Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħaddiema li ġew ingaġġati fil-livelli kollha fil-front desk tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Għal kull ingaġġ, jista’ jagħti l-livell tal-kariga u f’liema sezzjoni ġiet assenjata din il-persuna?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti li telenka rendikont tal-ħaddiema li ġew ingaġġati fil-livelli kollha fil-front desk tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) mill-2014 sal-lum.
Grad
Numru ta’ ħaddiema
Unità
Senior Manager
1
Front Office / Back Office
Senior Principal
1
Front Office
Manager
2
Front Office / Back Office
ICT Business Analyst
1
Front Office
Project Officer
3
Front Office
Agricultural Officer
5
Front Office
Assistant Project Officer
1
Back Office
Assistant Principal
2
Front Office
Executive Officer
1
Front Office
RSSL Employee
1
Front Office
Jista’ l-Ministru jikkonsidra l-ingaġġ ta’ aktar ħaddiema biex jaħdmu fil-front desk u back office tal-uffiċċju tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) biex titnaqqas il-pressjoni kbira fuq il-ħaddiema eżistenti u jitjieb is-servizz lill-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isir proċess ta’ tisħiħ u ristrutturar tal-operat ġewwa l-uffiċini tal-Front Office tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), fejn matul dawn l-aħħar xhur ġew ingaġġati Senior Managers responsabbli mill-Front Office, flimkien ma’ Manager responsabbli għall-Back Office li ġie kkrejat bħala parti minn dan il-proċess. Barra minn hekk, ġew imħabbra ħinijiet tal-ftuħ ġodda għall-Front Office bil-għan li tiżdied l-effiċjenza fis-servizz li jingħata lill-klijenti tal-Aġenzija.
L-Aġenzija hija wkoll detentriċi tal-Premju ta’ Servizz ta’ Kwalità li jservi bħala rikonoxximent tas-servizz ta’ livell għoli li tagħti lill-klijenti tagħha, u li jitfa’ wkoll ir-responsabbiltà fuq l-Aġenzija li żżomm standards għoljin hekk kif meħtieġ mill-awditjar regolari li jsir mid-dipartiment responsabbli ta’ dan il-Premju.
Madankollu, l-Aġenzija kontinwament taħdem sabiex dejjem iżżid l-effiċjenza u tiffaċilita n-numru ta’ proċessi għall-klijenti tagħha, li huma fil-maġġoranza bdiewa lokali. Dan huwa rifless ukoll fil-politika ta’ reklutaġġ fejn l-ARPA tniedi b’mod regolari sejħiet għall-impjieg ta’ ħaddiema li jistgħu jkomplu jsaħħu l-operat tal-Aġenzija.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2024?
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2023?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000 - Ġunju 2023
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw matul Ġunju 2023, mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru kkonċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2024?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Events
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm saru events organizzati mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet li fihom seta’ jsir għawm mill-klieb matul is-sena 2023 u f'liema perjodu kien permissibli li dan isir?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni kif deskritta sussegwentement.
Malta
· Bajja viċin is-
Sailing Club
, Birżebbuġa
· Il-Bajja tar-Rinella, Kalkara
· L-Ilsien (Żonqor Point), Wied il-Għajn
· Il-Bajja ta’ San Tumas, Wied il-Għajn
· Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
· Daħlet ix-Xmajjar, Mellieħa
· Ramlet it-Torri, Mellieħa
· Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Mellieħa
· Ir-Ramla ta’ Wied Musa, Ċirkewwa, Mellieħa
· Ramlet il-Qortin, Mellieħa
· Baħar iċ-Ċagħaq (wara Splash and Fun), Naxxar
· Tigne’ Point, Sliema
Għawdex
· Il-Bajja ta’ Gorgun, Mġarr, Għawdex
· Ras il-Ħobż, Mġarr ix-Xini, Sannat, Għawdex
· Il-Bajja tad-Dwejra. San Lawrenz, Għawdex
· Il-Bajja tal-Qbajjar, Żebbuġ, Għawdex
Dawn il-bajjiet huma awtorizzati biex fihom jistgħu jgħumu l-klieb biss u mhux speċi ta’ annimali oħra. L-użu ta’ dawn il-bajjiet hu permissibbli s-sena kollha mingħajr restrizzjonijiet għal xi perijodu definit.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħaddiema li telqu fil-livelli kollha tal-front desk tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Għal kull tmiem, jista’ jagħti l-livell tal-kariga u f’liema sezzjoni kienet assenjata din il-persuna?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti li telenka dawk il-ħaddiema fil-livelli kollha li kienu jaħdmu fil-Front Office tal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA) li telqu mill-2014 sal-lum.
