lokalitajiet li għandhom mains tal-ilma temporanji
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm għandna lokalitajiet li għadhom qed jiġu servuti minn mains tal-ilma li huma temporanji? Kemm hu t-tul ta' mains temporanji li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Fejn raħal raħal jinsabu dawn il-mains temporanji?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tqis mejnijiet tal-ħadid galvanizzat minn 1” ‘l-isfel bħala mejnijiet temporanji għal-ilma tax-xorb. Dawn kienu jintużaw snin ilu bħala mezz biex jitqiegħed mejn malajr (ħafna drabi kienu mqiegħda fil-wiċċ tat-triq u mhux fi trinka).
Għad baqa’ madwar 78km ta’ dan it-tip ta’ mejnijiet, mifruxa ma’ Malta w Għawdex.
Ta’ min igħid li l-Korporazzjoni waqfet tuża pajpijiet tal-ħadid galvanizzat, sa min-nofs is-snin 90 u lanqas m’għadhom jitqiegħdu mejnijiet temporanji.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin bħala chairman tal-Enemalta kemm nefaq l-Inginier li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, mill-użu tal-credit card mogħtija lilu bħala chairman tal-korporazzjoni u jagħti lista fuqiex saret din in-nefqa? Jista’ jghid jekk qattx inġibdet l-attenzjoni li kien qed isir abbuż mill-użu ta’ din il-faċilità? Jekk iva, x’passi ttieħdu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel użu minn faċilitajiet ta’ credit card maħruġa mill-Bank of Valletta sabiex tiffaċilita ċertu ħlasijiet bħalma huma bookings bl-internet ta’ titjiriet, akkomodazzjoni barra minn Malta, konferenzi u seminars, kemm lokalment u kemm barra minn Malta, kif ukoll ħlasijiet ta’ hospitality.
Bħala passi din il-
credit card
tinħareġ f’isem iċ-
Chairman
tal-Korporazzjoni u tiġi amministrata mill-uffiċċju tiegħu filwaqt illi l-ħlasijiet relattivi jiġu proċessati mis-sezzjoni tal-finanzi.
Fl-aħħar ħames snin, in-nefqa bil-
credit card
fuq
hospitality
and accommodation
kienet ta’ €49,439.25, filwaqt li n-nefqa fuq
travelling and other expenses
kienet ta’ €73,693.47.
użu ta' karozza għad-dispożizzjoni taċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin x’użu ta’ karozzi tpoġġew mill-Korporazzjoni Enemalta għad-dispożizzjoni taċ-chairman li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn Lulju 2005 iċ-Chairman preżenti tal-Korporazzjoni Enemalta kellu dawn il-vetturi mikrija għad-dispożizzjoni tiegħu:
Lulju 2005 sa Lulju 2009 Peugeot (ABM 357)
Lulju 2007 sa Gunju 2009 Alfa (FQZ 146)
Lulju 2009 sa llum Honda Accord (FQZ 319)
Meta waħda miz-żewġ vetturi ma kienetx qegħda tintuża, kienet tiġi wżata minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għax-Xogħol Amministrattiv jew għal tranport ta’ mistednin jew għal xi xogħol ieħor tal-Korporazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-aħħar ħames snin kemm kienet titħallas il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-attendenza tagħha fil-Finance Committee tal-Korporazzjoni Enemalta u kemm tħallset b’kollox?
Response (FENECH, TONIO)
Il-persuna imsemmija qatt ma tħallset għall-attendenza u partiċipazzjoni fil-Finance Committee.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15365, jista' l-Ministru jgħid kif l-MV ta' Pinu baqa' jaħdem regolari anke wara li kien skadielu l-PSSC fil-31 ta' Marzu 2010? Dwar il-kaxxi tal-injam u ħġieġ li twaħħlu f'kull taraġ ta' kull vapur tal-Gozo Channel, jikkonsidra l-Ministru li dawn il-kaxxi li jisporġu għal fuq it-taraġ huma perikolużi speċjalemnt f'xi emerġenza? Jista' jgħid għaliex ma twaħħlux automatic water sprinklers fis-saqaf tat-taraġ jew xi miżuri oħra li jevitaw il-periklu u mhux joħolquh huma stess?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi la L-MV Ta’ Pinu u l-ebda vapur tal-kumpanija ma jaħdem b’ċertifikat skadut. Il-PSSC ta’ Ta’ Pinu kien imġedded mill-Klassi (DNV) qabel ma dan skada.
