Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6948 u 6705 u jgħid liema huma t-toroq ġo Ħal Luqa li ser jingħataw resurfacing u tarmak, peress li tista' tgħid it-toroq kollha interni ġo Ħal Luqa huma mkissrin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5814 u 5151 u jieħu l-passi neċessarji biex il-problemi tal-ilma tax-xita fi Triq id-9 ta' April il-Mosta, liema ilmijiet jinġabru ġo l-istess triq b'inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi, jiġu solvuti permezz tat-tkabbir tal-culvert eżistenti jew isir xi intervent ieħor ħalli dak l-ilma li jinġabar f'din it-triq jimxi u ma jibqax qiegħed?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tarxien — Triq l-Isqajjaq - ħmieġ riżultat tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa fi Triq l-Isqajjaq Tarxien, il-parti l-antika li hekk kif tagħmel ix-xita joħroġ kull tip ta' drenaġġ u ħmieġ u riħa insapportabbli? Dan żgur mhux proġett li jista' jagħmlu l-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-K.S.I.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6247, 5932, 5617, 5282, 4702 u 4414 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jara li jiġi provdut public convenience għas-sewwieqa tal-karozzi tal-linja li l-venda tagħhom qiegħda fl-Isptar Mater Dei?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-operatur b'referenza għall-brochure li qed jinbagħat separatament, qed jitħalla jagħti diversi tickets (li dettalji qed jintbagħtu separatament) lill-passiġieri li fuqhom m'hemmx immniżla id-dettalji kollha mitluba kemm fuq it-tenderu fuq il-kuntratt li l-istess awtorità iffirmat mal-Operatur? Jaf li fuq dawn it-tickets suppost hemm imniżżla l-informazzjoni segwenti:
a) Dettalji tal-operatur inkluż dettalji tal-VAT
b) Numru ta' reġistrazzjoni tal-open top bus li minn fuqu jkun inxtara ticket
ċ) Deskrizzjoni tat-tour
d) Data
e) Ħin
f) Kategorija tal-passiġġier
g) L-ammont li passiġġier irid iħallas
Jista' jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur li jingħataw tickets kif jidhru fid-dokument li qed jinbagħat separatament mill-lukandi lit-turisti u li fuqhom m'hemmx mniżżla d-dettalji miktuba fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — tickets mingħand l-operatur
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tħalli l-operatur jagħti t-tickets li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li fuqhom il-prezz indikat huwa ta' €13.00 iżda meta l-passiġier jixtri dawn it-tickets qed jiġi mitlub iħallas €15.00, hekk kif jidher ċar fuq it-tickets datati 4 ta' Marzu 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6439 u jgħid x’inhuma s-servizzi innovattivi fit-trasport pubbliku f’Għawdex? X’sar s’issa fuq din ir-riforma? Kemm-il laqgħa saret mal-Gozo Bus Owners Association u ma’ stakeholders oħra f’Għawdex, bħalma huma s-sidien tat-taxis? Ma’ min saru l-laqgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul l-aħħar sena, il-Ministeru qabbad esperti tat-trasport biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema tat-trasport pubbliku f'Għawdex. L-għan kien biex tkun introdotta sistema ta' trasport pubbliku li tkun effiċjenti u ta min joqgħod fuqha, bl-anqas impatt fuq l-ambjent u b'konformita ma regoli Ewropej. Is-sistema l-ġdida ser tuża vetturi iktar ġodda u ser tkun ibażżata fuq rotot li jaqdu aħjar il-ħtiġijiet t'Għawdex.
Sa issa saru tlett laqgħat mal-Gozo Bus Owners Association u saret laqgħa oħra mas-sidien tat-taxis.
