Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — salarji u kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16402, 15649 u 14689 u jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

power station ta' Delimara — consumer research study

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16371 u jgħid minn min sar il-consumer research study dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna, inkluż l-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Meta ġie kkummissjonat u meta tlesta? Kemm ġew intervistati nies? Liema kumpanija nediet dan l-istudju? Kemm tħallset tiegħu? Jista' jqiegħed kopja tal-findings tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785.

Il-prezz tal-fuel għall-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għola l-fuel għall-industrija fl-2009 u s’issa din is-sena? X’effetti negattivi kellu fuq l-impiegi? Kellu xi reazzjoni s’issa mingħand industrijalisti jew l-għaqda li tirrappreżentahom dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli maqsuma xahar, b’xahar minn Jannar 2010 sa Mejju 2010 bil-prezzijiet tal-prodotti. Inkluż qed nuri l-prezzijiet taż-żejt Crude ICE Brent u €uro/USD Il-Gvern ma kellux rappreżentanza uffiċċjali dwar dan is-suġġett minn industrijalisti jew l-għaqda li tirrappreżentahom dwar dan.

każ ta' familja li nqatgħalhom id-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex familja bħal din li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, fejn il-ġeneturi t-tnejn jinsabu bla xogħol, xorta jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl meta ma jirnexxilhomx iħallsu l-kontijiet fil-ħin? X'safety net qed joffri l-gvern f'każijiet vulnerabbli bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document għall-estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document li ġabret il-BWSC għall-estensjoni tal-power station ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

VAT ta' bejgħ ta' aċċessorji ma' target shooting

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur globali inkluż VAT, ta' bejgħ ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw dawn l-aċċessorji, maqsum sena b'sena, bejn is-sena 2000 u 2009, jew l-aħħar sena li din il-figura magħrufa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw u jbiegħu aċċessorji relatati ma’ target shooting jinkludu ukoll ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

VAT — bejgħ ta' munizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur globali inkluż VAT, ta' bejgħ ta' munizzjon mill-ħwienet u ażjendi li jimportaw armi u munizzjon relatati mal-isport tal-isparar, maqsum sena b'sena bejn is-sena 2000 u 2009, jew l-aħħar sena li din il-figura hija magħrufa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT m’għandux l-informazzjoni mitluba fis-sistema tiegħu, għax il-figuri ta’ VAT miġbura u rrappurtati minn dawk il-ħwienet u/jew ażjendi li jimportaw armi u munizzjon relatati mal-isport tal-isparar jinkludu, minbarra l-ammont ta’ bejgħ ta’ munizzjon, ammonti oħra ta’ VAT miġbura fuq prodotti oħrajn li huma rrapportati kollha f’kaxxa waħda.

Kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station f'Delimara

Question

B'referenza għall-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station f'Delimara jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat spare parts and technical services agreement? Jekk le, meta mistenni jkun iffirmat? Jaħsibx li dan għandu jkopri perjodu ta' aktar minn ħames snin? Jista' jgħid kemm hu maħsub li jiswa?

Response (FENECH, TONIO)

L-spare parts u technical services agreement (SPTSA) għadu ma ġiex iffirmat. Se jiġi ffirmat wara li jiġi jitlesta l-engineering design tal-impjant. Il-kuntratt huwa koperat b’ħames snin li huwa biżżejjed. Jista’ jiġi mġedded jew jiġi kkunsidrat kuntratt ma’ manifatturi oħra jew xi kuntrattur ieħor. Dan huwa l-proċess normali. Il-kuntratt għandu valur ta’ €18-il miljun għal ħames snin.

Kuntratt tal-estensjonijiet tal-Power Station f'Delimara

Question

B'referenza għall-kuntratt tal-estensjoni tal-Power Station ta' Delimara, jista' l-Ministru jgħid jekk tal-kumpanija BWSC ġewx imposti fuqha penali f'każ illi l-impjant jaqbeż il-limiti tal-emissjonijiet permessi mil-liġi? Jista' jgħid skont il-kuntratt xi tkun il-konsegwenza f'każ illi l-impjant jeċċedi l-livell aċċettabbli f'emissjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Il-limiti tal-emissjonijiet permessi mil-liġi huma mandatorji u l-BWSC huma obbligati li jieħdu l-miżuri li dawn ikunu milħuqin. M’hemmx penali u f’każ li dawn il-limiti ma jintlaħqux, l-impjant ma jittieħidx. Fil-prattika dan ifisser li l-impjant irid jilħaq il-limit values speċifikati biex ikun jista' jittieħed.

Tender tal-estensjoni tal-Power Station f'Delimara — ratio

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għar-ratio stabbilit fit-tender bl-estensjoni tal-Power Station f'Delimara, bejn il-kunsiderazzjonijiet tekniċi u dawk finanzjarji? Kieku ġie stabbilit ratio differenti, x'impatt kien ikollu fuq l-eżitu finali?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-ratio li ntagħżlet - 25% teknika u 75% finanzjarja ġiet stabbilita għax il-maġġoranza mill-spesifikazjonijiet tekniċi rikjesti kienu mandatorji u allura riedu jiġu pprovduti mil-bidder. Ir-ratio ġie magħżul l-iktar fuq merti finanzjarji biex (a) nieħdu valur massimu tal-flus u (b) impjant li kapaċi jipproduċi elettriku bl-inqas spejjes, waqt li jikkonforma l-bżonnijiet leġislattivi.

