B’referenza għall-istorja li dehret fuq il-Malta Independent online il-Ħamis, 23 ta’ Lulju 2020, jista’ l-Ministru jgħid x’multi qed jitħallsu fuq l-iżvilupp illegali f’San Blas Għawdex, liema żvilupp ġie servut b’diversi enforcement notices? Meta beħsiebha l-awtorità tieħu passi konkreti kontra ż-żewġ persuni wara dan l-iżvilupp? Ma jaħsibx li dan hu każ tipiku fejn l-Awtorità tal-Ippjanar qiegħda sfortunatament tidher strong with the weak and weak with the strong?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ avviżi ta’ infurzar in kwistjoni huma EC086/20 u EC087/20, li huma suġġetti għal multi ta’ kuljum hekk kif stabilit fl-Avviż Legali 276 tal-2012. Il-multi jibdew jiddekorru b’€10 kull jum, wara sittax-il ġurnata minn meta l-istess avviżi ta’ infurzar ikunu servuti, u jiżdiedu gradwalment sa’ €50 kull jum. L-istess avviżi ta’ infurzar jordnaw lis-sidien u/jew persuni li jokkupaw l-art biex fi żmien 16-il ġurnata (wara d-data li l-istess avviżi jkunu servuti), biex ineħħu l-iżvilupp illegali kollu u s-siti jitreġġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom. Għaldaqstant, l-Awtorità tal-Ippjanar tkun tista’ tirrevedi l-pożizzjoni tagħha skont l-eżitu tal-istruzzjonijiet mogħtija fl-istess avviżi ta’ infurzar.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Bordijiet u entitajiet – membri u diretturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid, mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 ’l hawn, min huma l-membri/diretturi tal-bordijiet/entitajiet kollha li nħatru taħt il-ministeru tiegħu? Kif saret l-għażla? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal xi elezzjoni ġenerali? Min minnhom huwa jew kien xi darba kandidat għal elezzjoni ta' xi kunsill lokali? Min minnhom kien u fil-preżent huwa Membru Parlamentari u min minnhom huwa kunsillier?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ħaddiema bir-reduced hours u fuq telework
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema fid-dipartimenti/entitajiet/ korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma fuq reduced hours? Jista' jgħid hux jikkonsidra li jidħol/jew jiżdied in-numru ta' ħaddiema li jaħdmu mid-dar bis-sistema ta’ teleworking? Xi trid tagħmel f'każ li persuna tkun interessata żżid is-sigħat tax-xogħol tagħha permezz ta' teleworking?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – ingaġġ ta’ impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-entitajiet u korporazzjonijiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2019, xahar b'xahar u skont il-grad?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Kumpaniji u entitajiet – chairpersons u diretturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpanija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Jannar 2020? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – Irġiel bil-parental leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel li jaħdmu fis-setturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fuq parental leave fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019? Kemm hemm irġiel fuq parental leave din is-sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu? Jista' jgħid f'kull każ kemm damu bil-parental leave?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara li l-ammont ta’ qasab li hemm fit-triq li minn fuq il-Pont tal-Mistra jagħti għall-bajja tal-Mistra jiġu maqtugħa jew jinżabru, peress li qed joħolqu periklu għas-sewwieqa u għan-nies li jgħaddu bil-pass miż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lil Onor Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkoncernat.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-iżvilupp bla kontroll u bla pjan ġewwa Marsaskala qiegħed iħalli effett negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u dan huwa evidenti ferm għal kull min iżur din il-lokalità, peress li l-bini dejjem qiegħed jogħla b’mod esaġerat u qed ikompli joħnoq it-toroq, il-gaġġeġ tal-ħut viċin tal-art qegħdin jagħmlu ħsara lill-baħar u l-bajjiet, peress il-proġett tal-Korporazzjoni tal-Ilma ġewwa ż-Żonqor ilu għaddej għal aktar minn sena u nofs, dan qed joħloq ammont kbir ta’ trab u tniġġiż fl-arja f’din iż-żona, biex ma nsemmux it-telqa tal-Magħluq li hija żona protetta li taqa’ taħt Natura 2000 u peress li jidher ukoll li l-proġett tal-AUM, li qed isir fuq art ODZ, mhuwiex miexi skont il-pjan, u qed isir ħsara irreparabbli fiż-żona taż-Żonqor, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex jiġu indirizzati dawn il-problemi? X’qiegħed isir biex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet tar-residenti dwar id-diversi proġetti li qegħdin isiru? X’tip ta’ konsultazzjoni saret mar-residenti waqt li kienu qegħdin jiġu ppjanati dawn il-proġetti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsijiet tiegħu nixtieq infakkru li l-permessi ta’ żvilupp huma regolati minn qafas regolatorju b’saħħtu kemm mill-lat ta’ permessi ta’ żvilupp kif ukoll mil-lat ta’ qafas ambjentali liema qafas jipprovdi wkoll għall-konsultazzjoni pubblika neċessarja. Jien infurmat li l-iżvilupp ġewwa Marsaskala qed isir skont il-Pjan Lokali kif approvat fl-2006 li stabillixxa kemm l-għoli tal-bini kif ukoll l-użu tal-art għal din il-lokalita’ u skont ir-Rationalisation Exercise tal-2006 li inkluda meded ta’ art fiż-żona tal-iżvilupp ta’ Marsaskala. Dan il-Pjan jiġi rivedut b’mod holistiku skont il-ħtieġa u wara konsultazzjoni wiesha mar-residenti.
