Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8913 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — Taħdidiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8403, tista' l-Ministru telenka l-organizzazzjonijiet li attendew għal-laqghat imsemmija u tgħid kemm saru laqgħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li saru laqgħat ma l-organizzazjonijiet murija fit-tabella annessa: LISTA TA’ ORGANIŻŻAZJONIJIET LI ATTENDEW GĦAL LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-VIŻJONI EKO-GĦAWDEX L-Assocjazjoni tat-Turiżmu Għawdxija (GTA) L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) Gozo Business Chamber (GBC) L-Universita’ ta’ Malta ETC (Għawdex) Malta Organic Agriculture Movement (MOAM) Centru ta’ Għawdex tal-Universita’ ta’ Malta Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) MCAST (Għawdex) Kulleġġ ta’ Għawdex Istitut għall-Istudji Turistici ta’ Għawdex Wasteserv Malta Laqgħat mal-Kunsilli Lokali Għawdxin Enemalta WSC Kunsill tal-Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar Partit Nazzjonalista Nature trust / Eko-Skola Heritage Malta
Leg 11 PQ #8914 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għajnuna f'reklamar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-għajnuna tal-Gvern lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u l-Gozo Business Chamber f'reklamar f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għall-Għawdex li kien strumentali biex jitwaqqfu dawn iż-żewġ assoċċjazjonijiet kontinwament jikkontribwixxi kemm finanzjarjament kif ukoll b'modi oħra sabiex jintlaħaq l-għan li għalih ġew mwaqqfa. Għaldaqstant f'dak li hi għajnuma għall-riklamar kemm direttament kif ukoll inderettament, hi murija fit-tabella annessa.
Leg 11 PQ #8952 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

speċjalista tat-tfal bid-diabete f'Għawdex

Question

Peress li ġenituri tat-tfal bid-diabete qed jilmentaw persistentement minħabba n-nuqqas ta' speċjalista tat-tfal bid-diabete, u peress li dan l-ispeċjalista ilu jigi mwiegħed imma minn dan għadu ma seħħ xejn, tista' l-Ministru tindirizza din il-ħteġa immedjatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa f'Għawdex hawn erbat itfal dijabetiċi. Dawn qed jingħataw servizz mill-ispeċjalisti pedjatriċi fl-Isptar ta' Għawdex. Meta u fejn ikun hemm bżonn, dawn it-tfal jintbagħtu għand l-ispeċjalista ta' l-edokrinoloġija tat-tfal fl-Isptar Mater Dei.
Leg 11 PQ #8978 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha għandux pjan ta' afforestazzjoni għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, min għamlu u meta? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 6016 li ngħatat fis-seduta 83.
Leg 11 PQ #9003 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Dħaħen miċ-ċumnija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid id-dħaħen suwed li spiss joħorġu miċ-ċumnija tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex minn xiex huma kkawżati? Tista’ tgħid jekk dawn id-dħaħen humiex konformi mal-liġijiet Maltin u ma’ dawk Ewropej?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9020 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Child care centre

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 8775, peress li l-applikazzjoni tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li rreferietni għaliha ma fihiex l-informazzjoni kollha li tlabtha, tista’ l-Ministru tgħid fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-ċentru? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan iċ-ċentru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #8696 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Mobile phones u fixed lines

Question

Tista' l-Ministru tinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab informata li ma hemmx impjegati tal-Gvern fil-Ministeru għal Għawdex, inkluż is-segretarjat privat tal-Ministru, li għandhom aktar minn mobile wieħed u aktar u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-Gvern.
Leg 11 PQ #8775 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Child care centre

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-twaqqif ta’ child care centre f’Għawdex? Jekk iva, meta saret u x’inhu n-numru tal-applikazzjoni? Jekk le, meta mistenni li ssir l-applikazzjoni? Fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-Centru? Tista’ l-Ministru tgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-twaqqif ta’ child care centre f’Għawdex? Jekk iva meta saret u x’inhu n-numru tal-applikazzjoni? Jekk le, meta mistenni li ssir l-applikazzjoni? Fejn hu l-post identifikat għal dan iċ-Centru?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija fl-affermattiv. In-numru ta' l-applikazzjoni hu PA 2357/09.
Leg 11 PQ #8776 Sitting 118 2009-05-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Teatri tal-opra

Question

Tista’ l- Ministru tgħid jekk kinux evalwati xi proposti li saru biex iż-żewġ teatri tal-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa dwar dawn il-proposti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li uffiċċjalment ma saru l-ebda proposti biex iż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha.
Leg 11 PQ #8002 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Bordijiet

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7648, tista' l-Ministru tinfurmani jekk fil-fatt hemmx kummissjonijiet u kumitati li mhumiex statutorji u jekk fl-affermattiv, tista' tirrispondi l-mistoqsija oriġinali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onoroveli Nterpellant għal-risposta ghall-mistoqsija parlamentari Nru. 7663 tas-seduta 106.
Leg 11 PQ #8402 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għajnuna lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'għajnuna qed jagħti l-Ministeru lill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u lill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex rispettivament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li minbarra li l-Ministeru jħallas is-salarji tas-CEO's ta' l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex, dawn l-għaqdiet jibbenefikaw ukoll minn għajnuniet oħra meta jintalbu, bħalma huma pereżempju assistenza għall-preżenza tal-membri f'fieri internazzjonali u lokali u anke f'dik li hija pubbliċita.
Leg 11 PQ #8403 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — Taħdidiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'involviment għandhom jew kellhom s'issa l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex u l-Kamra tan-Negozju għal Għawdex fil-kors tat-taħditiet dwar Eko Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk sarux laqgħat ma' dawn l-organizzazzjonijiet, kemm saru u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li dawn l-organizzazzjonijiet ġew mistiedna jagħtu l-viżjoni tagħhom u jiena stess iltqajt magħhom f'dan il-kuntest bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika. Il-laqgħat ma' dawn l-organizzazzjonijiet saru f' Settembru 2008. Bħalissa qed isiru kuntatti oħra ma' dawn l-organizzazzjonijiet biex jiġi diskuss il-kontribut tagħhom f'aktar dettal.
Leg 11 PQ #8423 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Servizz tal-Internet

Question

Tista' l-Ministru tinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-Internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa: User Service Provider Monthly access fee Hon Minister GO €25.75 Permanent Secretary GO €25.75 Director General GO €23.69 Chief Information Officer GO €25.75
Leg 11 PQ #8400 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Enerġija alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti għandu l-Gvern għall-ġenerazzjoni ta' enerġija alternattiva f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li bħalissa qed jiġu evalwati numru ta' possibiltajiet f'dan ir-rigward. Jiena nfurmata wkoll li l-istrateġija Eko-Għawdex għandha tagħti direzzjoni f'dan ir-rigward.
Leg 11 PQ #8401 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Green jobs

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiġu maħluqa green jobs f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sena l-oħra, l-Ministeru flimkien mal-Malta Enterprise ħadu sehem fil-Fiera Ekomodo - fiera speċjalizzata fl-industrija ambjentali - f'Rimini l-Italja. Il-parteċipazzjoni mill-ġdid f'din il-fiera iktar tard din is-sena qed tiġi evalwata. Jiena nfurmata wkoll li fil-frattemp, qed isir scouting għal kuntratti f'dan is-settur, anke permezz tal-preżenza elettronika ta' Eko-Għawdex.
Leg 11 PQ #7976 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru Għal Għawdex — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Tista' l-Ministru tagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tagħha u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tad-Dipartimenti kollha fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex huwa ta' 27. Iċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħtiġijiet hija ta' €11,958.33.
Leg 11 PQ #8388 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u tgħid ta' xiex inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa: Konsulent Ortopedija 1 Konsulent Ġinekologu 2 Konsulent Oftalmologu 1 Konsulent tal-Operazzjonijiet 2 Konsulent Pedjatriku 1 Konsulent Mediku 3* * Wieħed irreżenja b'effett mill-15 ta' Mejju 2009.
Leg 11 PQ #8390 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru operazzjonijiet fl-iSptar Ġenerali t'Għawdex minn kull kirurgu separatament fl-aħħar tliet xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8324 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qala - Proġett tat-training hotel

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 7862 u tgħid x’jonqos isir fuq il-proġett tat-training hotel fil-Qala biex tkun lesta minn kollox? Tista’ tgħid kemm tħallsu flus s’issa fuq dan il-proġett u kemm hemm spejjeż kommessi li għad iridu jitħallsu? Mistenni li jkun hemm spejjeż oħra minbarra dawn biex jitlesta l-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma l-Onorevoli Nterpellant li m'għandix x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7862.
Leg 11 PQ #8344 Sitting 110 2009-05-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta' Għawdex — Fattiga

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tiġi l-fattiga fil-Qorti ta' Għawdex li ilha tiġi mwiegħda żmien?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata illi għalkemm għad ma hemmx replacement tal-fattiga li telqet, ix-xogħol ta’ tindif fil-Qorti ta’ Għawdex xorta qed isir b’arranġamenti oħra.