Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn dawn l-ammonti ta' flus jidħlu preċiżament?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar it-Trasport — dewmien biex jinħarġu n-number plates
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala persuni li importaw karozza second hand, u jmorru l-Awtorità dwar it-Trasport biex iħallsu r-registration qed ikollhom jistennew sa tliet ġimgħat sabiex jingħataw in-number plates?
Response (GATT, AUSTIN)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi speċifikament għall-karozzi second hand impurtati minn barra l-UE. Id-dewmien f'dawn il-każi ġej mill-fatt li l-importaturi ma setgħux jipprovdu ċertifikazzjoni ta' emissjonijiet konformi man-norma Ewropej. Ninsab infurmat li l-importaturi sabu soluzzjoni għal din il-problema u r-reġistrazzjoni ġejja lura għan-normal.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Open-Air Studio għall-produzzjoni tal-Films
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi żviluppata faċilità ta’ open air studio għall-produzzjoni tal-films f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6047 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' : Peress li l-kanċell li jdawwar l-istatwa ta' Malta fil-pjazza tal-Birgu, sofra xi ħsarat, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' tiswija fuq dan il-monument storiku?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5925 u 5668 u jgħid jekk id-Dipartiment tat-Toroq (Network Infrastructure Directorate) fi ħdan l-Awtorità dwar it-Trasport inbidilx l-isem tiegħu? Jekk fl-affermattiv, x'inhu l-isem il-ġdid u għalfejn saret din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tat-Toroq fi ħdan l-Awtorita Dwar it-Trasport ma nbidilx l-isem tiegħu. Pero il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf kumpanija, bl-isem ta' Road Network Ltd biex tingħata r-responsabilitajiet kollħa marbuta mat-toroq. Dan sar bħala parti min ristrutturar li ser iġġib bidla fil mod kif isiru u jiġu mantenuti t-toroq f'Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont totali ta’diesel u petrol mingħajr ċomb separatament li ntuza mill-pubbliku fl-2008? X’kien l-ammont tal-istess fuel li ntuza minn vetturi li jappartjenu lill-Gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma sena b'sena mis-sena 2004 sas-sena 2008 u matul l-ewwel xahrejn ta' l-2009? Kemm kien hemm persuni fl-istess perijodu li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Billi xi xhur ilu sar xogħol ta' trinek fit-triq li miż-Żebbiegħ twassal għall-Bidnija u dawn l-istess trinek baqgħu ma ġewx mogħtija wiċċ ġdid, u billi dawn l-inħawi minbarra mir-residenti huma wżati minn dawk li għandhom ir-raba' fl-inħawi u minn oħrajn, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jirranġa dawn it-trinek?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fuq it-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema se jkunu t-toroq f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa, Naxxar, Mġarr u Għargħur li se jingħataw wiċċ ġdid matul din is-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2242 tal-2006 li kienet tgħid li Triq is-Swatar, Swatar, Msida kellha bżonn traffic calming measures, fosthom sleeping policemenu dan minħabba li hemm skola u hemm diversi okkażjonijiet ta' karozzi li jgħaddu bi speed eċċessiv, jista' l-Ministru jara li l-Awtorità dwar it-Trasport tieħu din il-materja bħala urġenti u tara il-bżonnijiet reali ta' din it-triq qabel ma jkun hemm xi inċident?
Jista' jara wkoll li jsir traffic assesment fi Triq Ġużè Ellul Mercer, Swatar, fejn bejn li hi l-unika triq two way,bejn li tgħaddi xarabank u li hemm ħafna garaxxijiet , forsi huwa lok li din tkun one way?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jaħseb il-Ministru li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċittazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li l-mistoqsija parlamentari 4040 għadha mhux imwieġba minkejja li għaddew tliet xhur u nofs minn meta l-Ministru wieġeb risposta tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk issa jinsabx f'pozizzjoni li jindika progress fuq din is-sitwazzjoni fiż-żona ta' Landar Ħal Għaxaq li ilha pendenti għal 18-il sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Valletta — Triq l-Ifran - tibdil fil-main u l-meters ta' l-ilma - dewmien
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex talbiet minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta li applikaw għal tibdil fil-main u l-meters tal-ilma f'Novembru għadhom ma ngħataw l-ebda feedback mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mhemmx talbiet pendenti li saru f'Novembru minn residenti fi Triq l-Ifran, Valletta għall-service renewals.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni għaliex bus stop fix-xatt tas-Sliema, n-naħa tal-baħar ma nbidilx filwaqt li oħrajn inbidlu? Din il-bus stop hija eye sore kbira.
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil Supreme Travel li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South?
Jista' jgħidilna liema minn dawn l-open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan-North u liema fuq ir-rotta tas-South?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.