Fir-rigward tal-gaġġeġ tal-ħut viċin tal-art jien infurmat li hemm bzonn ta’ aktar zmien sabiex l-Awtoritajiet regolatorji jaghmlu l-verfiki neccessarji fir-rigward ta’ l-allegat hsara u tniggiz. Jien infurmat ukoll li li l-Awtoritajiet ma rcevew l-ebda ilment uffccjali f’dan ir-rigward.
Min-naha l-oħra dwar l-proġett tal-Korporazzjoni tal-Ilma ġewwa ż-Żonqor nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru koncernat.
Fil-konfront tas-sit Tal-Magħluq dan is-sit qed jiġi immaniġjat minn Nature Trust Malta bi ftehim mal-ERA u b’fondi mil-istess Awtorità. Fih qegħdin isiru diversi miżuri biex jitneħħa skart illegali u jiġi kkontrollat l-aċċess u attività llegali anke permess ta CCTV cameras, filwaqt li qed tiġi kkontrollata ukoll il-problema tal-ġrieden. Minbarra dan, tniegħda proġett biex tiżdied il-popolazzjoni tal-ħuta nazzjonali, il-Bużaqq, li tinsab f’dan il post. Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni li dak li jista’ jkun qed jidher bħala telqa’ huwa parti mill-proċess ta’ riġenerazzjoni tal-post, minħabba li importanti li ċertu speċi naturali għall-post jitħallew jitkattru b’mod naturali, inkluż speċi li jgħixu fl-ilma tal-post li għalkemm jagħtu jdea ta’ ilma li huwa traskurat huma ta’ benefiċċji kbir għal speċi oħrajn li għandhom bżonn dak it-tip ta’ habitat biex jgħixu hemm.
Dwar il-progett tal-AUM jien infurmat li quddiem l-Awtorita tal-Ippjanar hemm applikazzjoni pendenti li ggib in-numru PA 4767/17, izda ma jirrizultax li ghaddej xi xogħlijiet f’dan ir-rigward.
Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli
Question
B'referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru. 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Awtorità tal-Ippjanar – permessi maħruġa f’Outside Development Zone
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' kemm l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permessi ta' żvilupp fiż-żona li mhix ta’ żvilupp jew kif magħrufa aħjar bħala 'Outside Development Zone' f'Għawdex mill-bidu tas-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' l-Ministru jindika wkoll il-lokalitajiet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni miltuba.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn parti mis-sit jaqa’ barra miż-Żona ta’ Żvilupp, il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinstab ġewwa Għawdex, u d-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika fuq il-kwistjoni tal-papri mejta li nstabu fiż-żona tas-Salina u dan anke fl-interess tan-nies li jiffrekwentaw l-imsemmija żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reġistru ta’ trasparenza a rigward ta’ dawk il-persuni li ltaqa’ magħhom għall-perjodu minn kemm ilu Ministru sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija eżattament kif wiegħed hu stess?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma għaddejja fuq qafas diġitali biex tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ transparency register b'konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-Liġi biex ikunu jistgħu joperaw?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja meħtieġa sabiex persuna tkun tista’ żżomm u tħaddem batching plant tingħata skont il-provvedimenti tal-Att dwar il-Liċenzji tal-Pulizija (Kap. 128) u l-leġislazzjoni sussidjarja li toħroġ taħt l-istess Att. Nitlob għaldaqstant lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
ERA — spezzjonijiet u testijiet fiż-żona tas-Salina
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet u testijiet mil-ERA fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina fejn fl-aħħar jiem kienu rrappurtati numru ta’ mwiet ta’ papri? Jekk saru, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tagħhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat illi Il-kanal tal-ilma magħruf bħala s-Sukkursu fis-Salini huwa wieħed mill-ilmijiet identifikati minn Malta taħt id-Direttiva 2000/60/KE li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (Water Framework Directive). Għal dan il-għan, Malta trid tiżgura li ma jkun hemm l-ebda deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma, liema kwalità hija bbażata fuq parametri fiżiċi, bħal livelli ta’ nutrjienti u kimiċi. Il-monitoraġġ tal-parametri mikrobijoloġiċi jmur lil hinn mill-għan ta’ din id-Direttiva u b’hekk qatt ma sar min-naħa tal-Awtorita’ għall-Ambjent u l-Ippajnar.
L-aħħar stħarriġ fiż-żona tas-Salini sar fl-2017 b'rabta ma' bidla fil-kulur tal-ilma li ir-rapport finali qed jitpogga fuq il-mejda tal-kamra. Ir-riżultati jissuġġerixxu li dan l-episodju kien riżultat ta’ abbundanza ta 'mikroalgi fil-kanal tas-Sukkursu, li potenzjalment tista’ tkun assoċjata ma' konċentrazzjonijiet ta’ nutrijenti relattivament għoljin. Madankollu, filwaqt li r-riżultati ta 'dan l-istħarriġ jistgħu jkunu indikattivi ta' ċirkolazzjoni tal-ilma limitata, dawn ir-riżultati ma jistgħux jiġu estrapolati jew interpretati b'rabta mal-mortalità tal-papri fiż-żona.
Attachments:FINAL Report on phytoplankton and water analysis_Salini Sukkursu_August_2017.pdf
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Civic Amenity Sites (CA site) humiex proprjetà tal-WasteServ? Jekk iva, meta u kif ġew għand il-WasteServ? Jekk le, mingħand min jinkrew? X'inhu d-daqs f'metri kwadri ta' kull CA site u x'inhu prezz tal-kirja ta' kull CA site?
Response (FARRUGIA, AARON)
L-informazzjoni mitluba hija din:-
Location
Replies
Ta’ min huma
x'inhu prezz tal-kirja ta' kull CA site (Eur)
X'inhu d-daqs f'metri kwadri ta' kull CA site
Hal Far CAS
Government Owned
2,795.25/year
11,850
Tal Kus/Xaghri tal Loggia Xewkija
Government Owned
3,657.26/year
2,750
Mriehel CAS
Government Owned
11,646.87/year
5,400
Ta' Qali
Government Owned
/
3,500
Maghtab
Government Owned
/
1,750
Hal- Luqa
Government Owned
/
7,300
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14504, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kif jipparaguna l-perjodu msemmi fir-risposta tiegħu, mal-istess perjodu fis-sena 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, sa fejn tidħol l-ERA, bejn it-02 ta’ Marzu u t-12 ta’ Mejju tal-2019, id-Direttorat tal-Infurzar tal-ERA irċieva 31 rapport ta’ rimi ta’ skart. Dawn jinkludu rapporti ta’ rimi ta’ kwalunwe tip ta’ skart, inkluż dak domestiku.
B’hekk peress li fl-istess perjodu tal-2020 kienu waslu 38 rapport ta’ rimi ta’ skart, f’dan il-perjodu tal-2020 irriżulta li daħlu seba’ (7) rapporti iktar mill-2019.
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra r-reklamazzjoni tal-art f’pajjiżna? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema żoni ta’ Malta hu maħsub li ssir din ir-reklamazzjoni? F’każ ta’ reklamazzjoni tal-art, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru fir-rigward?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-On Int jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari 12730
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm kien l-ammont ta’ skart riċiklat għall kull lokalità f’Għawdex u għal kull waħda mis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata seduta oħra għax għada qed tinġabar.