Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġo Hal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6283 u jgħid meta hu mistenni li tiġi asfaltata Naxxar Road, San Gwann minħabba l-ammont ta' ħofor li għad hemm fiha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalieħ l-Onor Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lill-ADT u skond il-prijorita ffissata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4411, 4274 u 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-Gvern li jwessa' Triq Ramija, s-Siġġiewi meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal-Pjan Lokali rilevanti. M'inhix infurmat li xi familja għamlet xi talba fis-sens li qiegħed jgħid l-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq li minn Ħ’Attard tagħti għal Ta’ Qali tingħata wiċċ ġdid bħalma sar lil diversi toroq madwar Malta minħabba l-ħofor li fiha, kawża tax-xita li niżlet f’din il-xitwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Frar sar xogħol ta’ patching bil-cold asphalt f’din it-triq sabiex tneħħew il-ħofor li kien hemm. Xogħol ta’ resurfacing isir skond ir-rizorsi u l-prijoritajiet meħtiġa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6424, jista’ l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet tat-32
cruise liners
li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità msemmija u jindika liema minnhom żaru lil Malta f’dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid kull wieħed minnhom meta l-aħħar li daħal Malta? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamlet l-Awtorità Marittima ta' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li l-linja tad-dawl li tforni l-area ta' Buqana, limiti tar-Rabat, Malta tiġi mibdula għaliex qed tikkawża ħafna ħsara lill-aċċessorji tad-dawl li għandhom ir-residenti ta' din iz-zona, liema linja hija mġonġija diversi drabi? Ninforma lill-Ministru li s-substation hemm u taħdem ukoll, c-cable qiegħed hemm, l-arblu mwaħħal u kulma jridu jagħmlu huwa li jqabbdu kollox mal-cable l-ġdid.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma’ xogħolijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul ta' flus mir-riċerka li saru matul is-sena 2008 mid-Dipartiment tar-Reġistru Pubbliku? Jista' jgħid jekk kienx hemm riċerki li ma nġabrux u jekk fl-affermattiv kemm huwa l-ammont ta' flus dovuti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dħul ta' flus mir-riċerki li saru matul l-2008 kien ta' €98,467.07.
Iva, kien hemm riċerki li ma nġabrux u l-ammont ta' flus dovut għal dawn kien ta' €9,133.06.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6029 u 5927 u cioè: b'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 5619, fil-każ ta' Triq Dun Ġorġ Preca, Blata l-Bajda, Ħamrun, peress li hemm serje ta' lamp posts wara xulxin bla dawl fil-viċinanza ta' siġar, jista' l-Ministru jara jirriżultax li hi l-Korporazzjoni Enemalta li trid tirranġa l-ħsarat x'aktarx taħt l-art - u dan wara ġimgħat ta' dlam ċappa li dwaru rrapportaw diversi residenti kif ukoll il-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni meħtieġa diġa saret.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6028, 5928 u 5634 u jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol mill-Awtorità dwar it-Trasport fuq il-mini fi Triq Sant' Anna l-Furjana? Kemm ġew allokati flus mill-awtorità għal dan ix-xogħol li ilu mistenni u mitlub mill-kunsill lokali għal tant żmien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT preparat pjanti u stejjem tax-xogħolijiet li hemm bżonn fis-subways. Ix-xogħol isir meta jiġu allokati l-fondi finanzjarji neċessarji.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accommodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom, fejn kienet id-destinazzjoni u min akkumpanjahom matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Mġarr — Triq il-Kbira - Sistema ta' traffiku One Way
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità dwar it-Trasport approvatx sistema ta' traffiku one way fit-Triq il-Kbira, Mġarr, il-parti wara l-Knisja int u sejjer il-Ġnejna? Jekk fl-affermattiv, liema huma t-toroq li ġew affettwati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2005 kien inħareg permess temporanju għal sistema ta’ traffiku
one-way
fit-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan il-permess kien validu għal zmien ta’ tlett xhur biss u meta skada dan iz-zmien, it-toroq imsemmija reġgħu ġew lura għal sistema ta’
two-way
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li malajr kemm jista' jkun tiġi asfaltata t-triq li minn Ħ'Attard tagħti għal Pitkali peress li din hija fi stat diżastruż u tintuża minn bdiewa, xerrejja, nies li jattendu għall-football kif ukoll familji li meta jkun temp sabiħ imorru bil-familja f'Ta' Qali? Jista' jara wkoll li l-ħofor kbar li żviluppaw wara l-aħħar xita fid-dawra li hemm bejn fejn jittajjru l-ajruplani żgħar sal-Stadium Nazzjonali f'Ta' Qali, jimtlew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT għamlet spezzjoni tas-sit in kwistjoni u inkludiet ix-xogħol ta tiswijiet meħtieġa fil-programmi tagħha ta' xogħolijiet ta manutenzjoni ta' toroq li jiġi esegwit meta jkun hemm il-fondi neċessarji.
Jista’ l-Ministru jghid x’inhu n-numru ta’ karozzi tal-linja li qed joperaw bħalissa? Kemm minnhom ġew impurtati f’dawn l-aħħar ħames snin? Xi pjani hemm biex jigu mpurtati aktar karozzi tal-linja biex jieħdu post dawk qodma? X’għajnuna se jagħti l-Gvern lis-sidien li jridu jixtru karozzi ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi minn din is-sena nbidlu l-kriterji li abbażi tagħhom wieħed iħallas il-liċenzja (road tax) annwali tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bniedem li jbiddel il-magna tal-vettura tiegħu, mingħajr ma jbiddel il-vettura hux ser ikun jista' jitlob għar-reviżjoni tal-ħlas dovut, abbażi ta' l-emissjonijiet li l-magna mqiegħda ġdida fil-fatt tipproduċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.