Awtorità tad-Djar — Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq, matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 3 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.
Awtorità tad-Djar — Twaħħil ta’ lifts f’appartamenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lifts f’appartamenti mill-Awtorità tad-Djar f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura matul is-sena 2022 u sal-aħħar ta’ Ġunju 2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar installat 5 lifts ġodda fi blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija fil-perjodu indikat.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Remunerazzoni ta’ individwi
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?
Skema ‘Inċentivi għal ritorn ta' ċwievet ta' post’ – Applikanti li rritornaw iċ-ċwievet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikant ta ċ-ċwievet tal-post tiegħu, liema skema nirreferu għaliha bħala ‘Inċentivi għal ritorn ta' ċwievet ta' post’, minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2023 u l-11 t’Ottubru 2023 l-Awtorità tad-Djar akkwistat lura 15-il ċavetta permezz tal-iskema ‘Inċentivi għal ritorn ta’ ċwievet ta’ postijiet’.
Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni Pendenti – Wied il-Għajn, Żejtun, Marsaxlokk u Ħal Għaxaq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Wied il-Għajn, fiż-Żejtun, f’Marsaxlokk u Ħal Għaxaq sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 6 Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għadhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.
Ordnijiet ta’ Rekwiżizzjoni Pendenti – Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Gudja u Fgura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ordnijiet ta’ rekwiżizzjoni pendenti f’Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura sal-aħħar tas-sena 2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha 14-il Ordni ta’ Rekwiżizzjoni li kienu għandhom fis-seħħ fil-lokalijiet imsemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11495, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kwalunkwe means testing jew kriterji li saru biex jiġi stabbilit min jista' jikkwalifika għal din l-għajnuna f'każ ta' żgumbrament, u min le?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji f'każ ta' żgumbrament huma kif jidher hawn taħt:
· Sentenza mir-Rent Regulation Board fejn jordna żgumbrament;
· Test tal-mezzi:
Bracket
Age of Tenant
Income
Capital Assets
1
<35
€28,500
€60,000
2
>35
€38,000
€90,000
3
>45
€42,000
€185,000
4
>55
€44,500
€213,000
5
>65
€46,500
€245,000
6
>75
€50,000
€600,000
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jinbnew appartamenti mill-Awtorità tad-Djar madwar Malta u Għawdex? Jista’ wkoll jagħti l-ammonti skont il-lokalità li jinsabu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tad-Djar – Talbiet pendenti għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ appartamenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti mal-Awtorità tad-Djar ta’ installazzjoni ta’ lifts fi blokok ta’ appartamenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha mija u dsatax (119)-il applikazzjoni pendenti għall-installazzjoni tal-lift. L-applikazzjonijiet jinsabu f’fażijiet varji fejn uħud mil-liftijiet qegħdin viċin ħafna li jiddaħħlu fis-servizz filwaqt li applikazzjonijiet oħrajn qegħdin jiġu pproċessati billi ssir il-proposta, jinkiseb il-permess u jinħareġ it-tender, u applikazzjonijiet aktar riċenti li għadhom fl-istadju inizjali biex issir spezzjoni u jiġi deċiż jekk jistax jiġi akkomodat lift fil-komun eżistenti.
