Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skart prodott mill-estenzjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skart se jkun prodott mill-estenzjoni tal-power station f'Delimara, f'liema kwantità u ta' liema natura se jkun dan l-iskart? Jista' jgħid x'se jsir minn dan l-iskart u jekk hux maħsub li dan jiġi esportat direttament jew jekk hux se jkun trasferit għal x'imkien ieħor qabel jiġi esportat?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Skart prodott mill-power station jiġi esportat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskart li se jkun prodott mill-estenzjoni tal-power station f'Delimara hux se jkun trasferit għal post ieħor qabel jiġi esportat? Dan għaliex? Hu possibbli li dan l-iskart jiġi esportat direttament mingħajr ma jiġi trasferit, u jekk dan mhux possibbli għaliex? Jista' jgħid x'hemm bżonn isir sabiex dan jiġi esportat direttament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpens fuq twaqqigħ ta' post

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14855, jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-flus dovuti lil din il-familja? Jista' jgħid meta se jingħataw dawn il-flus?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' ħwienet fl-1 ta' Mejju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irrifjuta li ma jħallix il-ħwienet, wara talba li saritlu mil-General Retailers and Traders Union, jiftħu nhar l-1 ta' Mejju li għadda, liema talba kellha l-appoġġ tal-Għaqda tal-Konsumaturi? Jekk ma sarux rakkmandazzjonijiet, jista' jispjega jekk kienx ikkonsulta mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fuq din il-kwistjoni? X'kien il-parir tiegħu fuq din il-kwistjoni? Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur ta' xi parir lis-Segretarju Parlamentari fuq din il-ħaġa? X'kien dan il-parir u jekk ma ngħatax parir għalfejn dan il-parir ma ngħatax?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Head office

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Rapport ta' Ewbank Preece Ltd

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16471 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamtra kopja tar-rapport ta' Ewbank Preece Ltd ( Burton UK June 1993) ippreżentat lill-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Stallazzjoni ta' Smart Meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16313 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat mal-IBM International biex jiġu stallati smart meters f'Malta u Għawdex filwaqt li jsiru stallazzjonijiet oħra meħtieġa biex tali infrastruttura tkun tista' tkun operattiva?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16313.

Korporazzjoni Enemalta — diretturi

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-ebda direttur fuq il-bord tal-Korporazzjoni Enemalta m'għandu kunflitt ta' interess f'oqsma li fihom il-kumpanija tixtri prodotti u servizzi? F'każ li jeżistu dawn il-każijiet, liema huma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li bih inħatar iċ-chairman tal-Enemalta, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, minn nofs is-sena 2005?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

flus miġbura mit-taxxi tal-poplu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16770 u 16397 u jgħid kemm kien l-ammont tal-flus miġbura mit-taxxi tal-poplu f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16397.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni li xtraw vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Gozo Channel — inkjesta fuq nuqqasijiet

Question

Jista' l-Ministru jippubblika r-riżultat tal-inkjesta fuq numru ta' nuqqasijiet li kienu qed iseħħu fuq it-tliet vapuri tal-Gozo Channel skont kif żvelati minn terza persuna li kellha l-grad ta' kaptan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

SMEs — Micro credit scheme

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16829 u jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tender jew direct order ta' kumnpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16938 u jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar il-kumpanija M.A&A. Services Ltd. ingħatax xi tender jew xi direct ordermill-ministeru, minn xi entità, awtorità, aġenzija jew korporazzjoni pubblika li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785.

Konsum ta' elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-elettriku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali, domestiċi u dwal fit-toroq pubbliċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

konsum tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2002 sal-lum? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub separatament għall-oqsma industrijali, kummerċjali u domestiċi?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.