Il-Gvern iħabbar id-deċiżjonijiet li jkun ħa fid-detall meta dawn jittieħdu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għala l-ħinijiet li qed jirriklama l-operatur fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m'humiex l-istess ħinijiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt fuq ir-rotta tan-North? Jista' jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta' ħinijiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif mill-Bus Terminus ta' Buġibba Loop Starting Point qegħdin jitilqu biss tliet double deckers wieħed fil-08:15, ieħor fid-09:15 u ieħor fl-10:15 biex jagħmlu sightseeing North Route u s-servizz mhux jopera minn dan il-loop starting point fil-ħinijiet l-oħra tal-ġurnata, iżda jopera minn Sliema Ferries hekk kif indikat fil-brochure tal-operatur (paġna 2 tad-dokument li qed jintbagħat separatament) u differenti mill-kundizzjonijiet imniżżla fuq il-kuntratt u fuq it-tender ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-kuntratt ta' tliet rotot maħduma kuljum msejħa Malta by Night li qed tinħadem minn kumpannija li isimha qed jinbagħat separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure li qed jintbagħat separatament tal-istess operatur u li suppost hu approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Jista' l-Ministru jgħid għala għal dawn l-aħħar sentejn ġiet operata r-rotta Malta by Night mingħajr ma hi msemmija fuq it-tender u lanqas hi msemmija fuq il-kuntratt li l-Awtorità iffirmat mal-operatur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità dwar it-Trasport — brochure - open top buses
Question
Jista' l-Ministru jgħid għala l-mappa tar-rotta tan-North ippublikata fuq il-brochure tal-open top buses tal-operatur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hi differnti mill-mappa li ġiet ippublikata fuq it-tender(a) li din tal-aħħar hi l-istess mappa ppublikata fil-kuntratt iffirmat fl-14 ta' Ġunju, 2007? (referenzi għad-dokument qed jintbagħtu separatament)
Jista' jispjega kif l-Awtorità ppermetiet li minn fuq il-mappa tan-North ippublikata fuq il-brochure tneħħew il-bus stops li skond il-kuntratt tal-14 ta' Ġunju, 2007 (riferenza: Schedule 3: The Service) u skond it-tender(b) jindika li suppost hemm fejn il-knisja parrokkjali tal-Mellieħa u fejn in-nature reserve tal-Għadira u għala l-open top double decker mhux qed tgħaddi minn hemm u jekk qattx operat minn hemm? Jista' jippreżenta kopja tas-site plans tal-loop starting points u loop stopping points tar-rotta tan-North skond il-mappa li hemm fit-tender(ċ)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Aġenzija Ewropeja għal Ambjent — tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises,
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jagħti widen għat-twiddib li l-Aġenzija Ewropea għal Ambjent tagħmel dwar l-effett fuq is-saħħa tan-nies minħabba tniġġis mill-użu ta' electromagnetic devises, bħalma huma s-sistemi tal-mobile phones?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5881, nixtieq ninforma lill-Ministru li t-triq hija maqlugħa u is-sistema tad-drenaġġ hija antik u għadha bil-katusi u hemm minnha li għadha bil-ġebel (gandott) u hemm spralli u l-ilma tat-triq qed jinżel fil-kantina tar-residenza li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta u Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — każ ta' meter tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6093 u 5567 u jara li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta u tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jaraw il-meter tad-dawl u l-ilma peress li l-anzjana li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qiegħda tara li dan il-main mhux qiegħed idur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Triq SM Genuis - kwestjoni fuq bus shelter
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4299, fejn il-Ministru qal li l-applikazzjoni għall-bus shelter fi Triq SM Genuis, Birgu ma ġietx approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid:
a) Min irtira din l-applikazzjoni bin-numru li qed jintbagħat separatament u għal liema raġuni ġiet irtirata?
b) Jekk ġiet irrifjutata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, għaliex sar dan meta l-pjanti ta' dan il-bus shelter huma identiċi għall-bus shelters moderni mferrxin mat-toroq f'Malta u f'Għawdex?
Jista' jgħid ukoll x'kienet ir-raġuni għal dan ir-refusal u dan meta dan il-bus shelter ilu jeżisti madwar għaxar snin u kull ma kellu jsir kien li tinbidel l-istruttura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha L-Onorevoli Interpellant ma kinitx aċċettata mill-MEPA minħabba li ma kinux ġew sottomessi d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Kuntrattur imqabbad mill-ADT. Infurmat ukoll li l-istess kuntrattur qiegħed fil-proċess li jerġa’ japplika mill-ġdid għal dan il-Bus Shelter.
L-ADT ħadet ukoll ħsieb li tinforma lill-Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex dan jassumi r-responsabbiltà ghat-tqegħid ta’ dan il-
Bus Shelter
skont kif provdut fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.79 – Ordni dwar delegazzjoni ta’ Funzjoni lill-Kunsilli Lokali (Bus Shelters).
Kumpannija sussidjara tal-Freeport — Investiment fil-port ta' Brindisi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6217, peress li l-Ministru rrefera għall-istqarrija li kien għamel hu fl-1 ta' Novembru 2004, jista' jgħid x'ġara fil-każ tal-Brindisi Terminal minn dak in-nhar sal-lum b'mod partikolari:
a) Brindisi Terminal Italja s.p.a. kienet inbiegħet u jekk fl-affermattiv, x'kien l-ammont ta' flus miġbura minn dan il-bejgħ?
b) Jekk ma nbiegħetx għadhu jopera t-terminal ta' Brindisi?
ċ) Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk l-ammont direct ta' €26.6 miljun lil-banek tħallasx u jekk fl-affermattiv meta tħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Brindisi Terminal Italia s.p.a. m’għadiex topera u fit-2 ta’ Novembru 2005 marret għal-likwidazzjoni.
Dwar l-ammont dovut lill-banek, Freeport Terminal (Malta) irnexxielha tinnegozja ftehim mal-banek li permezz tiegħu kellha titħallas is-somma ta’ €6.64 miljun bħala ħlas sħiħ u finali ta’ kull ammont dovut minn Brindisi Terminal Italia s.p.a. L-aħħar pagament minn dan l-ammont tħallas fi Frar 2008 sabiex b’hekk l-involviment tal-Freeport Terminal (Malta) fil-port ta’ Brindisi spiċċa darba għal-dejjem.