Legislature:
Category:
Reset
Active:

Antenni ta' telekomunikazzjoni — istallar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6583 u jelenka kemm hemm istallati antenni ta' telekomunikazzjoni f'Malta u f'Għawdex separatament u jindika fejn qegħdin u jekk huwa possbli jingħata l-indirizz ta' fejn jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 6583 f'seduta 91.

Marsa — Power Station - Combustion plants

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hi r-rata li biha l-combustion plants fil-Power Station tal-Marsa jaħarqu l-enerġija? Kemm hi dik permessa mill-Unjoni Ewropea? X'inhu l-impatt jekk dawn il-plants ikollhom jgħalqu qabel l-2015? Xi pjan ta' kontinġenza għandu l-Gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Open top double decker bus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6694 u jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil operatur li qed jisemma’ separatament li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South ta’ Malta? Jista' jgħidilna liema minn dawn l- open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan- North u liema fuq ir-rotta tas- South ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Marittima ta' Malta — Baċir Nru 1 - bollards u ħadid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet ġodda għall-Baċir Nru 1? X'inhi r-raġuni għaliex ħaddiema tal-Awtorità Marittima ta' Malta żebgħu bollards u xi ħadid ieħor mad-dawra tal-Baċir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — servizz kif reklamat fuq brochure

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum speċjalment fil-jiem tax-xita biex jaraw li servizz reklamat fil-brochure li qed jintbagħat separatament, kemm tar-rotta tan-North u tar-rotta tas-South tal-istess tender li dettalji dwaru qed jidhru separatament, qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage speċjalment fil-ħin ta' fil-għodu u jekk issirx ir-rotta kollha kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Brochure bit-tibdil fuq ir-rotot

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna responsabbli li approvat it-tibdil fuq ir-rotot b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatamenet u l-kundizzjonijiet li hemm immniżżla fuq it-tender(a) minn dawk li hemm imnizzla fuq il-kuntratt li ġie ffirmat bejn l-Awtorità dwar it-Trasport u l-operatur li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' jgħid għala l-kundizzjonjiet li hemm imnizzla fil-kuntratt li l-Awtorità dwar it-Trasport iffirmat mal-operatur huma differenti mill-kundizzjonijiet li hemm fuq it-tender (b) li ġiet maħruġa għall-pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xlendi — Cruise liners - bagi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6744 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6424, jagħti lista bl-ismijiet tat-32 cruise liners li jkunu jistgħu jużaw il-faċilità msemmija u jindika liema minnhom żaru lil Malta f’dawn l-aħħar snin? Jista’ jgħid kull wieħed minnhom meta l-aħħar li daħal Malta? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-analiżi li għamlet l-Awtorità Marittima ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-informazzjoni mitluba.

Qawra — Triq Porzjunkola - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fl-inħawi tal-appartamenti tal-gvern in-naħa ta' Triq Porzjunkola, il-Qawra, San Pawl il-baħar, jiġu stallati pelican lights minħabba l-fatt li hemm bosta familji (bosta minnhom bi tfal żgħar) li jkollhom bżonn jaqsmu min-naħa għal oħra tat-triq minħabba l-karozzi tal-linja jew trasport għall-iskejjel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

toroq residenzjali li tlestew sa tmien l-2008

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6838 u jgħid lokalità b'lokalità liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien tħabbar f'Awwissu 2006?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għadira — proġett tal-Bypass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6137 u jgħid x'sar mill-proġett tal-bypass tal-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT issottomettiet lill-MEPA erbgħa (4) applikazzjonijiet oultine għat-triq ta’ l-Għadira. Dawn l-erbgħa alternattivi jikkonsistu: 1. triq ġdida wara d- Danish Village u bini ta’ pont wara r-riserva ta’ l-Għadira, 2. titjib ta’ trejqa ezistenti u bini ta’ pont wara r-riserva ta’ Għadira, 3. bini mill-ġdid u titjib tat-triq eżistenti, 4. twessiegħ ta’ toroq u trejqa eżistenti u bini ta’ tunnel taħt l-għolja eżistenti, L-ADT issa qed tistenna li l-MEPA titlob lill-ADT tipproċedi bl-istudji ta’ mpatt ambjentali ta’ dawn l-alternattivi sabiex tingħazel dik l-alternattiva li għandha l-inqas mpatt ambjentali.

Ħ'Attard — Qasam Industrijali - ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6159 u 5839 u jara li jiġu rranġati t-toroq fil-Qasam Industrijali f'Ħ'Attard għax jinsabu fi stat diżastruż?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Reġistru Pubbliku u Reġistru tal-Artijiet — Approvazzjonijiet lill-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’approvazzjonijiet ta l-Ministeru tiegħu lill-Ministeru għal Għawdex għall-kiri ta’ spazju fil-lukanda Downtown biex tintuża għar-Reġistru Pubbliku u għar-Reġistru tal-Artijiet? Jista’ jekk jogħġbu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-approvazzjonijiet flimkien ma’ kopja tat-talba li saret għalihom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li l-Minisetru għal Għawdex għandhu bżonn il-permess tal-Ministeru tiegħi biex jagħmel dak li qed jgħid l-Onor Interpellant.

Progress fl-implimentazzjoni tar-riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6495 u 6136 u jirraporta l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-riforma tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 6495.

Number plates personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6214 jgħid kemm hawn vetturi li għadhom personalised number plates ? Veru hemm vetturi li għandhom number plates li inxtraw bl-irkant u x'kien id-dħul tal-Gvern minn dawn in-number plates?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Jannar 2009, kien hawn 78,799 vetturi li għandhom personalized plates. Iva, veru li diversi customized plates inxtraw bl-irkant li kien beda fl-2004. Id-dħul fuq dawn il- customized plates sa l-aħħar ta’ Jannar 2009 kien ta’ €601,104.