Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10773 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Triq tax-Xlendi — progress

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi u xi progress sar rigward il-bini tat-Triq tax-Xlendi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li nħareġ il-permess tal-MEPA u s-sejħa għall-offerti għalqet fit-30 ta' Ġunju 2009. Il-proċess tat-tendering għadu għaddej.
Leg 11 PQ #10774 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Trasport bl-ajru — żviluppi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm f'dawn l-aħħar xhur rigward it-trasport bl-ajru bejn iż-żewġ gżejjer?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li filwaqt li s-servizz tas-seaplane bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex kompla matul is-sajf, dawn l-aħħar ġimgħat beda jopera servizz (mhux bi skeda) ta' helicopter bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Heliport ta' Għawdex. Dan is-servizz jinkludi kemm transfers bejn l-Ajruport u l-Heliport, kif ukoll mawriet panoramiċi madwar Għawdex u Kemmuna.
Leg 11 PQ #10944 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Tħawwil ta' siġar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħawwlu siġar mill-Ministeru tagħha kull sena mill-2007 sal-lum, lokalità lokalità, skond it-tip ta’ siġar? Tista’ tagħti t-tagħrif mitlub skond it-tip tas-siġar? Kemm intnefqu flus kull sena fuq dan il-programm ta’ taħwil ta’ siġar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fuq l-iskeda li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10945 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Shift allowance

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati skond il-grad tagħhom li kellhom shift allowance fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fl-aħħar ta’ l-2008 u fl-aħħar ta’ Awwissu 2009? Kemm ħaddiema, xahar b’xahar mill-ewwel ta' Jannar 2008 ‘l hawn, li kellhom allowance mill-Ministeru tagħha ma baqgħux jieħdu allowance mill-Ministeru għax irtiraw jew għax ġew trasferiti għal xi Ministeru ieħor?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10947 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Standard Item of Expenditure — Vot Rikoreenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa attwali taħt kull Standard Item of Expenditure tal-Vot Rikorrenti tal-Minsteru għal Għawdex fl-2008 u kemm kienet fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Tista’ tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u għadhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi? Tista’ tgħid kemm saru virements din is-sena fuq kull item tan-nefqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10948 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Item of expenditure — Vot Kapitali - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet in-nefqa attwali taħt kull item of expenditure tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex fl-2008 u kemm kienet matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? Tista’ tagħti breakdown fuqiex intnefqu dawn il-flus? Tista’ tgħid xi flus hemm kommessi għan-nefqa taħt kull item u għadhom ma tħallsux? Tista’ tgħid għalxiex huma kommessi? Tista’ tgħid kemm saru virements din is-sena fuq kull item tan-nefqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10949 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Żewwieq Waterfront — proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett taż-Żewwieq Waterfront? Kemm intnefqu u kemm tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li qed jiġu ppreparati t-tenders.
Leg 11 PQ #10765 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — canteen

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-canteen tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex ilu xhur twal magħluq? Tista' inoltre tgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-canteen?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-canteen tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ingħalaq mid-Dipartiment tal-Artijiet. Jiena nfurmata wkoll li l-istess Dipartiment qed jaħdem biex joħroġ sejħa ġdida għall-offerti għall-kiri tal-canteen.
Leg 11 PQ #10766 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Biċċerija - progress

Question

Tista' l-Ministru tirrapporta x'progress sar fix-xogħlijiet fil-Biċċerija t'Għawdex f'dawn l-aħħar xhur?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fl-aħħar xhur ġiet mogħtija l-offerta għall-provvista, nstallazzjoni, ttestjar u, kummisjonar ta' apparat u servizzi anċillari u qegħdin isiru wkoll xogħolijiet ta' kostruzzjoni u xogħolijiet anċillari mill-ħaddiema tal-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp.
Leg 11 PQ #10767 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Childcare centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'progress sar f'dawn l-aħħar xhur rigward il-ftuħ ta' childcare centres f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 9020.
Leg 11 PQ #10768 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sports Complex - pixxina

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'progress sar f'dawn l-aħħar xhur rigward il-pixxina li ser issir fl-isports complex t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-preżent il-MEPA qed tipproċessa l-applikazzjoni.
Leg 11 PQ #10938 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat — Ċentru Komunali - proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jsir il-proġett taċ-Ċentru Komunali fir-Rabat? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu? Jekk fin-negattiv, għaliex twarrab?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1791.
Leg 11 PQ #10939 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — ftuħ ta' casino

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10502 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Pjan għat-Twettiġ tal-viżjoni Eko Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid tħejjiex il-pjan għat-twettiq tal-viżjoni Eko Ghawdex? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-proġetti, il-miżuri u l-inizjattivi li se jittieħdu u meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan imsemmi tħejja u jinsab f'forma ta' abbozz finali. Id-dettalji ta' dan il-pjan għandhom isiru pubbliċi wara li jkunu ġew preżentati lill-Kabinett tal-Ministri.
Leg 11 PQ #10655 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali — sala tal-operazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet l-ispiża matul l-aħħar sena fuq ir-ristrutturar tat-tieni sala tal-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Meta huwa mistenni li jkun lest dan ix-xogħol kollu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tendertar-ristrutturar tad-Dipartiment tas-Sala tal-Operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għandha tiġi ppublikata għat-tieni darba mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li l-ewwel darba li ħarġet ma kkwalifika ħadd. Ix-xogħol irid jitlesta fi żmien sittax-il ġimgħa minn meta l-kuntrattur jiġi mogħti l-ordni sabiex jibda x-xogħol wara li l-kuntratt jingħata.
Leg 11 PQ #10932 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħal Luqa — servizz tal-ajru regolari

