arranġamenti li kellha l-Enemalta mal-kumpaniji GO u Vodafone
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti kellha l-Enemalta mal-kumpaniji GO u Vodafone matul ic-chairmanship fl-Enemalta tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Għaliex kienet tippreferi lill-GO mill-Vodafone?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kważi kull servizz ta’ telekomunikazzjoni fl-Enemalta huwa mingħand GO Plc., u ħafna mill-kuntratti ta’ dawn is-servizzi ġew mogħtija lil GO (magħrufa bħala Telemalta Corporation u Maltacom plc) meta din kienet kollha, jew parti kbira minnha, proprjetà tal-gvern. Bejn 2008 u 2009 kien hemm 3 servizzi tal-mowbajl kuntrattati minn Vodafone biex l-Enemalta kienet tista’ tieħu vantaġġ minn offerti fuq apparat.
Minn Lulju 2005 s’issa, l-Enemalta ħarġet dawn it-
tenders
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ telekomunikazzjoni:
- HO/T/42/2007 - Manutenzjoni fuq PABX – Il-kumpanija GO rebħet dan it-
tender
f’Jannar 2008 wara li offriet l-irħas prezz.
- HO/T/109/2007 – Proviżjoni ta’ ‘data services’ – Il-kumpanija GO rebħet dan it-tender għall-kuntratt li beda fi Frar 2008 wara li offriet l-irħas prezz.
Barra minn hekk, l-Enemalta daħlet f’arranġament ma’ GO plc f’Awwissu 2006 biex tifformalizza tariffi ridotti fuq kuntratti tal-mowbajl eżistenti.
L-Enemalta bħalissa qiegħda fi proċess li tagħmel valutazzjoni fuq il-pożizzjoni tagħha rigward l-għażla ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni biex b’hekk jintlaħaq ftehim iktar vantaġġjuż.
Kampanja pubbliċitarja dwar l-estenzjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2009 kemm nefqet l-Enemalta fil-kampanja pubbliċitarja dwar l-estensjoni l-gdida tal-power station f’Delimara? Fuqiex saret din in-nefqa u liema persuna/kumpanija organizzat u mexxiet din il-kampanja u kemm tħallset?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fl-2009 l-Enemalta nefqet € 21,314.25 fil-kampanja pubbliċitarja dwar l-estensjoni l-ġdida tal-power station f’Delimara. Dan ir-riklamar kollu sar fuq gazzetti lokali u l-ispejjeż imsemmija jinkludi l-produzzzjoni tar-riklami. Il-kumpanija li mexxiet l-kampanja pubbliċitarja matul 2009 kienet 26th frame.
negozji żgħar jew imprendituri Għawdxin li bbenefikaw minn skemi
Question
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm kien hemm negozji żgħar jew imprendituri oħra Għawdxin li bbenefikaw minn xi skemi mnedija biex jgħinu fl-iżvilupp jew tkabbir tan-negozju tagħhom? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn in-negozji żgħar jew imprendituri u jekk ibbenefikawx in cash jew in kind ? Jekk ibbenefikaw in cash kemm kien l-ammont mogħti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2008, 31 negozju u imprenditur Għawdxi ibbenefikaw minn assistenza mogħtija mill-Malta Enterprise, u fl-2009, ibbenefikaw 37. L-assistenza mogħtija mill-Malta Enterprise kienet taħt forma ta’ krediti ta’ tax u cash u ammontat għal total ta’ €2.7 miljun. L-ismijiet tal-intrapriżi konċernati, legalment ma jistgħux jingħataw għax huma ta’ natura kunfidenzjali.
persuni, operaturi industrijali u ażjendi — żieda fil-kreditu ta' taxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sentejn, kemm kien hemm persuni, operaturi industrijali, ażjendi eċċ, li bbenefikaw minn żieda fil-kreditu ta' taxxa sa 60% biex jinvestu f'Għawdex?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-iskema Micro Invest, li tipprovdi kreditu ta’ taxxa sa 60% ta’ spiża eliġibbli għal entrapriżi ġewwa Għawdex, ġiet introdotta din is-sena (sena bażi 2010). Għal din ir-raġuni, bħala Dipartiment tat-Taxxi Interni, jkollna d-dettalji ta’ kemm persuni bbenefikaw minn dan l-inċentiv wara li jidħlu u jkunu pproċesati l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2010.
