Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aquifers — volum ta' ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li kien il-volum ta’ ilma estratt mill-aquifers f’Malta u Għawdex separatament mill-privat kull sena mill-1999 ‘l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Refund mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għadu ma rċeviex ir-refund dovut lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-refund tal-individwu ikkonċernat ħareġ mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fis-17 ta’ April, 2010, u dan issarraf fis-26 ta’ April, 2010.

Statistika tal-impjiegi, dħul, numru ta' kumpaniji, profitti u informazzjoni ekonomika

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika kollha li hemm miġbura f’impjiegi, dħul, numru ta’ kumpaniji, profitti, value added u informazzjoni ekonomika u finanzjarja oħra rilevanti dwar is-settur tal-online gaming għal dawn l-aħħar seba’ snin (2003-2009, inklussivi), sena b’sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dwar statistika fuq is-settur tal- online gaming , l-NSO ma jistax joħroġ din l-istatistika għaliex hija meqjusa bħala kunfidenzjali. Għaldaqstant, l-Uffiċċju ikun qed jikser l-Att tal-Istatistika tal-Awtorità ta’ Malta jekk jagħti din l-informazzjoni.

Sliema — Triq Depiro - leakage ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga leakage ta' ilma taħt it-triq fi Triq Depiro kantuniera ma' Trejqet San Injazju, Sliema li qed jispiċċa jiskula minn ġol-blat għall-basement garages li nbnew tal-kumpless Belmonte Heights? Jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit minn fejn ġej dan l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mir-records li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma, jidher li dan l-ilment qatt ma ġie mgħoddi lilha. Fil-fatt malli waslet din il-mistoqsija parlamentari, mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit minn fejn ġej dan l-ilma. Sar eżerċizzju ta’ leak detection u nstabet ħsara fuq is-servizz tal-ilma tax-xorb tal-bini msemmi, liema ħsara ġiet irranġata mill-ewwel u l-ilma li kien ħiereġ jidher li waqaf għal kollox.

GRTU — flus mill-Ministeru tal-Finanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti fi flus kontanti li l-Ministeru tal-Finanzi għadda lill-General Retailers Trade Union tul dawn l-aħħar tliet snin u għal liema raġuni dawn ġew hekk mgħoddija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm żewġ ammonti imħallsa lill-GRTU tul dawn l-aħħar tliet snin. L ewwel ammont li l-Ministeru ħallas kien ta' 2,000 euro għal Sponsorship għall-Ġurnata dedikata lill-Intrapriżi Żgħar u Medji; it-tieni pagament kien ta' 10,000 euro u dan kien għal servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ monitoring ta’ prezzijiet - Tisħiħ ta’ Protocol ta’ Junju 2007 fuq l-Proċess tal-Euro Changeover.

Flus miġbura mill-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar flus il-gvern mill-VAT fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Dak li kien dovut kollu tħallas? Kemm inqabdu nies li ma tawx l-irċevuta tal-VAT? F'liema nħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16882.

flus miġbura mit-taxxi tal-poplu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16397 u jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16397.

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Maltaco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Xiri ta' containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xiri ta' containers speċjali li semma fil-Parlament biex fihom ikun storjat l-iskart tossiku tal-estensjoni tal-power station hux inkluż fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-BWSC jew jekk hemmx bżonn sejħa għall-offerti oħra? Jekk hu hekk, kemm hi stmata l-ispiża għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — sewage treatment plants

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16650 u ċioe fir-rigward tal-ilma tad-drenaġġ li qed u se jkompli jiġi treated fis-sewage treatment plants, jikkonferma jew jiċħad il-Ministru dak li allegatament qal il-persuna responsabbli minn-National Flood Relief Project (kif ikkwotat fil-Malta Today paġna 11 tal-25 ta' April 2010) li l-gvern se jiffoka "its efforts on re-using treated sewage from Malta's three sewage treatment plants..." għal skopijiet ta' tisqija jew irrigazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — Rapport dwar investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed jżomm il-Ministeru tiegħu milli jippubblika r-rapport dwar l-investigazzjoni ordnata dwar nuqqasijiet serji fl-operat tal-Gozo Channel li skont kif rapportat ilha magħluqa għadd ta’ ġimgħat? Jista' jippubblika dan ir-rapport kif ukoll dettalji sħaħ dwar x’irriżulta minn din l-inkjesta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

proprjetà tal-gvern okkupata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il binja/proprjetà tal-gvern hemm mal-Victoria Lines li hija okkupata illegalment u jekk jafx minn min hu okkupat?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

target shooting — xiri ta' aċċessorji

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur globali, inkluż VAT, ta' xiri ta' aċċessorji relatati ma' target shooting minn għaqdiet, clubs jew assoċjazzjonijiet, maqsuma sena b'sena bejn is-snin 2000 u 2009 jew l-aħħar tas-sena li din il-figura hija magħrufa?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kont tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara jekk kont li qed jingħata separatament għandux ikun emendat sabiex il-klijent ikun jista' jħallas dak li hu dovut minnu b'mod ġust ladarba l-arloġġ ta' three-phase ġie mneħħi fil-bidu ta' Marzu 2009 u minkejja dan, il-kont kif jidher qed ikun mibgħut b'mod li qed jitlob il-ħlas tal-perjodu ta' żmien li fih l-arloġġ ta' three phase kien diġà imneħħi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żejtun — Triq San Girgor - ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi fi Triq San Girgor iż-Żejtun minħabba li ilu ħiereġ ilma tax-xorb għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u minkejja r-rapporti li saru għadhom ma tteħdux passi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skema tal-Micro Credit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda tal-aħħar budget għall-iskema tal-micro credit lin-negozji żgħar peress li ilha mwegħda u li anke kien hemm konferma li se tingħata fl-aħħar ta' April u għad m'hemmx risposta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.