Grad
Numru ta’ ħaddiema
Senior Agricultural Officer
1
Manager
11
ICT Business Analyst
Project Officer
3
Agricultural Officer
4
Assistant Project Officer
1
Executive Officer
1
Senior Clerk
3
Ex Postal employee
1
Applications Coordinator
1
Santa Luċija Running Track — Kura tal-pjanti u siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex jittieħdu l-passi neċessarji biex il-pjanti u s-siġar li hemm fl-hekk imsejħa “Santa Luċija Running Track” jiġu msoqqija u kkurati?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bajjiet għas-sena 2024 li fihom jistgħu jinżlu jgħumu l-klieb u f'liema perjodu hu permissibli li dan isir? Jista' jgħid ukoll x'tabella jew tabelli twaħħlu fuq dawn il-bajjiet u min hu responsabbli biex jitwaħħlu t-tabelli ta' 'no dogs allowed'?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-informazzjoni kif deskritta sussegwentement.
Malta
· Bajja viċin is-
Sailing Club
, Birżebbuġa
· Il-Bajja tar-Rinella, Kalkara
· L-Ilsien (Żonqor Point), Wied il-Għajn
· Il-Bajja ta’ San Tumas, Wied il-Għajn
· Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk
· Daħlet ix-Xmajjar, Mellieħa
· Ramlet it-Torri, Mellieħa
· Bajja tal-Imġiebaħ Selmun, Mellieħa
· Ir-Ramla ta’ Wied Musa, Ċirkewwa, Mellieħa
· Ramlet il-Qortin, Mellieħa
· Baħar iċ-Ċagħaq (wara Splash and Fun), Naxxar
· Tigne’ Point, Sliema
Għawdex
· Il-Bajja ta’ Gorgun, Mġarr, Għawdex
· Ras il-Ħobż, Mġarr ix-Xini, Sannat, Għawdex
· Il-Bajja tad-Dwejra. San Lawrenz, Għawdex
· Il-Bajja tal-Qbajjar, Żebbuġ, Għawdex
Dawn il-bajjiet huma awtorizzati biex fihom jistgħu jgħumu l-klieb biss u mhux speċi ta’ annimali oħra. L-użu ta’ dawn il-bajjiet hu permissibbli s-sena kollha mingħajr restrizzjonijiet għal xi perijodu definit. Dwar min hu responsabbli biex jitwaħħlu t-tabelli ta' 'no dogs allowed', nitolbok sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20109 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2022 l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi ġie appuntat bħala Chairman ta' Bord tal-Investigazzjoni skont KAP 273 Att dwar l-Inkjesti, b’remunarazzjoni ta’ €399.30.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali - Press conferences
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm saru press conferences mis-Segretarjat Parlamentari u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejba tal-bacteria tat-tip Xytella Fastidiosa f'xi waħda mill-pjanti importati lejn Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhuma l-miżuri li qed jittieħdu biex tiġi evitata l-importazzjoni ta' din il-bacteria lejn pajjiżna?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa l-batterju tal-Xylella fastidiosa qatt ma nstab fil-Gżejjer Maltin.
Bħala miżura preventiva, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, jagħmel ittestjar u moniteraġġ rigoruż skont ir-regolamenti fitosanitarji internazzjonali u dawk tal-UE. Kull sena jittieħdu mal-1,000 kampjun minn diversi pjanti ospitanti suxxettibbli għall-batterju, inklużi siġar taż-żebbuġ, li jinkisbu mill-kummerċ Ewropew u minn għelieqi lokali, ġonna, u msaġar.
Barra minn hekk, id-Direttorat iwettaq ukoll spezzjonijiet każwali fil-punti tad-dħul fil-Gżejjer Maltin u jimmonitorja viżwalment għal kwalunkwe pjanta jew siġra sintomatika ta’ diversi speċijiet ospitanti, inklużi s-siġar taż-żebbuġ, biex jiżgura l-identifikazzjoni bikrija u l-prevenzjoni ta’ dan il-batterju.
Hemm ukoll pjan ta’ kontinġenza f’każ li dan il-batterju jinstab f’pajjiżna kif rekwiżit f’Artiklu numru (3) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1201.
Perjodikament isiru wkoll kampanji promozzjonali b’riklami u materjal informattiv biex joħloq kuxjenza fuq il-periklu li jista’ jikkaġuna dan il-batterju.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13509, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, u f’kull każ jgħid:
a. jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u, jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet;
b.quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta; u
ċ. jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fl-inħawi tar-Rabat u l-Imġarr mhux qed isir għalf tal-ġrieden (mid-dipartiment responsabbli mis-sanità) biex tonqos il-popolazzjoni ta' ġrieden u firien li dejjem qed tikber u li qed twassal għal ħsara fil-prodott agrikolu u anke tal-apparat użat mill-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.