Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Ċitazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha qattx qala’ ċitazzjoni (traffic fine) minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x’pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija identika li għamel bin-numru 23550.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha karozzi elettriċi fid-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozzi elettriċi li bħalissa qed jintużaw mill-entitajiet u d-dipartimenti li jiffurmaw parti mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jammontaw għal 108.
Ix-Xlendi – Proġett ta’ Riġenerazzjoni tal-Parkeġġ
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18200 li ngħatat fl-24 ta’ April 2024, dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-parkeġġ tax-Xlendi, fejn kien ġie mwieġeb li “Il-Korporazzjoni, li mhix responsabbli mill-proġett fit-totalità tiegħu, qed tistenna l-pjanti finali tal-parkeġġ biex tkun tista’ tgħaddi għall-fażi li jmiss fejn jidħlu x-xogħlijiet li jridu jsiru minnha”, tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux il-pjanti finali u jekk iva, meta saru?
Fiex waslu l-preparamenti dwar il-pumping station adegwata u jinbidlu wkoll il-pajpijiet li jwasslu għas-sentina? Tista’ tgħid ukoll meta (xahar u sena) hu ppjanat li jinbeda u jitlesta x-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bil-preparamenti biex jitlestew id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-permessi min-naħa tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan biex jinbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-istazzjon il-ġdid tal-ippumpjar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29142, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-points li minnhom għandhom jingħataw l-ilma l-bdiewa tal-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, hux ser ikunu qed jipprovdu dan l-ilma? Jekk le, kemm fadal points li għad iridu jitqabbdu mas-sistema tan-new water?
Response (DALLI, MIRIAM)
Iva tali points se jkunu qed jipprovdu dan l-ilma.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx rapporti dwar vapuri li qed jarmu t-terrapien fil-baħar tax-Xgħajra u l-madwar?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ma rċeviet ebda rapport dwar rimi ta’ skart illegalment fil-baħar permezz ta’ vapuri ʼl barra mix-Xgħajra. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-akkwati indikati hemm sit diżinjat għal rimi ta’ terrapien fil-baħar u fil-preżent hemm 6 permessi attivi għal dan it-tip ta’ rimi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28319, tista’ l-Ministru tara li x-xogħlijiet fi Triq San Ċiru, fil-Gudja ma jdumux ma jiġu ffinalizzati sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq is-sistema tad-drenaġġ tlestew, filwaqt li għaddejjin dawk fuq in-network tal-ilma tax-xorb.
Tista’ l-Ministru tgħid min hu responsabbli miż-żamma u l-manutenzjoni tal-latrini pubbliċi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 27366, ninfurmaha li hemm ukoll latrini pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
San Pawl il-Baħar — Burmarrad - Sqaq Ta’ Ciampra - Sistema tad-drenaġġ u main ġdid tal-ilma
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) hix ser twettaq xogħol ta’ tqegħid ta’ sistema tad-drenaġġ u main ġdid tal-ilma fi Sqaq Ta’ Ciampra, f’Burmarrad, San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta hu mistenni li dan iseħħ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bil-preparamenti u l-proċessi meħtieġa biex jitwettaq tali xogħol.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29141, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ dispensers intelliġenti li twaħħlu s’issa u kemm għad jonqos li jitwaħħlu/jitħaddmu fil-lokalità tal-Mellieħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-lokalità tal-Mellieħa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 48 dispenser intelliġenti installati u li qegħdin jaħdmu, filwaqt li 47 dispenser ieħor mistennija jitħaddmu fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29141, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ dispensers intelliġenti li twaħħlu s’issa u kemm għad jonqos li jitwaħħlu/jitħaddmu fil-lokalità tal-Imġarr?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-lokalità tal-Imġarr, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 54 dispenser intelliġenti installati u li qegħdin jaħdmu, filwaqt li 19-il dispenser ieħor mistennija jitħaddmu fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29141, tista’ l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta’ dispensers intelliġenti li twaħħlu s’issa u kemm għad jonqos li jitwaħħlu/jitħaddmu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Bahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha 8 dispensers li mistennija jitħaddmu fiż-żmien li ġej.