Peress li t-Tarzna issa se tgħaddi f'idejn il-privat, jikkonsidra l-Ministru li l-monument biex ifakkar il-ħaddiema li tilfu ħajjithom waqt qadi ta' dmirijiethom fit-Tarzna li jinsab fid-daħla tat-Tarzna Għajn Dwieli, jitpoġġa u jiġi inkorporat fl-area ta' Dock 1 f'Bormla?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16631.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża medja kull metru kubu (1 cubic metre) tal-produzzjoni tal-ilma (mwassla sal-ġibjun) minn mezzi ta' desalinizzazzjoni (RO's) fis-snin 2006 sa 2009, sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża medja ta’ kull metru kubu tal-produzzjoni tal-ilma minn mezzi ta’ Reverse Osmosis, hija hekk kif ġej:
Sena
€ /m³
2006
0.501
2007
0.487
2008
0.466
2009
0.656
B'referenza għall-kuntratt li l-gvern iffirma mal-BWSC fuq l-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid:
a) min iddraftja dan il-kuntratt;
b) liema kien l-uffiċċju legali li ta l-pariri legali lill-gvern fuq l-istess kuntratt u kemm tħallsu; u
ċ) min kienu l-firmatarji li dehru in rappreżentanza tal-gvern Malti u l-BWSC fuq l-istess kuntratt?
Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
a) Il-kuntratt ġie ddraftjat minn Enemalta wara li saru negozjati mal-BWSC.
b) L-avukati tal-Enemalta kienu taw pariri legali lill-gvern fuq l-istess kuntratt.
c) Il-firma min-naħa tal-Enemalta saret mid-
Deputy Chairman
filwaqt li min-naħa tal-BWSC saret mis-CEO Mr. Soren Bukholt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti lill-Ministeru u/jew lill-Korporazzjoni Enemalta minħabba l-qtugħ tad-dawl matul din is-sena? Kemm huwa stmat li ntilef xogħol fil-fabbriki u negozji oħra, fosthom ħwienet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sezzjoni tal-Customer Care ta’ l-Enemalta f’dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2010 irċeviet ma’ l-elfejn telefonata mingħand il-konsumaturi biex tilmenta dwar qtugħ tad-dawl, fost telefonati oħra dwar ħsarat individwali jew xi mistoqsijiet ġenerali. Ta’ min jgħid li dawn it-telefonati jinkludu lmenti dwar qtugħ ta’ dawl biex issir manutenzjoni, li jiġi avżat minn qabel fuq il-mezzi tax-xandir u permezz tas-sistema tal-sms għal min hu rreġistrat.
Ta’ min iżid jgħid illi l-Malta Enterprise ma rċevietx ilmenti uffiċċjali dwar qtugħ fid-dawl u għalhekk m'għandhiex informazzjoni.
Jista' l-Ministru jara kif ħmistax ilu anzjana, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irrapportat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jibagħtulha l-meter reader u dan għadu ma ntbagħatx jaqra l-meter?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ilment hawn imressaq mill-Onorevoli interpellant, ġie investigat u ttieħdet l-azzjoni neċessarja.
Il-konsumatriċi ġiet ikkuntatjata u ġie stabilit li l-problema kienet rigward il-kirjiet ta’ l-arloġġ tad-dawl. Minn naħa tagħna għamilna l-investigazzjonijiet meħtieġa u saru l-aġġustamenti neċessarji, kif ukoll ħareġ kont attwali fejn dawn l-aġġustamenti ġew inklużi fl-istess kont. Il-konsumatriċi ġiet infurmata.
Wara rapporti fil-media lokali li materjal perikoluż (hazardous) li jikkonsisti fil-flyash li huwa dak il-materjal li jibqa' wara li jinħareġ żejt fil-power stations, li jammonta għal madwar 4,000 metru kubu, intuża minn kuntrattur lokali biex jitħallat mal-konkos liema konkos ġie wżat biex jinbnew retaining walls f'binjiet:
Jista' l-Ministru jgħid fejn u f'liema kwantitajiet intuża dan il-materjal f'bini?
Jekk sarux xi testijiet għal radjuattiviata' li tista' tinsab ħierġa minn konkos magħmul minn dan il-materjal?
Jekk dawn il-binijiet humiex binijiet abitati?
Jekk qed isiru testijiet, meta sar l-aħħar test, kemm isiru spissi u x'kienu r-readings ta' radjuattivita' li nstabu?
X'miżuri korrettivi beħsiebu jieħu l-gvern biex jissalvagwardja s-saħħa taċ-ċittadini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-flyash intuża bħala materjal biex jitħallat mal-konkos u jimtlew culverts tal-Enemalta u mhux bħala materjal fil-bini.
