Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Rapporti tal-Privatisation Unit tat-Tarzna

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-Privatisation Unit li wasslu għall-għażla u konklużjoni mal-kumpanija Palumbo ta’ ftehim li bih it-tarznari se jgħaddu f’idejn id-ditta Palumbo?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tender jew direct order ta' kumnpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15850 u 15463 u jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15463.

sidien li waqgħu lura fil-ħlas tal-bolla tan-National Insurance tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16672 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16016, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex dawn il-€68.5 miljun jinġabru? Kemm hemm min ilu ma jħallas in-National Insurance tal-impjegati tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex jinġabru dawn is-€68.5 miljun, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jibgħat reminders, avviżi ta’ nuqqas ta’ tħaris, avviżi ta’ nuqqas ta’ ħlas kif ukoll ittri ġudizzjali skont il-każ. F’ċertu ċirkustanzi, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jilħaq ftehim ma’ min ikun qiegħed iħaddem fuq programm ta’ ħlas imqassam fuq tul ta’ żmien. In-numru ta’ employers li għandhom xi bilanċ ta’ National Insurance dovut hu ta’ 8,652.

informazzjoni rigward smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters s'issa? Is-sistema qiegħda taħdem? Jekk fl-affermattiv, kemm minnhom qed jinqraw skont kif kien maħsub oriġinarjament? Għaliex il-PROB tal-ilma m'għadhomx jitwaħħlu mal-meter tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Xgħajra — estensjoni tal-impjant għat-trattament tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fuq il-pjanti u l-pjanijiet oriġinali approvati għal-estensjoni tal-impjant għat-trattament tad-drenaġġ li jinsab ix-Xgħajra? Peress li t-tibdil seta' sar wara li kien ingħata l-kuntratt biex jibda x-xogħol, kien hemm xi tibdil fil-parti finanzjarja ta' dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf it-tibdil fil-pjanti ta’ l-impjant ma kenux ta’ natura funzjonali iżda intervenzjonijiet għall-ameljoramenti estetiċi li kienu ġew proposti mill-kuntrattur qabel meta ġie iffirmat il-kuntratt. Għaldaqstant dawn it-tibdiliet ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-proġett.

Belt Valletta — postijiet vojta tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu proprjetà l-gvern fil-Belt Valletta li fil-preżent tinsab vojta jew magħluqa? Kemm minn din il-proprjetà tista' tiġi użata għal skop residenzjali u għal skop kummerċjali?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

ARMS Ltd — trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jispjega b'liema setgħa legali, l-ARMS Ltd, imponiet ħlas ta' €466 għal dawk li jitolbu biex jagħmlu trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma fuq isimhom, mhux b'konsegwenza ta' kiri, iżda b'kosegwenza ta' mewt? Huwa minnu li armla li tibqa' tgħix fl-istess dar, u li titlob li l-meter idur fuq isimha wara l-mewt tar-raġel, qed tintalab dan il-ħlas? Huwa minnu li l-ħlas qed jintalab anki lil ulied li l-ġenituri tagħhom imutu u huma jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu fl-istess dar fejn dejjem għexu mal-ġenituri tagħhom? Tista' tgħidli kemm kien hemm każijiet bħal dawn minn meta l-ARMS Ltd daħħlet din il-miżura?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — nuqqasijiet fuq vapur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta fil-Gozo Channel tlestietx jew le dwar allegazzjonijiet li għamel kaptan tal-istess kumpanija fir-rigward ta' nuqqasijiet li skont hu hemm fuq il-vapuri? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi din l-inkjesta fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk l-inkjesta għadha għaddejja jista' jgħid meta huwa maħsub li din titlesta u min qed jagħmel din l-inkjesta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Enerġija elettrika impurtata

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2160 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' joint study tal-Korporazzjoni Enemalta mat-Terna Spa fir-rigward tal-electric cable bejn Malta u Sqallija? Meta hu ppjanat li jseħħ dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istudju ta’ vijabilita konġunt ġie konkluż u talba għal tenders ġiet maħruġa għall-Interconnector bejn Malta u Sqallija. Huwa ppjanat li dan l-Interconnector se jkun lest fi tmiem l-2012.

