Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11662 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tagħha u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tagħha? Jekk fl-affermattiv, tista' tinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11217 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Rijabilitazzjoni ta' Ġnien Villa Rundle

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett ta’ rijabilitazzjoni ta’ Ġnien Villa Rundle fir-Rabat, Għawdex? X’jonqos isir? Meta huwa mistenni li jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett ta' Ġnien Villa Rundle huwa fil-fażi ta' tendering. Il-proġett huwa mistenni li jkun lest fis-sena 2011.
Leg 11 PQ #11218 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett taċ-Ċentru tal-Arti u Artiġjanat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta tlesta l-proġett taċ-Ċentru ta’ l-Arti u Artiġjanat? Meta kellu jitlesta skond l-arranġamenti li saru mal-Unjoni Ewropea? Meta beda jintuża bħala incubation centre? Kemm artiġjani bbenefikaw minn dan iċ-ċentru s’issa? Kemm hemm artiġjani jaħdmu f’dan iċ-ċentru llum? X’tip ta’ artiġjanat għamlu/qed jagħmlu dawk li bbenefikaw/qed jibbenefikaw minnu? Kemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej separatament tħallsu s’issa fuq dan il-proġett? Kemm hemm li għad iridu jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 2779, 5527 u 6430.
Leg 11 PQ #11221 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Delegazzjoni ministerjali u delegazzjonijiet oħra — nefqa globali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq safar kull sena mill-2008 sal-lum ta’ delegazzjonijiet ministerjali u ta’ delegazzjonijiet oħra tal-Ministeru, kif ukoll ta’ uffiċjali li siefru fuq xogħol tal-Gvern jew għal seminars, korsijiet, eċċ.? Xi grad kienu l-uffiċjali f’kull każ? X’kien l-iskop ta’ kull safra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11452 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Qasam turistiku — Pjan t'azzjoni strateġiku

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-aħħar 12-il xahar tfassalx xi pjan t'azzjoni speċifiku għall-qasam turistiku f'Għawdex immirat partikolarment għax-xhur kwieti ta' bejn il-ħarifa u r-rebbiegħa? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fil-qafas tal-Istrateġija ta' Eko Għawdex ingħatat attenzjoni speċjali wkoll għall-qasam turistiku.
Leg 11 PQ #11549 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — reklamar għat-turiżmu domestiku

Question

Tista’ l-Ministru tagħti breakdown tal-valur tan-nefqa tal-Ministeru tagħha għal kull sena mill-1999 sallum fir-reklamar ta’ Għawdex b’riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex saret in-nefqa kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-snin 2007 u 2008 il-Ministeru għal Għawdex alloka s-somma ta' €23,293.98 fis-sena lill-Gozo Tourism Association bħala ħlas għall-pubblikazzjoni ta' rivista "Let's Gozo". Din ir-rivista hija ntiża biex tippromwovi l-gżira ta' Għawdex fis-suq domestiku. Jiena nfurmata wkoll illi mill-2002 'l hawn il-Ministeru għal Għawdex beda jagħti lill-Gozo Tourism Association is-salarju tas-CEO li jammonta għal Lm2,500 fis-sena, ammont li għadu jitħallas sa llum, ekwivalenti għal €5823.43. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-Assoċjazzjoni ġieli ngħatat allokazzjoni mill-fondi tal-għaqdiet non-governattivi.
Leg 11 PQ #10784 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — teleworking u reduced hours

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11209 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tar-Radjoloġija — tieni sala tal-operazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa kull sena mill-2005 ’l hawn biex tiġi żviluppata Taqsima tar-Radjoloġija u tiġi mgħammra t-tieni sala ta’ l-operazzjonijiet moderna? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dak li sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li f'dan il-perjodu ġew ippreparati t-tenders għax-xogħol relatat mar-refurbishment tat-Taqsima tar-Radjoloġija u t-Taqsima ta' l-Operazzjonijiet, u t-tenders għax-xiri t'apparat mediku relatat ma' dawn iż-żewġ proġetti. Fil-preżent dawn għaddejjin mill-proċess ta' tendering.
Leg 11 PQ #11211 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — titjib fiċ-Ċentri tal- MCAST

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’titjib sar fl-2008 u din is-sena s’issa fiċ-Ċentri tal-MCAST f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11214 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Toroq arterjali u residenzjali — titjib

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-programm ta’ titjib ta’ toroq arterjali u residenzjali f’Għawdex għal din is-sena? Liema toroq huma mdaħħlin fil-programm? X’sar s’issa minn dan il-programm? Liema toroq saru s’issa? X’kienet l-ispiża fuq kull triq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Dwar il-programm tat-toroq nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 10293. Jiena nfurmata li xogħlijiet li saru matul din is-sena jinkludu: Kisi ta' parti minn Triq Borg Għarib, Għajnsielem Kisi ta' parti minn Triq ir-Repubblika, Victoria Kisi ta' parti minn Ta' Ħamet, Xagħra Kisi ta' parti minn Triq Kapuċċini, Victoria Kisi ta' parti minn Triq ta' Wara s-Sur, Victoria Kisi ta' parti minn Triq Wied il-Lunzjata, Victoria Kisi ta' parti minn Triq it-Taflija, Victoria Kisi ta' parti minn Triq Enrico Mizzi, Victoria Kisi ta' Triq San Ġwann, Nadur Kisi ta' parti minn Triq il-Knisja, Nadur. Xogħlijiet oħrajn qegħdin fil-proċess ta' tendering jew qegħdin jiġu ppreparati l-offerti. In-nefqa sa issa fuq it-toroq fis-sena kurrenti tammonta għal €1.3m.
Leg 11 PQ #11262 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Serqiet Rappurtati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija milll-Ministeru/dipartimenti/ korporazzjonijiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul din is-sena? Kemm huwa kkalkulat il-valur misruq u x'natura ta' oġġetti eċċ. insterqu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li mid-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp ġew irrapurtati erba' każijiet ta' serq lill-Pulizija. Il-valur tas-serqiet hu stmat li jiswa €1529,58 u li l-oġġetti li nsterqu huma żewġ cones, żewġ flashing lights u ammont ta' siġar u pjanti.
Leg 11 PQ #11449 Sitting 148 2009-10-19 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Impjegati f'Għawdex — teleworking

