq imsemmija.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Energy and Water Agency nefqet €830 (VAT eskluż) f’April 2017.
L-ARMS nefqet €286.00 (VAT eskluż) sal-aħħar ta’ Ġunju 2017 għal-kampanja tal-
E Billing
li bdiet fl-istess xahar.
In-nefqa tal-Enemed mill-2016 sal-aħħar ta’ Settembru 2017 kienet hekk:
Xahar
Nefqa
(VAT eskluż)
Awwissu 2016
€318.60
Frar 2017
€566.67
Marzu 2017
€538.26
April 2017
€92.98
Ġunju 2017
€298.06
Lulju 2017
€396.81
Awwissu 2017
€338.13
Settembru 2017
€286.35
Fir-Rigward tal-Enemalta l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — defibrillator
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemed għandha defibrillator f’dawn il-faċilitajiet: Ras Ħanzir, Ħas Saptan, fl-Ajruport (In to Plane Operations), Wied Dalam, fl-Instalazzjoni tal-31 ta’ Marzu ġewwa Birżebbuġia u ġewwa d-‘’Dolphin Facility’’ ġewwa Marsaxlokk.
Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu ‘’
defibrillator
’’ wieħed li qiegħed ġewwa l-uffiċini tagħhom fil-Marsa.
L-Enemalta plc għandha żewġ
Automated External Defibrillators
li qiegħdin fid-daħla tal-Bini Amministrattiv tal-Kumpanija fil-Marsa u ieħor li jinsab fil-kamra tal-
First Aid
ġewwa d-Delimara Power Station.
Jista’ l- Ministru jgħid kemm ħaddiema ġodda, u f’liema grad ġew impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2017 s’issa u kemm u f’liema grad ser tkun qed timpjega fis-sitt xhur li ġejjin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sal-aħħar ta’ Ġunju 2017 ingaġġat dawn il-ħaddiema:
· 4 Senior Enforcement Inspectors
· 3 Electricians
· 184 Multi Skilled Fitters 3
· 3 Laboratory Technicians
· 1 Auto Mechanic
· 12 Debt Collectors
· 14 Ushers
· 13 Operatives
· 1 Draughtsperson
· 2 Junior Application Developers
B’referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li kull impjieg isir skont l-eżiġenzi tas-servizz u dejjem skont id-direttivi stabbiliti tal-Gvern dwar reklutaġġ ma’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema lokalitajiet huma l-ħaddiema l-ġodda, inkluż fitters u ushers, li ġew impjegati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2017, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiem li daħlu mall-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huma minn firxa kbira ta’ lokalitajiet minn madwar Malta u Għawdex li jinkludu: Birżebbuġa, Birkirkara, Birgu, Fgura, Floriana, Gudja, Għaxaq, Għajnsielem, Gżira, Ħamrun, Isla, Kalkara, Kerċem, Ħal Lija, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, Mtarfa, Munxar, in-Nadur, Naxxar, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Qormi, r-Rabat Malta, r-Rabat Għawdex, Ħal Safi, San Ġwann, Siġġiewi, Santa Luċija, San Pawl il-Baħar, Ħal Tarxien, Xagħra, Xewkija, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ Malta, ż-Żebbuġ Għawdex, iż-Żejtun u ż-Żurrieq. Dawn ġew impjegati wara li saret sejħa mill-Jobsplus għal dawn l-impjiegi.
Tbagħbis ta’ Smart Meters – persuni mressqa l-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għamlet l-Enemalta u għal kemm persuni biex jitressqu l-Qorti wara April 2013 fuq akkuża ta' tbagħbis ta' smart meters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, Enemalta ħadmet bi sħiħ sabiex tnaqqas is-serq tal-elettriku li fis-snin ta’ qabel kien qed itellef lill-entita’ miljuni ta’ ewro fi dħul. Fil-fatt, permezz ta’ inizzjattivi u miżuri differenti u bis-saħħa tal-impenn kontinwu tal-impjegati involuti f’din il-ħidma, il-Kumpanija rnexxielha tidentifika u twaqqaf madwar 2,000 każ ta’ serq ta’ elettriku u rregolaritajiet oħra relatati.
Kull każ jiġi pproċessat skont il-proċeduri stabbiliti, li jinkludu wkoll, fost oħrajn, talbiet lill-Pulizija għal aktar invesitgazzjonijiet u passi legali, sabiex jiġi żgurat li Enemalta tirċievi l-ħlas tal-elettriku misruq. Fil-perjodu msemmi l-Kumpanija għamlet 153 talba ta’ dan it-tip b’rabta ma’ serq ta’ elettriku.
B’riżultat ta’ din il-ħidma kontinwa, r-rata ta’ elettriku misruq niżlet drastikament sena wara l-oħra, sabiex illum tinsab fl-inqas livelli li qatt kienet.
Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-ilma — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ingaġġ ta’ fitters
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati fitters mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2017, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Marzu 2017 ħarġet l-ittra tal-ingaġġ lil 184 Multi Skilled Fitters 3. L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li kull impjieg sar skont l-eżiġenzi tas-servizz u dejjem skont id-direttivi stabbiliti tal-Gvern dwar reklutaġġ ma’ dipartimenti u entitajiet pubbliċi.
Peress li skont statistika tal-NSO (163/2017) matul l-2016 Malta ġġenerat biss 5.6% tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jista’ l-Ministru jgħid kif Malta se tlaħħaq mal-miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea sal-2020 fil-ftit snin li baqa’ biex dan isir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta għandha l-mira li tilħaq 10% f’dak li hi enerġija rinnovabbli sal-2020 u dan jinkludi mhux biss elettriku, li għalih qiegħda ssir referenza fil-mistoqsija, iżda s-sorsi kollha ta’ enerġija rinnovabbli li flimkien huwa stmat li jlaħhqu 6% sal-aħħar tas-sena 2016. Dan intlaħaq b’tagħmir li qiegħed jiġġenera elettriku jew sħana minn sorsi rinnovabbli kif ukoll b’bijokarburanti fil-konsum tad-diżil. B’hekk Malta se tkun qabżet il-mira ndikata lilha fid-Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (2009/28/KE) għas-snin 2015-2016, cio’e’ ta 4.5%.
Il-Gvern se jkompli jaħdem biex jilħaq il-mira Nazzjonali ta’ 10% tal-enerġija ġġenerata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sena 2020 b’żieda ta’ mill-anqas 1% fis-sena hekk kif ġie ppjanat fin-
National Renewable Energy Action Plan
(
endorsed
mill-Kummissjoni Ewropea). Dan qiegħed jagħmlu billi jkompli l-ħidma b’numru ta’ inzjattivi fis-settur, fosthom b’numru ta’ skemi għal sapport ta’ teknoloġiji solari rinnovabbli (fosthom għal panelli fotovoltajiċi u
solar water heaters
) li huma mmirati għal-familji u l-intrapriżi. Barra minn hekk wara l-pubblikazzjoni tas-
solar farm policy
, fil-ġimgħat li ġejjin, il-Gvern se jniedi skema ġdida għal sistemi fotovoltajċi b’kapaċita’ ta’ mhux inqas minn 1
Megawatt peak
.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ta’ rinnovar tal-bjar domestiċi (Cisterns Scheme) għadhiex miftuħa u min jista’ jibbenefika minnha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-iskema hija miftuħa u jistgħu japplikaw għaliha dawk il-persuni li jixtiequ jagħmlu xi tiswijiet fil-bir diġà eżistenti. Din l-iskema titħaddem mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-għan li jinkoraġġixxu aktar il-ħażna u l-użu tal-ilma tax-xita fis-settur domestiku. In-nefqa eliġibbli tinkludi tiswijiet ta ' bjar u installazzjoni ta' sistemi għall-użu ta’ ilma li mhux tajjeb għax-xorb. L-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali, u tapplika għal individwi privati għall-użu fil-proprjetajiet residenzjali tagħhom. L-applikanti jistgħu jibbenefikaw sa €1,000.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi għall-użu ta’ enerġija b’effiċjenza li wieħed jista’ jutilizza meta jkun qed jibni daru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li barra mill-iskema ta’ rinovar tal-bjar domestiċi hemm ukoll skemi għal Roof Insulation u Double Glazing kif ukoll għal installazzjoni ta’ Solar Water Heaters.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, taħt il-Ministeru tiegħu, hemmx il-ħsieb li jinħolqu skemi ġodda li minnhom igawdu l-familji b’mod ġenerali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li għaddew ġiet imnedija skema ġdida tal- “Heat Pump Water Heater” li l-familji jistgħu jużaw biex isaħħnu l-ilma fejn dawn il- heaters huma aktar effiċjenti mill-geysers normali.
Jista’ l-Ministru jgħid x'kienu l-indiċi annwali tal-kwalità tal-ilma tax-xorb għas-sena 2016 meta dawn jitqabblu mal-istandards mistenni internazzjonali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta wieħed jirrelata l-figuri tal-analiżi tal-kwalita’ tal-ilma li nstabu f’diversi kampjuni li nġabbru mill-villaġġi madwar Malta u Għawdex fis-sena 2016, mal-istandards stabbiliti fid-direttiva tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-kwalita’ tal-ilma, kien hemm dan il-livell ta’ konformità:
% konformita’ fil-parametri microbioloġiċi hija ta’ 100%
% konformita’ fil-parametri mandatorji fid-direttiva msemmija hawn fuq hija ta’ 97%
% konformita’ fil-parametri ndikattivi fl-istess direttiva hija ta’ 90%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba daħal it-tanker li jimla l-LNG tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk minn meta wasal l-LNG tanker? Jista’ jgħid kemm kien il-volum globali ta’ gass trasferit għal-LNG tanker fl-istess perjodu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta wasal l-LNG tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk, inħattu total ta’ seba’ kunsinni ta’ LNG. It-tagħrif mitlub rigward il-volum globali ta’ gass trasferit għal-LNG tanker fl-istess perjodu għandu valur kummerċjali għal Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Peress li skont statistika tal-NSO (163/2017) matul l-2016 Malta ġġenerat aktar minn żewġ terzi tal-elettriku (67.9%) mill-interconnector, jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ ta’ elettriku ġie ġġenerat mill-power station ġdida tal-Electrogas minn meta din, skont stqarrijiet tal-Gvern, bdiet tiġġenera l-elettriku aktar kmieni din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.