ARMS Ltd — penali għall-ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema awtorità l-ARMS Ltd tobbliga lill-konsumatur taħt penali ta' 6% biex iħallas fil-ħin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta hi rregolata bl-“Electricity Supply Regulations” li joħorġu mir-regolatur (Malta Resource Authority) wara li jkunu għaddew mil-parlament. Fuq paġna 19 ta’ l-ESR hemm stipulat hekk: (3 Without prejudice to regulation 67, interest at the rate of 0.75% per month , calculated daily, shall be charged to consumers on all amounts due irrespective of the period to which the bill refers if the claim is not sett led within forty-five days of the date specified in the bill: Provided that for all amounts still due at the expiry of the aforementioned forty-five days interest will only be charged for the final thirty days of that period and for each additional thirty days, or part thereof. 67. If an account or a request for payment, duly presented to a consumer, is not paid within fourteen days of its presentation, or if the deposit required in terms of regulation 8 is not made within fourteen days of the request, the supply of current to any account held by the said consumer may be suspended without any previous notice being given. Fil-fatt ir-rata ta’ l-interess stipulat fil-liġi huwa dak ta’ 9%, imma l-Gvern ddeċieda li japplika 6%.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

Billi fil-ġurnali ta' kuljum dehru riklami mill-Air Malta li jirreklamaw il-bejgħ tas-Selmun Palace Hotel, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jkun hemm xi kundizzjonijiet ġodda dwar il-bejgħ tal-istess lukanda? Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-fondi li jistgħu jidħlu minn dan il-bejgħ hux se jmur għand il-gvern inkella għand l-Air Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-unika kundizzjoni ġdida li ddaħħlet fil-bejgħ tal-lukanda hija li offerti inqas mis-somma ta’ tmien miljuni u erba’ mitt elf ewo (€8,400,000) mhux ser jiġu kkunsidrati. Is-somma globali li l-offerent ser iħallas, ser tiġi maqsuma bejn il-Gvern u l-Airmalta skont kif hemm stipulat fid-dokument tas-sejħa tal-offerti li kopja tiegħu qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kordinazzjoni bejn il-Ministeru responsabbli mit-toroq, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod kif inhu mistenni li tibda ssir il-kordinazzjoni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta issa li dawn il-korporazzjonijiet m'għadhomx jiffurmaw parti mill-Ministeru responsabbli mit-toroq? Billi fil-passat kien hemm numru ta' diffikultajiet b'riżultat ta' prijoritajiet differenti tal-entitajiet konċernati, jista' l-Ministru jara li fil-fatt dawn id-diffikultajiet jitnaqqsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi rapreżentanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta ilhom għal dawn l-aħħar 15-il xahar jifformaw parti minn Technical Team Committee mwaqqaf fi ħdan r-Roads & Infrastructure Directorate ta’ Transport Malta fejn dawn jikkordinaw il-ħidma u l-prijoritajiet tagħhom flimkien ma’ dawk ta’ Trasport Malta u entitajiet oħra u l-esperjenza diġà uriet li diffikultajiet tal-passat tnaqqsu.

registration fees ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15695 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma intitolati li jieħdu lura ħlas ta' reġistrazzjoni ta' vettura, wara li l-Gvern biddel il-liġi dwar ħlas ta' reġistrazzjoni, li ġabet roħs tal-istess registration fee? Kemm hu l-ammont li hu kkalkulat bħala dovut lil dawn il-persuni? Meta hu mistenni li dan il-ħlas b'lura jsir u b'liema mod?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull min rreġistra l-vettura tiegħu, ta’ kategorija M1, fis-sena 2008 huwa intitolat skont l-Artiklu 24 ta’ l-Att tar-Reġistrazzjoni tal-Mutur. Sad-19 ta’ Marzu 2010 kienu applikaw 706 sidien li jammomtaw għal €1,238,579.00 Id-differenza fil-ħlas tar-reġistrazzjoni tqiegħed bħala kreditu fuq il-vettura kkonċernata u dan jitnaqqas kontra ħlas tal-liċenzja dovuta kull sena.

Ħlasijiet tal-arretrati ta' taxxa u tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010 kemm inħarġu ittri uffiċjali għall-ħlasijiet tal-arretrati ta' taxxa u tal-VAT? Jista' jispjega għaliex dan ix-xogħol legali ma ġiex affettwat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid jgħid li dan ix-xogħol jingħata lil numru ta’ avukati kemm min-naħa tal-VAT u kif ukoll min-naħa tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni peress li l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali għandu pressjoni kbira ta’ xogħol u m’għandux avukati biżżejjed biex ilaħħaq ma’ dan ix-xogħol.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma dawk l-entitajiet governattivi, aġenziji, awtoritajiet, bordijiet u kumpaniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlas ta' kummissjoni fuq xiri ta' żejt u gass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fiż-żmien li għamlet bħala chairman tal-Enemalta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ħaditx xi ħlasijiet ta’ kummissjoni fuq xiri ta’ gass u żejt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qatt ma kien hemm xi ħlasijiet ta’ kummissjoni fuq xiri ta’ gass u żejt.

Proġett tal-cable bejn Malta u Sqallija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-involviment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fil-progett tal-cable link bejn Sqallija u Malta? Kemm siefret fuq dan il-progett u ma’ min iltaqgħet meta siefret fuq dan il-progett tal-Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ċ- Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta siefer seba’ darbiet bħala kap ta’ delegazzjoni flimkien ma uffiċċjali għolja oħra ta’ l-Enemalta għal diskussjonijiet mat-Terna. Tliet darbiet fis-sena 2008 u erba’ darbiet fis-sena 2009. Dettalji huma kif ġej: 18/06/2008 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 16/11/2008 – 17/11/2008 04/12/2008 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 02/04/2009 – (jitlaq filgħodu u jasal filgħaxija) 14/05/2009 – 15/05/2009 22/06/2009 – 23/06/2009 01/10/2009 – 02/10/2009