Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9637 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Triq l-Imgħallem - spazju magħluq

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-parti t'isfel ta' Triq l-Imgħallem, fir-Rabat Għawdex, tista' l-Ministru tgħid għalfejn ingħalaq spazju u tgħid x'utilità huwa maħsub li għandu dan l-istess spazju magħluq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-ispazju msemmi fil-mistoqsija ngħalaq biex jagħti direzzjoni aħjar lit-traffiku li jkun qiegħed idur mar-roundabout.
Leg 11 PQ #9638 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sant' Anna — residenti - ħlas

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm iħallsu fis-sena r-residenti ta' Sant' Anna? In oltre tista' tgħid jekk il-pazjenti kollha li hemm fil-preżent iħallsux kollha l-istess ammont? Jekk le, tista' tgħid kemm huma dawn ir-residenti u kemm hi d-differenza fil-ħlas?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9346 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Iinterpellant hija kif mogħtija fit-tabella li ser inpoġġi f'xi seduta oħra fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9454 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ġenerali ta' Għawdex — dħaħen suwed

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 9003 u tgħid id-dħaħen kbar suwed li spiss joħorġu minn ċumnija tal-isptar Ġenerali ta’ Għawdex minn xiex huma kkawżati? Tista’ tgħid jekk dawn id-dħaħen humiex konformi mal-liġijiet Maltin u ma’ dawk Ewropej?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qed nistennew rapport tekniku dwar jekk l-emmissjonijiet tal-boiler house humiex konformi mal-leġislazzjoni relevanti. Tali rapport intalab isir dan l-aħħar peress li mhux obbligatorju li boiler house ta' daqs tal-Isptar Ġenerali issirula dawn it-testijiet.
Leg 11 PQ #9529 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — nuqqas ta' ċilindri tal-ossiġnu

Question

Peress li f'dawn l-aħħar ġranet kien hemm ilmenti minħabba n-nuqqas ta' ċilindri tal-ossiġnu għall-pazjenti tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan l-isptar spiċċa mingħajr fornitura ta' ossiġnu u tara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata lill-ebda ħin u taħt l-ebda ċirkustanza ma kien hemm nuqqas ta' osiġnu b'detriment tal-pazjenti tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex
Leg 11 PQ #9536 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - Diretturi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kienu l-uffiċjali kollha li qdew il-funzjoni ta’ Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex), jew aġenti diretturi mis-sena 1980 sal-ġurnata tal-lum?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li l-funzjoni tad-Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex) qatt ma kienet taqa diretament taħt il-Ministeru għal Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpelant, jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Leg 11 PQ #9164 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — direct orders

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Tista' tinformani bl-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2007 u 2008?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7494. Barra minn hekk ninsab infurmata li f'April 2009 ma nħarġux Direct Orders mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #9398 Sitting 128 2009-06-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Rabat - Pjazza Savina - kumulu ta' ilma

Question

Peress li residenti u sidien tal-ħwienet fi Pjazza Savina qed jilmentaw minħabba problemi ta' kumulu ta' ilma meta tkun ix-xita in partikolari l-parti tal-pjazza inklinata 'l isfel, tista' l-Ministru tara li tiġi ndirizzata din il-problema peress li meta dawn in-nies ilmenaw mal-Kunsill Lokali tar-Rabat, ġew infurmati li dan l-inkonvenjent jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-livelli fi Pjazza Savina huma tali li mhux la kemm tiġi evitata l-problema msemmija mill-Onorevoli Nterpellant sakemm ma jsirx xogħol ta' kostruzzjoni fl-imsemmija area b'mod partikulari bil-bini ta' water culvert. Dan isir aktar 'l quddiem meta jkun possibbli.
Leg 11 PQ #9140 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku

Question

Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista' tagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li ma hemmx kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #9442 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Għawdex - impjegati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha? Tista’ tagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9061 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Qbajjar - Promenade - tiswijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni, meta titkisser xi ħaġa fil-promenade tal-Qbajjar ta' Għawdex, din ma tissewwiex jew tiġi mibdula, bħal ma hu l-każ tal-funtana, li ilha iktar minn tliet snin imkissra, u dan l-aħħar tkissru wkoll xi wieħed mill-bankijiet u dik il-parti fejn it-tfal imorru jiżżerżqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-promenade tal-Qbajjar taqa' taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita' taż-Żebbuġ. Għaldaqstant nitlob l-Onorevoli Nterpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #9062 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija — servizz ta' helper

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fir-raħal tax-Xewkija Għawdex, m'hemmx helpers u hemm ħafna anzjani bla servizz ta' helper? Taf li irrispettivament minn dak kollu li jintqal mill-Gvern fir-rigward tal-anzjani, dan in-nuqaas fis-servizz qiegħed jikkawzalhom tbatija iebsa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm numru ta' persuni li għadhom mingħajr is-servizz ta' l-għajnuna fid-djar għall-anzjani. Il-Ministeru diġa' għamel talba għall-mili ta' dawn il-postijiet.
Leg 11 PQ #9063 Sitting 125 2009-06-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — ċimiterju - waiting list - sepultura

