Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6498 u 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Direttorat tat-Toroq — field Officers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6497 u 6057 u jikkonferma jekk xi wieħed mil-field officers fi ħdan id-Direttorat tat-Toroq li saru f'Ottubru 2006 u li huma inkompetenti se jitneħħew? Jekk fl-affermativ, kif se jingħtażlu l-persuni li se joħdulhom posthom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6497.

Kalkara — Servizz tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jingħata s-servizz tad-drenaġġ mill-gdid lir-residenti li joqogħdu fl-inħawi ta’ fejn ser isir il-proġett ta’ Smart City fil-Kalkara minħabba li fil-preżent qed jinqdew permezz tal-fossa meta fil-passat kienu moqdija aħjar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-fossa li inbniet fil-Kalkara kienet miżura temporanja sakemm isir main minn din il-fossa ħalli d-drenaġġ jiġi ppumpjat lura fis-sistema principali. Ix-xogħol fuq dan il-main ser jibda fil-ġranet li ġejjin.

Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsiijiet parlamentari 5735, 5334, 4802 u 4163 u 4462 u jinforma lill-Kamra kemm hemm kontijiet tad-dawl u l-ilma li ilhom ma jitħallsu aktar minn sitt xhur minn familji, lukandi, kumpanniji u fabbriki separatament? X'inhu l-ammont f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Total ta' elettriku li ntuża mill-fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5733, 5330, 4807 u 4508 u jgħid x'kien it-total ta' elettriku (f'megawatts) li intuża fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena minn fabbriki f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

rotta extra u open top buses — permessi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta’ rotta extra li qed tinħadem bla skeda meta jidħlu il- cruise liners u li qed tinħadem bl-istess open top buses li ngħatalhom il-permess biex joperaw taħt il-kundizzjonijiet tat-tenders ta’ sightseeing tours tan-North u s-South u li qed tiġi promossa bħala ‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ bil-loop starting point ikun l-istage extra li ngħata lill-operatur fejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklużi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa — Triq il-Ġerejja - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar madwar sena ilu fuq it-Triq il-Ġerejja l-Marsa? Dan ix-xogħol ġie ċertifikat mill-awtorità kompetenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Tarxien - Triq Palma - Bus Shelter

Question

Peress li għaddiet sena minn meta l-Awtorità dwar it-Trasport qalgħet bus shelter li kien jinsab fi Triq Palma, f'Ħal Tarxien u dan ma reġgħax tpoġġa f'postu b'inkonvenjet kbir għar-residenti li jużaw din il-bus stop fi triq ewlenija, jista' l-Ministru jindika meta l-Awtorità ser tpoġġi lura l-bus shelter eżattament fejn kien? Jista' jwieġeb l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari 5171 li tressqet għall-attenzjoni tiegħu fit-12 ta' Jannar li għadda li tirrigwarda l-proġett li twettaq fi Triq il-Knisja, f'Ħal Tarxien u li fadallu xi dettalji xi jsiru biex ikun konformi mal-pjanti oriġinali tal-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kwestjoni fuq late renewal charge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6591 u jikkonferma jekk hux minnu jew le li l-Awtorità dwar it-Trasport dan l-aħħar introduċiet late renewal charge kemm għar-road licence kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-karozzi, iżda wara li intebħu li dawn l-istruzzjonijiet ma kenux koperti minn Avviż Legali, inħarġet ċirkolari min naħa tagħhom stess fejn qalu li b’seħħ immedjat kellhom iwaqqfu ż-żamma ta’ dawn il-multi li kienu ta’ €2 u €30 rispettivament u li kellha tinġabar lista ta’ dawk kollha li laħqu ħallsu bil-ħsieb li jingħatalhom refund minħabba dan l-iżball?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma.

Malta Information Technology Agency — Chief Executive Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet id-data li fiha intemm il-kuntratt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bħala Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency? Meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-post? Intgħażel xi ħadd? Jekk le, meta mistenni jimtela' dan il-post? Ir-rwol taċ-chairman għadu non-executive?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt ta’ l-ex Chief Executive Officer tal-Malta Information Technology Agency (MITA) intemm fid-9 ta’ Jannar 2009. Ma nħarget l-ebda applikazzjoni għall-mili ta’ dan il-post, izda b’effett mid-19 ta’ Jannar 2009 bħala mizura temporanja gie inkarigat id-Deputy Chief Executive Officerbħala Acting Chief Executive Officer. Iva, r-rwol tac -chairman għadu dak ta’ non-executive .

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6618, 6207, 6119, 5819, 5581 u 5122 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mtarfa Bypass — tarmac cracks

Question

B'referenza għax-xogħlijiet li saru fuq l-Imtarfa Bypass, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6619, 6206, 6120, 5616 u 5219 u jispjega kif f'diversi partijiet fuq iż-żewġ naħat tal-bypass hemm tarmac cracks fil-wiċċ tat-triq? Jista' jara li ssir inkjesta serja sabiex tiġi stabbilita eżatt in-natura li qed tikkawża dawn it-tarmac cracks? Jekk fl-affermativ meta ser isir dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Importazzjoni ta' karozzi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew importati karozzi f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn liema pajjiżi ġew sena b'sena mill-2005 sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ħal Luqa — Toroq li għandhom bżonn it-tarmak

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.