Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' containers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xiri ta' containers speċjali li semma fil-Parlament biex fihom ikun storjat l-iskart tossiku tal-estensjoni tal-power station hux inkluż fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-BWSC jew jekk hemmx bżonn sejħa għall-offerti oħra? Jekk hu hekk, kemm hi stmata l-ispiża għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawn il-containers mhux inklużi fil-kuntratt tal-impjant il-ġdid. Dawn jistgħu jiġu pprovduti mill-kuntrattur li jieħu ħsieb il-kuntratt tal-waste bħala parti mill-kuntratt tal-esportazzjoni tal-waste, jew inkella jinxtraw minn Enemalta. L-ispiża tal-container hija stmata €25,000 il-wieħed.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ġew sottomessi żewġ offerti fis-sejħa għax-xiri tas-‘Selmun Palace Hotel’. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ dawn l-offerti diġà nbeda.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — numru ta' karozzi/vetturi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar l-informazzjoni sal-lum tal-mistoqsija parlamentari 9355 u jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Skema tal-Micro Credit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titwettaq il-wegħda tal-aħħar budget għall-iskema tal-micro credit lin-negozji żgħar peress li ilha mwegħda u li anke kien hemm konferma li se tingħata fl-aħħar ta' April u għad m'hemmx risposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed isir dak kollu possibbli sabiex l-iskema tiddaħħal kemm jista’ jkun malajr. Il-Gvern diġà ħoloq il-fond ta’ 10 miljun ewro sabiex jassigura t-twettieq tal-iskema kif maħsuba.

Public Registry tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x’sar minnu l-bini tal-Public Registry tal-gvern? Kif se jintuża?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, jirriżulta li l-proprjetà fi Triq il-Merkanti u fi Triq it-Teżorerija li qabel kienu okkupati mill-Public Registry huma mikrija lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru jressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Lista ta' assoċjazzjonijiet jew għaqdiet li ma jħallsux taxxa tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk il-pesuni u assoċjazzjonijiet jew għaqdiet li ma ħallsux it-taxxa tal-VAT u li jew ma ħarġux riċevuti fiskali għal kull xorta ta' servizz mogħti matul is-snin 2006-2010? X'azzjonijiet ittieħdu kontra kull persuna u/jew assoċjazzjoni jew għaqda? Jekk weħlux multi u fil-każ kontra min u kemm kienet il-multa? Ittieħdux jew hemmx intenzjoni li jittieħdu passi oħrajn minbarra dawk diġà meħuda? Fil-każijiet ta’ assocjazzjonijiet jew għaqdiet, min hi l-persuna legalment responsabbli?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

estensjoni l-ġdida tal-power station — skart ta' ġol-containers

Question

B'referenza għall-iskart noċiv li se jiġi kkreat mill-estensjoni l-ġdida tal-power station u l-containers speċjali li se jinżamm fihom dan l-iskart, jista' l- Ministru: a) jagħti l-ispeċifikazzjonijiet ta' kif se jkunu l- containers speċjali mil-lat tekniku; b) min se jkun obbligat jidħol għall-ispiża tal-containers speċjali; ċ) kemm se jkun jiswa kull container; d) min se jkun responsabbli għas-safety relattiva mal-handling tal-container sal-mument tat-tluq ta' dawn il-containers? Fejn se jinħażnu dawn il-containers mimlija bl-iskart noċiv; e) fejn se jiġu mormija dawn il-containers? A spejjeż ta' min se jkun it-traġitt 'il barra minn Malta; f) jista' jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra d-dokumentazzjoni relattiva għal dan?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tal-VAT — ksur ta' liġi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux investigazzjonijiet mid-Dipartiment tal-VAT fuq ksur tal-liġi tal-VAT u/jew li ma ħarġux irċevuti fiskali kif stabbilit mill-istess liġi, in konnessjoni ma' kull xorta ta’ servizz mogħti minn għaqdiet, assoċjazzjonijiet, korpi eċċ.? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawn l-għaqdiet/assoċjazzjonijiet eċċ. u x'passi ttieħdu? Jista’ jinforma ukoll jekk kienx hemm rakkmandazzjonijiet minn uffiċjali fl-istess Dipartiment tal-VAT biex issir investigazzjoni kontra xi assoċjazzjoni/għaqda jew korp ieħor in konnessjoni man-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT u ħruġ ta’ riċevuti fiskali relattivi kif inhu stabbilit fl-istess liġi? Jekk fl-affermattiv liema assocjazzjoni/għaqda kienet qed tirreferi r-rakkmandazzjoni u jekk fil-fatt saritx l-investigazzjoni rakkmandata? Jekk le, għal liema raġuni ma saritx u jekk saret x'kien l-eżitu tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Servizzi tal-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn servizzi tal-elettriku li qed jintużaw għal skop agrikolu? Jista' jiddistingwi bejn dawk is-servizzi utilizzati minn bdiewa u dawk utilizzati minn raħħala u fl-istess ħin jiddistingwi bejn dawk is-servizzi li huma three-phase u dawk li huma single-phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ servizzi ta’ l-elettriku li qed jintużaw għal skop agrikolu (farm), huwa kif jsegwi hawn: Numru globali ta’ kuntratti ta stabbilimenti agrikoli MHUX residenzjali: 875 B’rigward ta’ kif dawn huma maqsumin bejn single u three phase , l-informazzjoni hija kif issegwi hawn: Single Phase 566 Three Phase 309 M’aħniex f’pożizzjoni li nassiguraw li dawn iċ-ċifri huma konklussivi, kif ukoll li nikklassifikaw b’mod definit, liema minn dawn huma utilizzati minn raħħala u min minn bdiewa.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17160, 16919 u 16528 u jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xiri ta' mobile phones/iPhones

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17161, 16921 u 16519 u jgħid inxtrawx mobile phones/iPhones fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — Ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Peress li f'dawn l-aħħar xhur qed jidhru uċuħ ġodda fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, jista' l-Ministru jgħid kemm saru ingaġġi fl-aħħar sitt xhur, il-manzjoni tagħhom u l-call for applications relattiva?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' konsulenti u kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16955 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16961 u jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16961.

Maltaco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16962 u jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16962.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17224, 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Architecture Project - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17224, 17006 u 16785 u jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta tal-periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ngħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16785.

Enemalta u WSC — bill calculator

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Emissjonijiet mill-power station

Question

Peress li, tenut kont tal-emissjonijiet inter alia mill-power station inkluz l-estenzjoni eventwali, huwa importanti li jsir monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fil-lokalità ta' Birzebbugia, oltre lokalitajiet oħra, jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li l-kunsill lokali ta' Birzebbugia ikollu ukoll apparat ta' aċċess għall- monitoraġġ simili għal dak li se jingħata lill-kunsilli lokali ta' Marsaxlokk?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.