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni jerġa' jibda jopera s-serivzz tal-ajru regolari bejn l-ajruport ta’ Malta u Għawdex li jġorr aktar minn tliet passiġġieri u li jkun jaqdi l-ħtiġijiet ta’ Għawdex bi skeda li tkopri kemm hemm bżonn it-titjiriet internazzjonali minn u għall-ajruport ta’ Ħal Luqa?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li f'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 9751.
Leg 11 PQ #10933 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — dokumenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta l-Kabinett mistenni li jiddiskuti d-dokument dwar eko-Għawdex? Liema Ministeru huwa responsabbli għat-tħejjija ta’ dan id-dokument? Meta kellu jitlesta? Minn liema oqsma huma s-sittin espert li ġew konsultati? Kemm kien hemm esperti minn kull qasam? Minn min intgħażlu? Fuq liema kriterji ntgħażlu? Tista’ tikkonferma li dan id-dokument se jkun fih 2,500 proposta biex Għawdex isir gżira ekoloġika? Tista’ tagħti definizzjoni ta’ gżira ekoloġika? Tista' tgħid jekk sarx Strategic Environmental Assessment dwar dan id-dokument? Jekk sar, min għamlu? Kif intgħażel? Jekk ma sarx, għaliex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-Kabinett mistenni jiddiskuti d-dokument dwar Eko-Għawdex fil-jiem li ġejjin. Il-Ministeru responsabbli minn Eko-Għawdex huwa l-Ministeru għal Għawdex. Jiena nfurmata li l-esperti konsultati huma ġejjin mill-oqsma kif murija fil-lista li qed nibgħat ukoll ma' din ir-risposta. Dawn intgħażlu mill-Ministeru għal Għawdex a bażi tal-esperjenza u l-kwafiliki tagħhom fl-oqsma partikolari. Dan id-dokument tfassal wara li l-Ministeru għal Għawdex rċieva aktar minn 2,500 proposta waqt il-perijodu ta' konsultazzjoni pubblika. Fil-preżent qed isir screening dwar l-applikabilità tal-kriterji Environmental Assessment.
Leg 11 PQ #10934 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema full-time, part-time u casual

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien it-total ta’ ħaddiema, full-time, part-time, casual, eċċ, rispettivament, fl-aħħar ta’ l-2008 u fl-aħħar ta’ Awwissu 2009? Kemm kienu kull xahar minn Jannar 2008 sa l-aħħar ta’ Awwissu 2009 li ġew trasferiti minn Malta għall-Ministeru tagħha? Xi gradi huma? X’xogħol ingħataw u f’liema fergħat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10935 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Apparat u Servizzi Anċillari tal-Biċċerija — offertri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ħarġet l-aħħar offerta għall-provvista, l-istallazzjoni, l-ittestjar u l-ikkummissjonar ta’ apparat u servizzi anċillari tal-biċċerija ta’ Għawdex? Fiex waslet il-proċedura dwar din l-offerta? Kemm kienu ħarġu offerti oħra qabel u meta kienu ħarġu? Għaliex f’kull każ ma ntagħżel l-ebda offerent?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li l-aħħar offerta għall-provvista, istallazzjoni, ittestjar u kummissjonar ta' apparat u servizzi anċillari tal-biċċerija ta' Għawdex ġiet ippubblikata fis-26 ta' Ottubru 2007 u għalqet fit-18 ta' Diċembru 2007 u li din l-offerta ġiet mogħtija. Jiena nfurmata wkoll li qabel din l-offerta, kienet ħarġet oħra għall-istess suġġett fit-22 ta' Marzu 2005 u għalqet fis-17 ta' Mejju 2005 u li din l-offerta ma ngħatatx minħabba li l-ebda sottomissjoni ma kienet skond l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-offerta
Leg 11 PQ #10937 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella — Konservazzjoni u Immaniġġjar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għal master plan għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar taċ-Ċittadella? Meta għalaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta’ offerta? X’sar s’issa fuq din it-tender? Kemm hu stmat il-valur ta’ din it-tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sejħa għall-offerti għall-Master Plan taċ-Ċittadella ħarġet fit-8 ta' Jannar 2008 u ż-żmien għas-sottomissjoni ta' l-offerti għalaq fit-28 ta' Frar 2008. Bħalissa qed tiġi konkluża l-ewwel fażi tax-xogħol li kienet tinkludi ġbir u evalwazzjoni ta' informazzjoni, liema fażi kienet tinkludi diversi laqgħat ta' konsultazzjoni ma' persuni u organizazzjonijiet involuti jew interessati fiċ-Ċittadella. Il-valur tat-tender huwa ta' €311,520 (inkluża l-VAT).