Peress li l-
flyash
huwa
by product
mill-
combustion
taż-żejt li mhux radjattiv, il-
flyash
ma jistax ikun radjattiv u allura m’hemm bżonn l-ebda
testing
.
Enemalta
bħalissa qed tesporta dan il-
flyash
biex jiġi pproċessat ġo faċilitajiet liċenzjati fl-Ewropa.
Enemalta
speċifikat l-użu ta’ tagħmir għat-tnaqqis tal-emissjonijiet biex dawn jiġu konformi mal-livelli tal-UE. Din l-attrezzatura tinkludi
Selective Catalytic Reactors (SCR’s)
għal riduzzjoni ta’ NOx, reatturi tas-sodju bikarbonat għar-riduzzjoni tal- SO2, u
filters
tat-trab għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trab.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar ordni ta' żejt għall-Korporazzjoni Enemalta, u għal liema perjodu ta' żmien? Iċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta kien involut f'din id-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fit 23 ta’April saret l-aħħar adġudikazzjoni tal-Fuel Oil mill-Fuel Procurement Committee li ċ-chairman huwa membru. Il-perjodu kien ta’ sitt xhur – Awwissu 2010 sa Jannar 2011.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
kwestjoni fuq l-ilma riċiklat li qed imur il-baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ilma riċiklat mill-impjant ta' Sant'Antnin minflok ma qed jintefa' bħas-soltu ġol-ġwiebi ta' San Anard biex jintuża mill-bdiewa qed jintefa' fil-ġwiebi l-ġodda li nbnew riċentament u mbagħad għal ġol-baħar? Jaf li minħabba dan ħafna patata fl-għelieqi tax-Xgħajra u San Anard qed tiħdar u tmur b'konsegwenzi diżastrużi għall-gabillotti ta' dik iż-żona? Jista' jintervjeni biex l-ilma jintuża bħas-soltu mill-gabillotti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16775.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16664 u jgħid kemm-il darba nqata' d-dawl matul l-2009 u sal-15 ta' April 2010? Kemm huwa stmat li ntilfu sigħat ta' xogħol u flus kull meta nqata' d-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dawl ġie maqtugħ 1029 darba fejn 334 kienu ta’ ħsarat, 70 għal switching operations u 625 għal xogħlijiet, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-15 t’April 2010. It-total taż-żmien tal-qtugħ kien ta’ 3480 siegħat fejn l-inqas ħin ta’ qtugħ kien ta’ minuta u l-ikbar waħda kienet ta’ 27.8 sieghat.
L-Enemalta m’għandix l-estimi ta’ kemm ntilfu sigħat ta’ xogħol jew flus kull meta nqata d-dawl.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16666 u jgħid kemm kien hemm ilmenti lill-Ministeru u/jew lill-Korporazzjoni Enemalta minħabba l-qtugħ tad-dawl matul din is-sena? Kemm huwa stmat li ntilef xogħol fil-fabbriki u negozji oħra, fosthom ħwienet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16666.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16668 u jgħid kemm ġabar flus il-gvern mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Dak li kien dovut kollu tħallas? Kemm inqabdu nies li ma tawx l-irċevuta tal-VAT? F'liema nħawi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena inġabret is-somma ta’ €130,297,317 mill-VAT. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-ammont dikjarat mhux imħallas jammonta għal €4,437,223.
F’dan il-perijodu inqabdu 54 persuna li ma tawx irċevuta tal-VAT. L-informazzjoni dettaljata qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-financial statements tal-Malta Shipyards (inkluż balance sheet u income statement), anki jekk għadhom mhumiex awditjati, għas-snin li matulhom din il-kumpanija ilha topera?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li issa wara li tlesta x-xogħol fuq it-trinka għal cable tal-elettriku mis-substation tal-Enemalta fil-Housing Estate, H'Attard, din l-area titnaddaf u t-trinka tiġi resurfaced sew b'mod partikolari fl-area madwar il-blokki ta' flats għax wara li tlesta x-xogħol din l-area ġiet mitluqa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-trinka fit-toroq tal-Housing Estate f’Ħ’Attard ġew mimlijin u t-tarmak ta' fuq reġa' ġie poġġut mill-ġdid. It-tħaffir fir-roundabout se jerġa’ jitpoġġa mill-ġdid sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-istallazzjoni ta' smart meters mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi għar-risposta mogħtija għall- Mistoqsija Parlamentari numru 16515.