Legislature:
Category:
Reset
Active:

speed cameras — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet biex jiġu stallati speed cameras f'Malta u Għawdex? Għal liema lokalità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa, l-Awtorita' Dwar it-Trasport għandha quddiema ħames talbiet għal speed cameras kif ġej: 1. Mġarr Road, Għajnsielem 2. Triq Sir William Harding, Pembroke 3. Mosta Road, Mġarr 4. Triq il-Qalbiena Mostin, Mosta 5. Triq Għajn Tuffieħa, Mġarr

Wardija — tiswijiet f'toroq

Question

Wara li l-korporazzjonijiet responsabbli minn xi servizzi għamlu xogħol neċessarju fl-inħawi tal-Wardija, jista' l-Ministru jassigura li dawn l-istess korporazzjonijiet iwettqu x-xogħol ta' tiswija neċessarju biex it-toroq fil-fatt jiġu re-instated?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Qawra - rotot tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità dwar it-Trasport tara kif jistgħu jinbidlu r-rotot tal-karozzi tal-linja biex dawk il-persuni li joqogħdu fl-inħawi tal-Qawra, fil-fatt ikollhom mezz adegwat ta' trasport pubbliku biex jinqdew aħjar għall-ħteġijiet tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — San Pawl il-Baħar - tħaffir fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport u flimkien mal-entitajiet l-oħra responsabbli ma jibqax isir tħaffir fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, fost l-oħrajn, mingħajr ma ssir tiswija tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif jaf tajjeb, ma jistgħux jinagħatw struzzjonijiet li ma jsirx aktar tħaffir fit-toroq ta’ xi lokalita partikolari. Dan peress li matul iż-żminijiet ġew mpoġġija diversi servizzi taħt l-art u għaldaqstant meta jkun hemm xi ħsarat, bilfors wieħed irid iħaffer sabiex tissewwa l-ħsara. Barra min hekk nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jekk jaf b’xi tħaffir li sar fil-lokalita li qed jirreferi għaliha u t-tiswija tagħha għadha ma saritx, jinfurmani sabiex jittieħdu l-passi neċessarji u ssir it-tiswija neċessarja.

Awtorità dwar it-Trasport — Liċenzja għal double-deckers open tops

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6523 u jgħid kemm-il liċenzja ngħatat mill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex jigu operati double-deckers open tops matul dawn l-aħħar erba' snin? Lil min ingħataw dawn il-liċenzji u għal liema skop qed jintużaw? Jista' jispjega għaliex liċenzja simili għadha s'issa ma ngħatatx. lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jaf bid-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust f'każ simili ftit xhur ilu fil-każ tal-Garden of Eden? Jista' jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet tiegħu fuq tali deċiżjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ għall-Belt Valletta — speed camera

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-ispeed camera li twaħħlet fi Triq l-Imdina, Ħal-Qormi fid-direzzjoni minn Ħaż-Żebbuġ għall-Belt Valletta ma tkunx moħbija kompletament wara siġra kif fil-verità tinsab bħalissa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Irranġar ta' toroq

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru 9, jista' l-Ministru jara li jitranġaw t-toroq użati minn vetturi kbar bħalma huma t-toroq arterjali Triq ix-Xatt u Triq it-8 ta' Diċembru, Bormla?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fi Frar 2009 sar xogħol ta’ resurfacing fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla u Triq l-Immakulata, Bormla. Aktar xogħol isir skond ir-rizorsi finanzjarji u l-prioritajiet li jkun hemm bżonn.

Għajn Riħana, Tarġa Gap — Ħruġ ta' Likwidu Iswed

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'irriżulta li hi l-kawża ta' ħruġ ta' likwidu iswed ħdejn Għajn Riħana, Tarġa Gap li kont semmejt f'mistoqsija parlamentari preċedenti? Jista' jagħti tagħrif dwar x'wassal biex nhar it-Tlieta 28 ta' Ottubru 2008 filgħaxija kien hemm konfużjoni ta' traffiku ħdejn dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dan il-likwidu iswed irriżulta li huwa xi żejt maħruq li xi individwu irresponsabbli tefa' b'mod abbużiv f'tappiera fl-imsemmi post. Il-pulizija ġew infurmati sabiex jissorveljaw din iz-zona. Rigward il-konfużjoni ta' traffiku li semma' l-Onor. Interpellant b'mod partikolari nhar it-tlieta 28ta' Ottubru 2008 m'ghandix informazzjoni.

Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta biex il-bozoz maqtugħin li hemm f'diversi toroq arterjali, b'mod partikolari fit-triq minn Tarġa Gap sa San Pawl il-Baħar, fil-fatt jiġu rranġati għaliex dawn qed jikkawżaw problemi għal min jgħaddi min dawn it-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li lampi li kienu bil-ħsara fit-triq li minn Tarġa Gap tagħti għal San Pawl il-Baħar saritilhom il-manutenzjoni meħtieġa. Rigward il-parti tat-triq li minn Tarġa Gap tagħti għar-Rabat, il-bozoz li hemm maqtugħin ser jinbidlu.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere - tarmak

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parti ta' Triq Jean De La Cassiere li għadha mhux mogħtija t-tarmak fil-fatt tingħata dan it-tarmak, għaliex it-tajn li joħroġ minnha meta tkun ix-xita qed joħloq numru ta' inkonvenjenzi u wkoll għaliex din it-triq tinsab qrib ħafna tat-triq prinċipali ta' San Pawl il-Baħar, minbarra li fiha numru sew ta' residenti li qed joqogħdu f'appartamenti tal-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

Attard — Toroq mogħtija t-tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li ngħataw it-tarmac matul l-2008 f’Ħ’Attard?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li dawn it-toroq f’Ħ’Attard inbnew u ngħataw l-asfalt matul l-2008: parti minn Triq in-Nebbieta, parti minn Triq A.Durer, parti minn Triq Konti R. Barbaro u Triq iż-Żahar.

Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar — Bini ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità dwar it-Trasport tistax tagħti prijorità għall-bini ta' diversi toroq li għadhom qatt ma saru fl-inħawi tax-Xemxija, Buġibba u San Pawl il-Baħar biex b'hekk jiġi assigurat li matul l-2009 n-numru ta' toroq mhux magħmula f'dawn l-inħawi jonqos sostanzjalment?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Investiment infrastratturali fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li matul is-sena 2009 ikun hemm nefqa straordinarja (bħala parti mill-investiment infrastrutturali li ser isir madwar Malta din is-sena) biex numru sostanzjali ta' toroq u bankini fil-qalba tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra fil-fatt jiġu rranġati, kemm għall-eluf ta' residenti li joqogħdu hemm kif ukoll għall-benefiċċju tat-turisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

San Pawl il-Baħar — Triq Jean De La Cassiere

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex Triq Jean De La Cassiere, San Pawl il-Baħar fil-fatt tiġi mogħtija wiċċ tat-tarmac fil-parti li għadha mhix kompluta? Jista' jiġi assigurat li dan isir matul ix-xhur li ġejjin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716. .

San Pawl il-Baħar — passi biex jitneħħew il-perikli

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Awtorità dwar it-Trasport jieħu l-passi neċessarji biex fil-bidu tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar ħdejn ir-roundabout tax-Xemxija, jitneħħa r-railings li hemm f'nofsha li huma ta' periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ‘r-railings’ li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant huma “barriers” tal-ħadid sabiex jipprojbixxu temporanjament l-użu tal-‘lane’ ta’ ġewwa ta’ din il-karreġġjata, biex tiġi mnaqqsa l-possibilita ta’ xi ħsara fit-triq li għada kemm giet mibnija sakemm isiru xogħolijiet neċessarji ta’stabilizzar tal-klasies minn terzi ma’ ġenb l’istess triq.

Żebbuġ — Vjal il-Ħelsien

Question

B’referenza għal mistoqsija parlamentari 343, jista' l-Ministru jgħid jekk intgħażilx il-kuntrattur sabiex jagħmel ix-xogħol fuq Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu? Jekk fin-negattiv, jista jgħid xi proċess ta’ għażla ser jintuza sabiex dan jintgħażel u meta ser jibda dan il-proċess? Jista' jagħti terminu ta’ meta ser jinbeda x-xogħol fiżikament fuq il-post, kemm hu mistenni jdum u allura meta ser jintemm? Jista' jgħid jekk minħabba l-importanza ta' din it-triq, fil-loġistika hux qed jiġu kkunsidrati attivitajiet importanti li jiddependu minn din it-triq bħalma huma l-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-festa?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6716.

Irtirar kmieni mit-Tarzna — Pagamenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma f'liema xhur saru l-pagamenti tal-iskemi tal-irtirar kmieni mit-Tarzna mħabbra mill-Gvern is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont totali mħallas f'dawn l-iskemi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.