Dwar il-kaxxi tal-injam fit-turġien li jagħtu mill-garaxx għal dekk numru 4, dawn ilhom hemm aktar minn sitt snin. Dawn saru għax il passiġġieri kienu qed jiftħu l-
fire extinguishers
, u kull darba dawn kien qed ikollhom jintbagħtu għal
service
. Dawn it-turġien mhumiex meqjusa bħala parti mill-
evacuation area
, u l-Klassi aċċettat li l-
fire extinguishers
jiġu mgħottija b’dawn il-kaxxi li għandhom faċċata tal-
perspex
.
Peress li din iż-żona mhix meqjusa bħala
evacuation area
, id-diżinjaturi tal-vapuri, flimkien mal-Klassi u s-sidien tal-vapuri, iddeċidew li dawn iż-żoni ma għandhomx bżonn li jkollhom
sprinkler system
.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern għar-rigward tal-Blue Lagoon f'Kemmuna Għawdex fejn jidħlu l-operaturi kummerċjali u ċioe dawk li jbiegħu mill-vannijiet u dawk li jikru l-umbrelel u deckchairs?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Enterprise — applikazzjonijiet tal-operaturi, ażjendi u industrijalisti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum, kemm kien hemm operaturi, ażjendi u industrijalisti li applikaw quddiem il-Malta Enterprise biex jestendu jew jiftħu fabbriki ġodda fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija, Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mit-2008 sa llum il-Malta Enterprise irċeviet 33 applikazzjoni minn operaturi, ażjendi u industrijalisti Għawdxin biex jiftħu jew jestendu fabbriki ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta' qtugħ tal-elettriku matul din is sena? Jista' jagħti d-dati? Kemm dam in-nuqqas ta' dawl għal kull każ? Liema kienu l-lokalitajiet milquta f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena kien hemm 206 każijiet ta’ qtugħ ta’ elettriku minħabba xogholijiet, switching u ħsarat. L-informazzjoni l-oħra mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Films Commission — remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Malta Film Commission? X'inhu r-remunerazzjoni (jekk hu l-każ) u benefiċċji oħra li għandhom? Minn fejn qed joperaw? X'inhuma l-kundizzjonijiet tal-kirja tal-uffiċini l-ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li l-Korporazzjoni Enemalta u/jew il-gvern għamlu mal-BWSC għall-estensjoni fil-power station flimkien ma' kull dokument u/jew ftehim ieħor li hemm anness mal-istess kuntratt? Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif peress li din ir-rikjesta qed issir fid-dawl li l-fondi għal dan il-kuntratt huma fondi pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16297 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwenzi diżastrużi għall-gabilotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm biss porzjon żgħir ħafna ta’ ilma ttrasferit lill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ li qed jinbena.
Dan huwa meħtieġ għall-ittestjar. Dan l-ilma huwa prodott mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u mqassam lill-bdiewa b’xejn.
Huwa ovvju li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma mhux se tidħol fi spejjeż żejda meta ikun hemm bżonn ta’ ittestjar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara kif ħmistax ilu anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irraportat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jibgħatulha l-meter reader u dan għadu ma ntbagħatx jaqra l-meter?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Power station ta' Delimara — gasoline minflok heavy fuel oil
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-estensjoni tal-power station f'Delimara titħaddem bil-gasoline minflok bil-heavy fuel oil? Jista' jgħid x'impatt ikollha din il-bidla fuq l-ambjent?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant jista’ jiġi mħaddem kemm bil-Heavy Fuel Oil kif ukoll bil-gasoil Bl-użu tal-gasoil b'kontenut ta’ kubrit ta' 0.1% se titneħħa l-ħtieġa għal de-sulphurisation u jitnaqqas l-iskart solidu prodott b’madwar 95%. L-ispiża medja tkun ta’ 30% aktar biex jiġi operat l-impjant (ibbażat fuq il-prezz medju tal-fjuwil fl-2009) anke jekk jitqież it-tfaddil li jsir fuq de-sulphurisation u r-rimi ta' l-iskart.