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati f'Għawdex qed jaħdmu bit-teleworking u f'liema dipartimenti qegħdin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10674 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xogħlijiet minn kumpanija

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ħadet kuntratti tal-Gvern f'Għawdex il-kumpannija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fl-2006, 2007 u 2008? Tista' tagħti lista sħiħa ta' dawn ix-xogħlijiet? Kemm minnhom kienu b'tender jew le? Tista' tgħid x'kien il-valur tal-kuntratt u x'kienet l-ispiża finali ta' kull tender li ngħatat lil din il-kumpannija fis-snin imsemmija?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 20
Leg 11 PQ #10775 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Kumpless Downtown — rilokazzoni tal-arkivju notarili

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm f'dawn l-aħħar xhur rigward ir-rilokazzjoni tal-arkivju notarili fil-Kumpless Downtown?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-rilokazzjoni tar-Reġistru Pubbliku għall-Kumpless Downtown ser issir fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #11157 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Tursitiċi — Head

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma jekk l-iskola tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex hijiex mingħajr head? Min qiegħed imexxi din l-iskola u xi grade għandu? Kemm hemm għalliema u lecturers f'din l-iskola? Kemm hemm studenti jattendu korsijiet hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-iskola tal-ITS fil-Qala bħalissa hija mmexxija minn aġent kap bi snin twal ta’ esperjenza bħala full-time lecturer tal-ITS ta’ Malta. Din il-miżura temporanja kellha tittieħed għaliex l-aġent kap li kien hemm qabel, li l-grad sostantiv tiegħu ukoll kien ta’ lecturer, irriffjuta li jkompli jwettaq dawn id-doveri u dan minħabba li talbiet li għamel għal allowances u benefiċċji oħra ma setgħux jiġu aċċettati mill-amministraturi tal-Ministeru għal Għawdex. B'risposta għal kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 11158.
Leg 11 PQ #11158 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Istitut għall-Istudji Turistiċi — lecturing staff

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala Għawdex iddaħħlux jaħdmu hemm xi persuni bħala parti mil-lecturing staff? X'kwalifiki għandhom? Saru interviews?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għalkemm fil-mistoqsija l-Onorevoli Interpellant ma qalx għal liema żmien qed jirreferi, qed nagħti t-tagħrif mitlub għal din is-sena. Fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi fil-Qala din is-sena ma ngħata l-ebda impjieg ta’ lecturer . 5 persuni ngħataw kuntratt definit ta ħmistax-il ġimgħa biex jipprovdu servizzi ta’ lecturing; erbgħa minn dawn jagħtu servizzi ta’ lecturing fil- Food Preparation and Production u wieħed fil- Food and Beverage Service . Dawn il-persuni kollha għandhom Diploma fis-suġġett li jgħallmu. Din id- Diploma hi l-kwalifika rikjesta biex wieħed jagħti servizzi ta’ lecturing fl-ITS. Kulmin ingħata kuntratt din is-sena kien applika taħt sejħa għal offerti maħruġa mill- Institute of Tourism Studies f’Malta għal kuntratt definit ta’ ħmistax-il-ġimgħa għal servizzi ta’ lecturing. Il-proċedura segwita kienet l-istess waħda segwita mill-ITS f’Malta u li la kienet tinkludi li jsiru interviews fis-snin ta' qabel u lanqas ma kienet tinkludi li jsiru l- interviews din is-sena.
Leg 11 PQ #10769 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — faċilitajiet sportivi - manutenzjoni u upgrading

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fil-faċilitajiet sportivi f'Għawdex matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10770 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ta' Xħajma - korsa taż-żwiemel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fil-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading li saru matul l-2009 fil-faċilità tal-korsa taż-żwiemel f'Ta Xħajma jinkludu bdil tal-faċilitajiet sanitarji bi twaħħil ta' madum tal-art u tal-ħajt ġdid u stallazzjoni ġdida tad-dawl u l-ilma fl-istess post. Barra minn hekk, sar ukoll xogħol ta' żebgħa fejn kien meħtieġ fl-istess lokalità.
Leg 11 PQ #10771 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fl-iskejjel f'Għawdex matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10772 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading sar fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex matul din is-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni u upgrading li saru matul din is-sena fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex jinkludu:- Bdil ta' l-art ta' vinyl sheeting fid-Dipartiment tal-Fisjoterapija. Refurbishment tas-CCU. Ix-xogħlijiet jinkludu tneħħija tas-suffitt tal- asbestos , moderniżżar ta' u estensjoni fis-sistema ta' l-elettriku, bdil ta' pipes tal-ilma, installazzjoni ta' nurse call u fire alarm systems , xogħolijiet ta' żebgħa, bdil ta' aperturi, installazzjoni ta' suffitt ġdid, bdil tal-art tal- vinyl sheeting u nstallazzjoni ta' sistema tal-arja kundizzjonata. Tneħħija tas-suffitt tal- asbestos f'diversi partijiet ta' l-isptar u nstallazzjoni ta' suffitt ġdid. Inbeda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tar- refurbishment tad-Dipartiment tar-Radjoloġija.