Studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet edukattivi f'Malta
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandna studenti Għawdxin li qed jattendu istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji f’Malta, suġġett b’suġġett u sena b’sena tal-kors tagħhom?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Għawdex — Istitut għall-Istudji Turisitiċi - relazzjoni mal-industrija turistika
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 4600 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilha u tgħid x'relazzjonijiet jeżistu bejn l-industrija turistika u tal-ivvjaġġar f'Għawdex u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-diriġenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex huma f'kuntatt kontinwu mas-settur turistiku Għawdxi biex jiġu organizzati diversi korsijiet u taħriġ li jirriflettu l-bżonnijiet ta' l-industrija turistika f'Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Farm Sperimentali tal-Gvern f'Għawdex isir ċentru mediterranju fir-riċerka, żvilupp u innovazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa fuq dan il-proġett?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Il-ministeru għal Għawdex qiegħed jippjana li l-Farm Sperimentali tal-Gvern f'Għawdex isir Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni kif imwiegħed fil-Programm Elettorali. Jiena nfurmata li sa issa saru laqgħat dwar dan il-proġett u dwar l-aħjar mod li jista' jitħaddem.
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa matul din il-leġislatura biex titwettaq riforma u jiġu ntrodotti servizzi innovattivi fis-servizz tat-trasport pubbliku f'Għawdex? Meta huwa mistenni li tiddaħħal din ir-riforma? Qed jittieħdu in konsiderazzjoni l-interessi ġenwini tas-sidien tax-xarabanks u fl-istess waqt ikun hemm servizz li jagħmel sens soċjali u ekonomiku għal Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tgħid meta mistenni li jerġa' jibda u jitlesta x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid tat-triq li mir-Rabat twassal għall-pjazza ta' San Lawrenz u li kellha ssir taħt il-perijodu ta' programmazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għas-snin 2004 - 2006?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li x-xogħolijiet huma ppjanati li jibdew aktar tard din is-sena.
Trasferiment ta' nies minn dipartiment għall-ieħor
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm trasferimenti saru minn fergħa għal oħra u minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru tagħha mill-elezzjoni ġenerali ta' 2008 'l hawn? Tista' tagħti dan it-tagħrif skond il-fergħa u dipartiment minn fejn ġew trasferiti u l-fergħa u d-dipartiment għal fejn ġew trasferiti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li saru 82 trasferiment minn fergħa għal oħra u minn dipartiment għal ieħor fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni ġenerali ta' 2008 'l hawn. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija l-informazzjoni hija kif murija fit-tabella li qed inpġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Tista' l-Ministru tagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħadet l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Proġett ta' konservazzjoni fit-Tempji tal-Ġgantija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'sar s'issa matul din il-leġislatura fuq il-proġett ta' konservazzjoni fit-Tempji tal-Ġgantija?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant peress li t-Tempji tal-Ġgantija jaqgħu taħt ir-responsabilita' ta' Heritage Malta, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Sistema ta' records u medical files elettroniċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx sistema ta' records u medical files elettroniċi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk hemm, meta daħħlet din is-sistema? Is-sistema hija maqgħuda mal-Isptar Mater Dei? Jekk għadha ma ddaħħlitx, għaliex? Meta mistennija li tidħol?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li s-sistema ta' records u medical fileselettroniċi qed tiġi evalwata biex digitalized medical records jidħlu fis-sistema kollha, taż-żewġ sptarijiet.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex ġiex ristrutturat matul din il-leġislatura? Jekk fl-affermattiv, x'sar f'dan ir-rigward? Jekk fin-negattiv, meta mistenni li jiġi ristrutturat? Kif inhu mistenni li jkun ristrutturat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li bħalissa qegħdin jittieħdu l-miżuri neċessarji għar-ristrutturar tal-Ministeru għal Għawdex.
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx introdotti żoni pedonali ġodda f'Għawdex matul din il-leġislatura? Jekk fl-affermattiv, fejn? Tista', jekk jogħġobha, tpoġġi pjanta tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadhom ma ġewx introdotti, sar xi studju dwar fejn dawn iż-żoni jistgħu jiġu ntrodotti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma ġewx introdotti żoni pedonali ġodda matul din il-leġislatura.
Għawdex — Ġenerazzjoni ta' l-enerġija fl-użu ta' sorsi alternattivi
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xi studju ta' fattibilità biex Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha fl-użu ta' sorsi alternattivi? Jekk fl-affermattiv, meta sar? Min għamlu? X'inhuma r-rakkmandazzjoni tar-rapport? Tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarx, meta hu mistenni li jsir dan l-istudju?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din il-materja qed tiġi kkunsidrata fit-tfassil tal-istrateġija ta' Eko-Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9846, 9631 u 9385 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilha u cioè: Peress li waqt li kienu qed isiru x-xogħlijiet fit-Triq 10 ta' Marzu 1885 f'Kerċem, Għawdex, giet mgħottija l-katusa tar-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li b'konsegwenza ta' dan inħoloq inkonvenjent kbir lil dawn ir-residenti minħabba l-isbokk ta' l-ilma u li minkejja li s-sidien ilhom jilmentaw ma' l-awtoritajiet konċernati dawn għadhom bil-problema, tista` l-Ministru jara kif tista' tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li t-triq imsemmija hija responsabilita' tal-Kunsill Lokali tal-lokalita'. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Nterpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu s'issa matul din il-leġislatura biex Għawdex isir gżira organika fil-qasam tal-agrikoltura?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din il-miżura se tkun tagħmel parti mill-istrateġija Eko-Għawdex li għandha titressaq għad-diskussjoni fi ftit żmien ieħor.
Ministeru għal Għawdex — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Tista` l-Ministru tgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u tgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella annessa.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi dawn il-membri ma jirċievux onorarja Ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li l-Ministeru għal Għawdex apparti minn dawk il-bordijiet għandu diversi kumitati/kunsilli oħrajn maħtura minnu.
Isem tal-Bord
Numru ta’ Għawdxin
Ismijiet
Data tal-Ħatra
Homehelp Care Service Board
4
Fabienne Grech (Chairperson) Rose Ann Portelli (Membru) Dr Vaclav Svejda (Membru) Michael Bajjada (Membru)
09/06/2008
Meals on Wheels Board
6
Fabienne Grech (Chairperson) Lourdes Tabone (Segretarja) Josette Buttigieg (Membru) John B Pace (Membru) Noel Formosa (Membru) Michael Said (Membru)
05/03/2007
Tista' l-Ministru tgħid jekk id-dekasteru tagħha, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar kull sena mill-2007 ‘l hawn biex titwaqqaf pixkerija f’Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li saret pjanta biex tinbena Pixkerija f'Għawdex u li għaddejjin diskussjonijiet mad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Veterinarji u Sajd dwar dan il-proġett.