Charging stations — Responsabbiltà għal tiswijiet u manutenzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28880, tista’ l-Ministru tgħid jekk skont il-kuntratt, ir-responsabbiltà għal tiswijiet f’każ ta’ ħsarat u l-manutenzjoni taċ-charging pillars taqax biss fuq l-operatur privat? Tista’ tgħid ukoll kemm-il darba ġew irrappurtati ħsarat fiċ-charging stations pubbliċi mill-bidu tal-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienet il-medja ta’ żmien li l-operatur dam biex indirizza l-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-responsabbiltà għal tiswijiet f’każ ta’ ħsarat u manutenzjoni taċ-charging pillars hija tal-kuntrattur. Ninsab infurmata li fil-perjodu indikat kien hemm 1,095 rapport, li kien hemm minnhom ripetuti billi l-istess ħsara ġiet rappurtata minn individwi differenti, u li l-parti l-kbira tal-każijiet ġew indirizzati fi żmien ta’ mhux aktar minn tlett ijiem.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed jiġi trattat fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin, f’Marsaskala?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-impjant ta’ Sant’ Antnin qed jitratta:
• Drenaġġ urban.
• Srew (slurry) ġenerat fl-irziezet – separazzjoni tas-srew fi frazzjoni solida (tittieħed minn Riżorsi Agrikoli Malta u titqassam lill-bdiewa) u fi frazzjoni likwida (isir l-ipproċessar tiegħu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa l-impjant Ta’ Barkat).
• L-impjant iservi wkoll bħala distribution hub ta’ New Water lejn il-ġibjuni diversi tan-New Water fl-akwata.
Marsaskala u Żejtun – Irwejjaħ fl-inħawi tal-Impjant ta’ Sant’ Antniin
Question
Tista’ l-Ministru tispjega għalfejn qed ikun hemm irwejjaħ insapportabbli fl-inħawi tal-Impjant ta’ Sant’ Antnin, li regolarment jinxtammu minn Marsaskala u anke miż-Żejtun?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tipprovdi iktar dettalji dwar dak li qed issemmi biex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn latrini pubbliċi? Tista’ tgħid ukoll kemm minnhom huma miftuħa għall-pubbliku b’mod frekwenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16135, ninfurmaha li dawn il-latrini jkunu miftuħin għall-pubbliku kuljum, mis-7 ta’ filgħodu sas-7 ta’ filgħaxija.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm latrini pubbliċi li għandhom bżonn jiġu rranġati biex jilħqu l-istandards mistennija llum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni għandha sezzjoni ta’ ħaddiema apposta li b’mod regolari jagħmlu manutenzjoni fil-latrini pubbliċi li huma fir-responsabbiltà tagħha biex ikun assigurat li dawn jinżammu fi stat tajjeb. Hija sfortuna u ħaġa kundannabbli li l-ħidma mwettqa mid-Diviżjoni, biex tara li l-latrini jinżammu fl-aħjar kundizzjoni possibbli, spiss tkun imxekkla minn vandaliżmu li jsir fihom. Minkejja dan, malli jkun rappurtat xi att vandalu dejjem tittieħed azzjoni immedjata biex kwalunkwe ħsara li ssir tiġi rimedjata minnufih.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Segretarjat Parlamentari għall-Indafa Pubblika - Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28691 u 29105 u tgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul il-kosta tal-Mellieħa Malta din is-sena? Tista’ tgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Bħal kull sena, d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tagħmel xogħol ta’ manutenzjoni u installazjoni ta’ diversi għamara tal-baħar, fosthom slielem. Matul il-kosta tal-Mellieħa twaħħlu 35 sellum, li huwa l-istess ammont ta’ snin preċedenti.