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fuq il-wating list biex jakkwistaw dritt ta' sepultura billi jingħataw qabar fiċ-ċimiterju tar-Rabat li hemm fil-limiti tax-Xewkija Għawdex? Huwa l-ħsieb ta' dan il-Gvern li jingħataw il-fakultà li jixtru dan id-dritt ta' sepultura fiċ-ċimiterju tar-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma teżisti l-ebda waiting list ta' persuni sabiex jakkwistaw dritt ta' sepultura fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija fix-Xewkija, Għawdex. Kull persuna għandha d-dritt ta' sepultura fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija f'Għawdex bla ħlas, fejn isir użu ta' oqbra komuni fl-istess ċimiterju li jippartjenu lill-istat. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant illi jekk qed jirreferi għal xiri ta' oqbra fil-preżent hemm 254 applikazzjoni fil-waiting list u l-proċess għal din il-fakulta' wasal fi stadju avvanzat ħafna.
Leg 11 PQ #9043 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar ta' Għawdex — Decompression Chamber

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il sessjoni ta’ treatment saret, xahar b’xahar, mid- Decompression Chamber fl-Isptar ta’Għawdex minn meta bdiet taħdem sal-lum? Tista’ tagħti din l-informazzjoni maqsuma skond it-tip tat-trattament li ngħata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella annessa: Decompression chamber fil-Hyperbaric Unit ta' l-Isptar Generali t'Għawdex intuża hekk: 2008 Lulju Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 11 2008 Awwissu Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 12 2008 Settembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 22 Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Għaddasa 6 2008 Ottubru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 17 2008 Novembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 6 2008 Diċembru Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 16 2009 Frar Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 10 2009 Marzu Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 22 2009 April Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 18 Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Għaddasa 1 2009 Mejju Numru ta' Sessjonijiet Trattament t'Ossiġenu (HBO) 19
Leg 11 PQ #9227 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

speċjalista tat-tfal bid-diabete f'Għawdex

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8952, tista' l-Ministru tgħid għaliex mhux qed jingħata s-servizz lil dawn it-tfal fl-Isptar Ġeneral ta' Ġħawdex minkejja li ilhom jiġu mwiegħda dan għal ħafna u ħafna snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid aktar mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8952.
Leg 11 PQ #9038 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Zewwieqa Waterfront

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'sar s’issa fuq il-proġett taż-Żewwieqa Waterfront? Meta mistenni li jibda dan il-proġett? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tal-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li xogħol relatat mal-proġett taż-Żewwieqa diġa’ beda kif indikat fir-risposti tal-mistoqsija parlamentari Numru 2067 ta’ din il-Leġislatura u Numri 27518 u 29310 tal-Leġislatura ta’ qabel. Inżid ngħid li bħalissa l-applikazzjoni għal dan il-proġett qiegħda il-Mepa għall-approvazzjoni.
Leg 11 PQ #9066 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Reġistru Pubbliku - diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistix post ta' Direttur fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm ilu vakanti dan il-post? Tista' tagħti l-ismijiet tad-diretturi li xi darba kienu f'dan il-post?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma jeżisti l-ebda post vakanti ta’ Direttur Reġistru Pubbliku (Għawdex).
Leg 11 PQ #9150 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Dħaħen miċ-ċumnija

Question

Peress li residenti li joqogħdu qrib l-Isptar Ġenerali t'Ghawdex qed jilmentaw minn irwejjaħ u dħaħen li ħergin miċ-ċumnija, tista` l-Ministru tagħti spjegazzjoni plawsibbli għal dan u tgħid x'inhu l-kaġun ta' dan l-inkonvenjent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li reazzjoni ta’ kombustjoni tiġġenera emissjonijiet ta’ gass. L-użu taċ-ċumnija huwa proprju li jnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti ta’ l-inħawi minħabba l-għoli tagħha. Il-boilers ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex joperaw b’tip ta’ zejt magħruf bħala thin fuel oil. Il-burners huma pressure jet burners u ż-żejt jiġi mħallat ma’ l-arja f’proporzjoni korretta waqt il-proċess ta’ kombustjoni. Meta il-burner jinxtgħel jew jaqleb minn low għall- high flame jista’ jkun hemm emissjoni momentarja ta’ duħħan iswed. L-amministrazzjoni ta’ l-Isptar qed tikkonsidra l-installazzjoni ta’ smoke monitoring device sabiex jassisti biex jitjieb il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ duħħan riżultat tal-proċess ta’ kombustjoni.
Leg 11 PQ #9152 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Residenti f'Sant'Anna — ħlasijiet

Question

Tista` l-Ministru tgħid kemm hemm residenti Sant'Anna li apparti l-pensjoni tagħhom qed iħallsu ammonti ulterjuri?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9225 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — pjanijiet ta' live saving/life rescue

Question

Tista l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern għal Għawdex ta' live saving/life rescue f'inċidenti tal-baħar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-servizzi ta’ live saving/life rescue hu provdut mill-AFM flimkien mas-Civil Protection is-sena kollha kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex