Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħażlu l-persuni li se jitiħdulhom posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawk il "field officers" li nstabu li ma kellhomx il-ħiliet neċessarji għal dak it-tip ta' xogħol ser jingħataw opportunita li jesserċitaw xogħol ieħor. Id-direttorat tat-toroq ħejja kors għall-"field officers" kollha u l-għazla għall-posizzjoni fil-grad ser tkun fuq bażi ta’ kompetenza.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5465 u jgħid meta se jsiru xogħlijiet ta' kisi fit-toroq hawn taħt imsemmija fl-Imsida, liema toroq qatt ma saru u huma responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali:
Triq Ġdida fi Triq Balliju Guttenberg
Parti min Triq il-Ġostra
Parti min Triq il-Kunżar
Triq Ġdida fi Triq il-Kunżar
Sqaq Casolani
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja?
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati li qabżu l-kwota permessa lilhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati jew b'kuntratt mal-Gvern li fuq infiq permess lilhom fuq safar, xiri u kuntratti magħmula magħhom qabżu l-kwota permessa u dan għall-perijodu 2004/08? Jekk fl-affermattiv, x'kienu l-ammonti u x'passi ttieħdu sabiex dawn il-flus jerġgħu jinġabru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi ma kienx hemm każijiet bħal dawk indikati mill-Onor Interpellant.
Jista' l-Ministru jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possibbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' installazzjonijiet ta' antenni ta telekomunikazzjoni fil-gżejjer Maltin jammonta għal 2,114.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi il-kumplament tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi attwat il-pjan biex isir it-tibdil fit-toroq li jinkludi flyover fejn hu magħruf bħala t-tankijiet tal-gass fit-Triq Reġjonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudju li sar mill-kumpannija Ecorys B.V. dwar cruise berth fl-Imġarr Għawdex u tad-disinni li ġew żviluppati reċentement? Jista’ jgħid x’inhuma l-alternattivi għall-cruise berth li se jiġu kkunsidrati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li jibda u jistlesta x-xogħol fuq it-tkomplija tat-Triq Imġarr fir-Rabat Għawdex? F’hiex jikkonsistu x-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru? Kemm hija stmata l-ispiża ta’ kull xogħol li għad irid isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6483, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub għal dawk li huma siti maħsuba għall-marinas (tal-yatchs) u bus terminus?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern, permezz tal-Awtorita Marittima kien ikkummisjona rapport sabiex jkunu identfkati siti għall-izvilupp ta’ marinas ġewwa Malta u Għawdex. Peress li dan ir-rapport għadu mhux ffinalizzat l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata. Meta jkun iffinaliżżat, ir-rapport ser jinħareġ għal konsultazzjoni pubblika.
Dwar siti sabiex jintużaw bħala bus termini il-Gvern għadu qed jinvestiga l-alternattivi li jista’ jkun hemm.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk waslux il-bus shelters li kienu approvati f'diversi nħawi ta' Malta? Jekk iva, meta ser jitwaħħlu? Jekk le, meta hu mistenni li jkunu Malta, biex jitqegħdu f'posthom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, — Wardija - culvert għal ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarja biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tinvestiga jekk il-kuntrattur li bidel il-pajpijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-Wardija, fil-fatt għalaqx culvert tal-ilma tax-xita li kien fil-post? Jekk jinstab li dan il-culvert hu magħluq jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-culvert jinfetaħ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6040 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li ftit tas-snin ilu kien ġie mwiegħed li kellu jsir restawr fuq l-istatwa ta' San Duminku li hemm fid-daħla lejn il-Birgu, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol tant bżonnjuż fuq din l-istatwa artistika jekk hux se jsir? Jekk fl-affermattiv, allura jista' jagħti indikazzjoni meta se jsir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Peress li f'pajjiżna għandna sitwazzjoni li prattikament min għandu 18, 19, 20 jew 21 sena ma jistax jikri vettura, anke jekk ikollu l-liċenzja, peress li l-aġenziji tal-assigurazzjoni m'humiex lesti jassigurawhom, jaħseb il-Ministru li din hi sitwazzjoni inġusta? X'se jagħmel dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lokalità, lokalità matul is-sena 2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm hija ta' kemm trabi ġew reġistrati u dan it-total fl-2008 kien ta' 4421. Is-sistema kompjuteriżżata kif inhi bħalissa ma tippermettix li din l-informazzjoni tinġabar lokalita', b' lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies lokalità b'lokalità matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li tinżamm hija ta' kemm ġew reġistrati mwiet u dan it-total fl-2008 kien ta' 3073. Is-sistema kompjuteriżżata kif inhi bħalissa ma tippermettix li din l-informazzjoni tinġabar lokalita', b' lokalita'.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6486, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm karozzi impurtati mill-Ingliterra ġew reġistrati mal-Awtorità dwar it-Trasport kull xahar, matul l-2008 u l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Billi numru ta' traffic lights/pelican lights li hemm approvati fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar għadhom sal-lum ma twaħħlux, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għaliex dawn għadhom ma twaħħlux u fl-istess ħin jittieħdu l-passi neċessarja biex dawn jitwaħħlu u jibdew jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed jiġi preparat tender għall-istallazzjoni tal-
Pelican lights
imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant. Dan ix-xogħol jkun jista jinbeda la darba jiġu allokati l-fondi meħtieġa.