Jista' l-Ministru jgħid liema awtorità għandha d-dritt li tagħti jew ma tagħtix permess jew ma tapprovax permess biex xi ħadd jarma fuq il-monti wara li dan il-persuna jkollu l-permessi kollha bħala bejjiegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond regolament 26 tal-Avviż Legali 1 tal-2006, kull min ikun qed jitlob li jiġġestixxi attività kummerċjali minn suq fil-beraħ għandu jagħmel applikazzjoni fuq il-formola adatta lis-Sezzjoni Liċenzi tad-Diviżjoni tal-Kummerċ. Iżda dik il-liċenza ma tagħtix jedd lill-bejjiegħ li jiġġestixxi dik l-attività kemm-il darba, dwar xi suq fil-beraħ partikolari, ma jkunx ġie allokat posta fissa mill-Kunsill Lokali tal-lokalità fejn ikun jinsab dak is-suq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn open markets f'Malta u Għawdex u kemm jarmaw bejjieħa f'kull post? Jistgħu jiżdiedu dawn il-postijiet li jarmaw il-monti? Biex jsir hekk min irid japplika għall-permessi u fejn? Jista' jkun hemm grupp ta' bejjiegħa li jiftehmu bejniethom li jarmaw monti ġdid ġo post li sa issa għadu ma jintramax?
Response (FENECH, TONIO)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari 14898. Skont Avviż Legali 1/2006 jirriżulta li f'Malta u Għawdex b'kollox hemm għoxrin post fejn jistgħu jarmaw is-swieq. Dettalji f''Appendiċi I annessa se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra. (Ara dokument numru 5350 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256, nhar id-29 ta' Settembru 2010)
Peress li b'liċenza waħda bejjiegħ jista' jarma f'aktar minn suq wieħed u peress li jekk ikunx qed jarma jew le jiddependi mill-allokazzjoni tal-posta, id-Diviżjoni tal-Kummerċ ma tistax tagħti informazzjoni dwar kemm attwalment qed jarmaw f'kull lokalità. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru.
Il-proċedura biex bejjiegħ ikun jista' jarma f'suq fil-beraħ huwa kif ġej:
Jekk bejjiegħ ikun jixtieq ibiegħ fi swieq tal-Belt Valletta, it-Tokk ir-Rabat, Għawdex jew M'xlokk għandu bżonn liċenza li tiswa 116.47 ewro. Jekk bejjiegħ irid jarma f'suq f'postijiet oħra għandu bzonn liċenza li tiswa 69.88 ewro. Dawn iz-żewġ tipi ta' liċenzi jinħarġu mis-Sezzjoni tal-Liċenzi fi ħdan id-Divizjoni tal-Kummerċ però l-allokazzjoni tal-posta toħroġ mill-kunsilll lokali.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hi le, għaliex il-liċenzi jgħoddu biss jekk ikun hemm posta allokata mill-kunsill lokali tal-lokalità fejn se jintrema s-suq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bejjiegħa ġodda fuq il-waiting list li jixtiequ jarmaw fil-monti ezistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għandna ħmistax (15)-il applikazzjoni li qed jiġu proċessati biex tinħareġ liċenza. Importanti li wieħed iżid li biex bejjiegħ jkun jista' jarma f'suq irid japplika għal-liċenza mis-sezzjoni tal-liċenzi fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ, iżda din il-liċenza ma tagħtix jedd lil dan il-bejjiegħ li jiġġistixxi attività kummerċjali f'xi suq partikolari kemm-il darba ma jkunx ġie allokat posta fissa mill-kunsill lokali tal-lokalità fejn jkun jinsab dak is-suq.
Għaldaqstant jista' jkun li inħarġu liċenzi li qegħdin jistennew l-allokazzjoni ta' posta minn kunsill jew ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq li jagħmlu parti mill-Qasam ta' Djar li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament humiex tal-gvern jew tal-privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont l-informazzjoni li għandha t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern, it-toroq li jagħmlu parti mill-Qasam ta’ Djar li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, mhumiex proprjetà tal-Gvern.