Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12049 u 18992 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022, 2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa ghal fjuri kemm għal-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-Line Item 22 Materials and Supplies fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13629 u 18994 u jgħid għala l-Gvern għadu m'għamilx traspożizzjoni tal-Protokoll numru 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (li tipprojbixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni)? Jista' jgħid jekk huwiex konxju li l-Avukat tal-Istat qiegħed f’diversi kawżi jgħid li la l-Gvern Malti għadu m'għamilx tali Protokoll bħala parti mil-Liġi Maltija, ħadd ma jista’ jinvokaha u allura qiegħed iċaħħad liċ-ċittadini minn tali protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Mandati kawtelatorji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati kawtelatorji u eżekuttivi matul is-sena 2024 u jindika skont il-kategorija rispettiva?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Novembru 2024.

Kumpilazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati kumpilazzjonijiet ġodda matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm ġew deċiżi komplessivament fl-istess perijodu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 t’Ottubru.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novemru 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22569.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19995, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19995 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.

Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16731, 20539 u 22495 u jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk miġbura sat-8 ta’ Novembru 2024.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta Maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 fejn saħansitra għal xi żmien kienu ġew sospiżi xi ħaddiema mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta' toroq f'Għawdex ġewx konklużi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Inkjesti Maġisterjali huma fin-natura tagħhom kunfidenzjali u għalhekk il-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.

Ċentru tal-Arbitraġġ – Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li mill-1 ta’ Jannar sat-22 ta’ Novembru 2024 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 219 każ li 6 minnhom kienu każijiet internazzjonali.

Ċentru tal-Arbitraġġ – Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Dicembru 2023 u jindika kemm minnhom kienu internazzjonali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2023 fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew irreġistrati 34 każ li 1 minnhom kien każ internazzjonali.

Qorti tal-Familja – Talbiet għall-medjazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati talbiet għall-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella mniżżla hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-22 ta’ Novembru 2024. QortiAmmont Qrati ta’ Malta1355 Qrati ta’ Għawdex91

Ċentru tal-Arbitraġġ — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-1 ta’ Novembru 2024 kif ukoll kemm ġew deċiżi u kemm ġew terminati matul is-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 494 każ pendenti għand iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. Filwaqt li mill-1 ta’ Jannar sal-1 ta’ Novembru 2024 kien hemm 209 każ li ġew deċiżi u 46 każ li ġew terminati. Ta’ min jinnota li dawn in-numru ma jinkludix biss każijiet li ġew preżentati fiċ-Ċentru matul l-istess perjodu.

Qorti tal-Ġustizzja – Karigi ta’ Diretturi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi ta’ Diretturi pendenti fil-Qorti tal-Ġustizzja u jindika f’liema pożizzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll meta ser isiru s-sejħiet għalihom?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm kariga waħda pendenti li hija dik ta’ Direttur (Qrati Ċivili u Tribunali). Preżentement din il-kariga pendenti qed tiġi okkupata mid-Direttur (Legal Services) bħala Aġent Direttur (Qrati u Tribunal Ċivili). Is-sejħa għal din il-kariga pendenti ser tinħareg fiż-żmien li ġej.

Kodiċi Ċivili — Artiklu 495A - Rikorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt d-diżposizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t'hawn taħt, bl-informazzjoni mitluba in konnessjoni ma’ rikorsi taħt id-disposizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul 2020 sat-22 ta’ Novembru 2024. Qrati ta’ MaltaQrati ta’ Għawdex Preżentati9744 Terminati5726 Pendenti*4421 *Dawn l-ammonti jindikaw l-ammont ta’ kawżi pendent kollha li jinkludi każijiet preżentati qabel l-perjodu msemmi fil-mistoqsija.

Ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali matul is-sena 2024 sat-22 ta’ Novembru. Din it-tabella ma tinkludix l-ammont ta’ ittri uffiċjali preżentati taħt artikolu 166A tal-Kap. 12.

Artikolu 166a — Ittri uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-artikolu 166a matul is-sena 2024, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kemm ġew preżentati ittri uffiċjali taħt l-Artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizazzjoni u Proċedura Ċivili u kemm minnhom ġew reżi eżegwibbli. Din l-informazzjoni tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-22 ta’ Novembru.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kull sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni — Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tlestew investigazzjonijiet mill-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni kull sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.