delegazzjoni fil-Golf — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa u min ħallas l-ispejjeż għall-vjaġġ li l-Prim Ministru u delegazzjoni sħiħa għamlu ftit tal-ġimgħat ilu fil-Golf? Minn fejn ġie mikri l-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Kemm tħallas għall-kiri tal-ajruplan użat minn din id-delegazzjoni? Tista’ tingħata l-lista sħiħa ta’ dawk kollha li kienu fuq dan l-ajruplan f’dan il-vjaġġ kollu u f'isem liema entità u kapaċità kienu jiffurmaw parti minn din id-delegazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

flus miġbura mit-taxxi tal-poplu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16770 u 16397 u jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Meter Reader

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16793 u jara kif ħmistax ilu anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irraportat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jibgħatulha l-meter reader u dan għadu ma ntbagħatx jaqra l-meter?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16793.

Fisherman Str, Marsa — drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi solvuta l-problema ta' drenaġġ li hemm ġo Fisherman Str, Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-IIma qed tagħmel l-almu tagħha biex ittaffi din il-problema kemm jista’ jkun, iżda biex tissolva l-problema għal kollox jinħtieġ xogħol ta’ natura kapitali kbira. Din se tiġi indirizzata max-xogħol li għandu jsir fi Triq Diċembru Tlettax meta għandha tiġi mibnija underpass. Ix-xogħol jinkludi wkoll tkabbir tas-sistema tad-drenaġġ. Xogħol ieħor qed isir fil-Pumping Station tal-Marsa fejn se jiġu nstallati pompi akbar milli hemm biex jagħmlu tajjeb għal meta l-volum tad-drenaġġ jiżdied waqt ix-xita.

ARMS Ltd — kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Issa li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma sa jibdew jinħarġu mill-ARMS Ltd (Automated Revenue Management Services Ltd), jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġux tenders, kemm applikaw u fuq liema kriterji ġiet magħżula l-ARMS Ltd?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Kumpanija ARMS (Automated Revenue Management Servies) hija kumpnija mwaqqfa bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, b’ishma ta’ 50% kull wieħed. Din il-kumpanija ġiet imwaqqfa biex jiġu ċentralizzati s-servizzi tal-customer care u l-operazzjonijiet relatati mal-kontijiet u pagamenti taż-żewġ entitajiet. Għalhekk l-ebda tenders ma ġew ippubblikati, għax din il-kumpanija ġiet maħluqa mill-utilitajiet u se tiġi mħaddma b’impjegati mill-korporazzjonijiet.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — trasferiment tal-meter readers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-meter readers li kienu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewx trasferiti ma' ARMS?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda trasferiment tal-meter readers mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għal ma’ l-Arms Ltd.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — programm ta' laqgħat/konferenzi fi Brussell

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna bi breakdown tal-programm ta' laqgħat/konferenzi eċċ. li l-Ministeru u d-dekasteru kellhom fi Brussell u/jew f'xi stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea mill-ewwel tas-sena 'l quddiem kif ukoll min attenda? Jista' jinforma x'konklużjonijiet kien hemm? Jista' ukoll jinforma min attenda u għal kemm żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

self employoed u istituzzjonijietn li applikaw għall-inċentivi tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm self employed, istituzzjonijiet li jħaddmu sa għaxar persuni, li fil-fatt applikaw għall-iskemi ta' inċentivi offruti mill-Gvern?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ self employed u kumpanniji li jħaddmu inqas minn 10 li applikaw għal skemi tal-Malta Enterprise mill-2008 sal-lum kien ta’ 728 u jista’ jinqasam kif muri fil-lista ta’ hawn taħt: Skemi ERDF: 256 Servizzi ta’ Konsulenza - Business advisors – 123 Inċentivi Fiskali (Tax Incentives) – 279 Enterprise Europe Network – 22 Trade Promotion - 48 Ibbenefikaw ukoll 2081 individwu taħt l-iskema My potential – Din l-iskema hija miftuħa għall-individwi (li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom) u mhux għall-entitajiet kummerċjali.