Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pretty Bay beach concession

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2849 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2193, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concession biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Fra Ben Beach concession

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2850 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2195, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

MCA – Chairperson, deputy chairperson u membri tal-bord

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1170 u 1676, jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairperson, deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? F’kull każ jista’ jgħid meta tiġi fi tmiem il-ħatra ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-Bord? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħatra attwali f’kull każ hijiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni hu mwaqqaf skont skont it-tabella hawn taħt. Po¿izzjoni fuq il-Board Kunjom Isem Titlu Bidu Tal-Ħatra Kurrenti L-ewwel jew it-tieni Hatra Chairperson(Acting) Bugeja Jesmond Mr October 2020 għal 3 snin 2 Deputy Chairperson Musù Mark Mr October 2020 għal 3 snin 2 Membru Fava Mario Mr October 2020 għal 3 snin 2 Membru Farrugia Graziella Ms October 2020 għal 3 snin 2 Membru Mizzi Alexandra Dr October 2020 għal 3 snin 2+ Membru Zammit Massimo Mr October 2020 għal 3 snin 1 Membru Abela Kevin Mr October 2020 għal 3 snin 2

Bars, ristoranti, hotels u stabbilimenti kummerċjali – liċenzja biex idoqqu l-mużika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3107 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm bars, ristoranti, hotels u stabbilimenti kummerċjali oħra li għandhom liċenzja biex idoqqu l-mużika? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-isem, indirizz u lokalità għal kull wieħed minn dawn il-permessi? Sa xħin huma liċenzjati li jdoqqu dawn l-istabbilimenti? Kemm minn dawn għandhom liċenzja li jdoqqu open air? Jista’ jgħid x’inhu l-ħin sakemm tista’ tindaqq il-mużika skont il-liġi li taqa’ taħt l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx stabbilimenti li għandhom ukoll konċessjonijiet speċjali biex idoqqu wara l-ħin stabbilit? Jekk iva, kemm hemm u liema huma?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3106. Rigward is-sigħat li fihom tista' tindaqq mużika, nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 441.08.

Artijiet li huma proprjetà tal-Gvern Libjan

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ artijiet li huma proprjetà tal-Gvern Libjan jew aġenziji statali tal-Gvern Libjan f’Malta? Jista’ jikkonferma jekk għadx hemm artijiet li huma proprjetajiet tal-People’s Broadcasting Corporation Tripoli, bħal pereżempju l-art f’Tas-Salib, ir-Rabat? Jista’ jikkonferma min hu l-proprjetarju ta’ St Mark’s House l-Furjana u minn fejn hi bbażata l-LAMHCO?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Artijiet tal-Gvern mikrija lill-privat

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-artijiet tal-Gvern fil-Magħtab u f'Burmarrad li huma mikrija lill-privat għal skopijiet ta' petting farming u/jew stallel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni peress li d-domanda hi waħda wiesgħa u ġenerika. Għaldaqstant, sakemm ma jingħatax aktar żmien sabiex issir riċerka manwali, din ir-risposta ma tistax tingħata bi preċiżjoni. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda iktar speċifika fuq ir-rigward propjetajiet partikolari biex ikun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif.

Kumpens għal artijiet meħuda mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità tal-artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.

Art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hija proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx katast ta’ art barra ż-żoni ta’ żvilupp li hi proprjetà tal-Gvern? Kemm minn din l-art hija okkupata minn bdiewa full-time, bdiewa part-time jew individwi oħrajn li mhumiex bdiewa, separatament? Kemm minn din l-art barra ż-żona hi proprjetà tal-Gvern mhux okkupata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal Artijiet għandha r-rekords tagħha għal kull kirja li hija tagħti u dwar jekk art tkunx proprjetà tal-Gvern jew Ex knisja u jekk din il-proprjetà tkunx mikrija jew le. Fir-rigward tal-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.

Malta Business Register – post mikri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lill-Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 23250 fis seduta tat-22.11.21.

Baġit 2023 – Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kampanja bi ħlas għal reklamar u promozzjoni dwar il-budget.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li beda jwettaq il-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-Ministeru tiegħu, u li sa ftit jiem ilu kien Spettur fil-Korp tal-Pulizija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix impjegata fil-Ministeru kif indikat.