Ministeru għall-Akkomodazzoni Soċjali u Affordabbli – politika dwar is-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tiswija saret ta’ djar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn April 2022, l-Awtorità tad-Djar lestiet b’kollox mas-780 każ ta’ tiswija u tibdil f’sistemi tad-drenaġġ, elettriku, aperturi, madum u meter cupboards fil-partijiet komuni ta’ blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali. Tlestew ukoll mad-910 każijiet oħra ta’ tiswijiet strutturali fil-bjut, soqfa, gallarijiet, ħitan u faċċati li jagħmlu parti minn appartamenti u residenzi ta’ akkomodazzjoni soċjali. Apparti mit-tiswijiet proprja, twettqu wkoll mat-300 intervent ta’ emerġenza biex jitneħħa periklu jew biex jiġu mifruda soqfa sakemm isiru t-tiswijiet proprja, kif ukoll aktar minn 100 test biex jiġu determinati sorsi ta’ dħul ta’ ilma sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet meħtieġa. Dawn ix-xogħlijiet saru b’nefqa ta’ ftit aktar minn €4 miljun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skema ġdida ħarġet mill-Awtorità tad-Djar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn April 2022 l-Awtorità tad-Djar ħarġet żewġ skemi li kienu s-segwenti:
FTB - Skema Għal Għotja fuq Akkwist ta’ Proprjetà – 2023
Din hija maħsuba għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà tagħhom wara l-1 ta' Jannar, 2022. Din l-għotja, tammonta għal għaxart elef ewro (€10,000), tingħata fuq perjodu ta' għaxar (10) snin lill-applikant li jkun akkwista proprjetà. L-għotja tingħata permezz ta' pagamenti ta' elf ewro (€1,000) darba fis-sena.
TAX - Skema Roħs fit-Taxxa Permezz ta’ Inċentivi Fiskali – 2022
L-għan ta’ din l-iskema huwa li jingħata roħs ta’ taxxa tal-proprjetà fuq bejgħ ta’ dar li tkun ilha mikrija b’kera affordabbli għal numru ta’ snin. Jingħata roħs ta’ taxxa tal-proprjetà fuq l-ewwel €200,000 f’bejgħ ta’ dar li tkun ilha mikrija b’kera affordabbli għal aktar minn tlett (3) snin, fejn id-dar tinbiegħ lill-inkwilin stess.
Inżid ukoll li meta kkumparat ma’ Gvernijiet oħrajn illum il-ġurnata l-Awtorità tad-Djar toffri aktar mid-doppju tal-iskemi.
Jista’ l-Ministru jgħid minn liema kategoriji ġejjin l-applikanti li qegħdin fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jinnota t-tabella t’hawn taħt dwar il-kategoriji li ġejjin minnhom l-applikanti li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali:-
Kategorija
Nuqqas ta' Manutenzjoni
Diżabilità - Mobilità
Anzjani
Kera Għolja
Rapport ta' Homeless
Vjolenza Domestika
Overcrowding
Pre-1995
Sharing Accommodation
Oħrajn
Awtorità tad-Djar – Persuni li rrifjutaw akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ li jinsab fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali rrifjutaw post mogħti lill-applikanti mill-Awtorità tad-Djar, u x’raġuni ngħatat?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 4 każijiet fil-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali li rrifjutaw il-post mogħti lilhom. Ir-raġuni li ngħatat hija kif ġej:
Raġuni
Total
Il-proprjetà għandha t-taraġ
2
Il-proprjetà kienet żgħira
1
Il-proprjetà mikrija mill-privat imma amministrata mill-Awtorità tad-Djar
1
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11915 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti taċ-Ċentru tas-Saħħa li wiegħed li se jagħmel fis-Siġġiewi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Inżid ukoll li dan il-Community Clinic ġewwa l-proġett tal-akkomodazzjoni soċjali ġewwa s-Siġġiewi se joffri wkoll diversi servizzi, fosthom dawk ta’ GP Clinic, Nurse Lead – Opportunistic Screening Clinic, Physiotherapy Clinic, Podiatry Clinic, Speech & Language Pathology Clinic u Phlebotomy Clinic. Dawn is-servizzi ħa jkunu disponibbli b’appuntament fejn pazjenti/klijenti għandhom jagħmlu dan billi jċemplu lil Primary HealthCare Telemedicine Client Support Centre fuq 21231221 jew 21222444.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji/individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji/individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għas-second-time buyers mis-sena tat-tnedija tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-familji/individwi li bbenefikaw mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fuq proprjetà f’Urban Conservation Area (UCA) mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.