Blockchain

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern addottax jew qiegħed fil-proċess li jaddotta t-teknoloġija tal-blockchain bħala parti integrali mis-sistemi tal-entitajiet u awtoritajiet tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jispjega kif l-entitajiet u awtoritajiet governattivi jutilizzaw it-teknoloġija tal-blockchain?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-teknoloġija tal-blockchain ġiet adottata fejn tali teknoloġija tista’ tkun ta’ valur miżjud fil-proċessi li joperaw l-entitajiet tal-Gvern. Dan ifisser li mhux kull entità tista’ jew għandha bżonn taddotta din it-teknoloġija bħala parti integrali tas-sistemi jew proċessi. Fil-preżent, it-teknoloġija tal-blockchain qed tintuża mill-Awtorità tad-Djar dwar kuntratti tal-kiri, liema soluzzjoni hija wkoll iċċertifikata mill-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta (MDIA). Il-blockchain qed tintuża wkoll minn entitajiet governattivi fil-kamp tal-edukazzjoni u oħrajn rigward ċertifikati blockcerts, fejn ’il fuq minn 55 entità tagħmel użu minnhom. L-MDIA qed tassisti diversi entitajiet governattivi oħrajn li xtaqu jimplimentaw it-teknoloġija tal-blockchain f’xi proċessi li ġew identifikati bħala validi għal din it-teknoloġija, dawn jinkludu, informazzjoni fuq prodotti tal-artiġjanat f’Ghawdex, permessi tal-ippjanar, reġistri pubbliċi, u l-proprjetà intellettwali. B’kollox il-Gvern għandu 58 soluzzjoni li jużaw din it-teknoloġija u 11 oħra jinsabu fil-proċess ta’ implimentazzjoni.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — chairpersons ta' Bordijiet - spiża fuq safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 355 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

National Cyber Secuirty Strategy Steering Committee

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, in-National Cyber Security Strategy (NCSS) Steering Committee?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li wara t-tħejjija tal-istrategija, il-Kumitat kompla bil-ħidma tiegħu fejn ġie mwaqqaf ‘Ad Hoc Core Group’ magħmul minn membri tal- istess Kumitat, bi pjan ċar, sabiex ikun mfassal National Incidence Response Plan. Dan il-Pjan wasal fl-aħħar stadju u se jkun ippre¿entat u approvat minn National Cyber Security Strategy (NCSS) Steering Committee. Il-Kumitat kien ukoll f’kuntatt kontinwu permezz ta’ korrispondenza elettronika u fejn kien hemm il-ħtieġa ġiet iċċirkulata korrispondenza/informazzjoni dwar cyber security issues għall-attenzjoni u l-feedback tal-Kumitat. Il-Kumitat iltaqa’ 11 il-darba bejn Jannar u Awwissu tas-sena 2022. Il-Kumitat għamel ukoll diversi laqgħat ma l-istakeholders maġġuri. Saru ukoll ¿ewg laqgħat Ad Hoc f’ Ġunju u t’Ottubru tas-sena 2022, fejn l-istess membri tal Kumitat kienu mistiedna għal diskussjonijiet innformali rigward Cyber Incidence Response, organizzati mid-dipartiment tal- Critical Infrastrucure Protection.

Bord Konsultattiv dwar id-Disinji tal-Bolol

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena, inkluż kemm-il darba ltaqa', xahar b'xahar, il-Bord Konsultattiv dwar id-Disinji tal-Bolol?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura ta’ kull ħruġ ta’ bolla ġdida tinkludi x-xogħol preparatorju tal-bolla mill-MaltaPost, internament jew minn disinjatur/artist maħtur; kull proposta tal-immaġni tat-timbru għandha tiġi ppre¿entata lill-bord Stamp Design Advisory Board (SDAB). Qabel il-Covid, il-Bord kien jiltaqa’ b’mod regolari u jkollu pre¿entazzjoni vi¿iva. Waqt Covid ma baqax isiru laqgħat b’mod fi¿iku u x-xogħol tal-bord beda jsir kollu permezz ta’ emails iċċirkolati lill-membri kollha. Din hija prassi li baqgħet tin¿amm peress li nhass li kientet aktar effiċjenti. L-immaġini u l-pre¿entazzjoni issa qed jiġu ppre¿entati bl-email b'deskrizzjoni qasira lill-membri kollha tal-bord, biex jiddeċiedu dwar l-adattabilità tagħhom kemm legalment kif ukoll fattwalment. L-SDAB għalhekk iwettaq il-biċċa l-kbira tad-deċi¿jionijiet online bejn il membri kollha tal board u l-proċess hu wieħed kontinwu.

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarju Parlamentari ma hemmx advisors fl-entitajiet li jaqgħaw taħtu

Għadira beach concession

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concession mil-Lands biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorita tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Madankollu l-Onorevoli Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Armier beach concessions

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions mil-Lands biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorita tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Madankollu l-Onorevoli Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Żoni Industrijali – parkeġġi għal trailers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hawnx ippjanat li jsiru parkeġġi apposta għal trailers fid-diversi żoni industrijali f’Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli interpellanta jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija numru 24221 fid-19 ta’ Jannar 2022.