Legislature:
Category:
Reset
Active:

servizz ta' sightseeing — spot checks

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6877 u jgħid jekk l-uffiċjali ta’ l-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum biex jaraw li s-servizz ta' sightseeing qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.

open top buses — ħinjiet tas-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6876 u jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tar-rotta msejħa ‘Malta By Night’ li qed tinħadem mill-operatur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament u li qed tiġi riklamata fuq il-brochure u fuq open top buses ta’ l-istess operatur? Jista’ jagħti raġuni għala l-ħinjiet li qed jirriklama l-operatur fuq l-istess brochure li ġie approvat mill-Awtorità dwar it-Trasport m’humiex l-istess ħinjiet li ġie marbut bihom fil-kuntratt kemm fuq ir-rotta tan- North u dik tas- South ta' Malta? Jista’ jagħti raġuni għala l-operatur qed joffri servizz anqas ta’ ħinjiet fil-Ħdud u l-festi pubbliċi minn dawk li ġie marbut bihom fil-kuntratt? Jista’ jagħti raġuni għala fil-ġranet tax-xita s-servizz ma joperax?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Sightseeing Bus – Cruise Special — rotta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6875 u jikkonferma jekk jafx illi din ir-rotta tas-‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ li titlaq min fuq l-istage tal-Viset, tieqaf San Anton Gardens għar-ritratti, tmur Ta’ Qali Crafts Village tniżżel in-nies fejn il-ħwienet tal-glass blowing u l-istess driver jagħti 20 minuta ċans lill-passiġġieri biex jieqfu jixtru, jistennihom u wara jitlaq lejn il-Knisja tal-Mosta u jaqbad it-triq lejn l-Imdina fejn iwaqqafhom fuq il-loop stopping point? Ix-xufier javża lill-klijenti li għandhom nofs siegħa u wara l-istess xufier jerġa' jiġbor l-istess klijenti u jerġaż jinżel lura lejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.

Għadira — proġett tal-bypass

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6721, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti sottomessi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-applikazzjonijiet li saru għat-triq ta' l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Toroq arterjali li se jsir xogħol fuqhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6880,6502, 5924, 5715, 5470 u 5293 u jagħti l-lista ta' toroq arterjali, distributorji u lokali li hu ppjannat li jsir xogħol fuqhom matul din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tneħħija tal-capping fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6871, 5732, 5337, 4812 u 3539 u jgħid kemm huwa stmat li t-tneħħija tal-capping fuq dawl u ilma se tiswa lill-industrija globalment f'sena waħda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Għawdex — Business Centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqaf business centre fit-teknoloġija tal-informatika u l-innovazzjoni f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7069.

Irranġar ta' triq li twassal għar-residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir arranġament biex it-triq li tagħti minn ħdejn iċ-Ċimiterju tat-Torok għal ħdejn it-triq li tagħti għar-residenza San Vincenz de Paule tiġi rranġata biex il-vetturi li ħallsu l-liċenzji sabiex jgħaddu minn din it-triq ma jibqgħux jagħmlu ħsara kemm fiżikament kif ukoll finanzjarjament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power stations — filtri li jintużaw fiċ-ċmieni

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tekniċi tal-filtri li jintużaw mill-Enemalta fil-power stations tal-Marsa u Delimara senjatament dawk li jintużaw fiċ-ċmieni biex inaqqsu d-diffuzjoni tal-partiċelli li jniġġzu l-arja, u dan prevja dikjarazzjoni jekk jintużawx jew le tali filtri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Porzjuncola - tarmac u servizzi

Question

Billi Triq Porzjunkola fil-Qawra, San Pawl il-Baħar hija okkupata minn numru kbir ta' residenti li ġew joqgħodu f'bini ġdid, jista' l-Ministru jieħu immedjatament il-passi neċessarji biex il-partijiet tagħha li għadhom mhux mogħtija t-tarmac, fil-fatt jinksew bit-tarmac u jsiru ukoll is-servizzu li għad fadal isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Marsa Power Station — Filters taċ-ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4652 u 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - prezzijiet tat-tours

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li l-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, hemm imniżżla l-prezzijiet tas-servizzi l-oħra li l-istess operatur joffri, però ma hemmx imniżżla l-prezzijiet tat-tours offruti bl-open top double decker buses hekk kif mitlub jagħmel ukoll fil-kuntratt iffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — brochure - validità tat-tickets

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti lill-operatur tas-servizzi li jidhru fil-brochure li qed jintbagħat separatament u lanqas fuq it-tickets li jagħti lill-passiġieri m'għandhomx indikat li l-istess ticket hu validu għal 24 siegħa hekk kif stipulat fit-tender u fil-kuntratt li ġie ffirmat mal-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jippreżenta kopja tat-ticket li l-Awtorità dwar it-Trasport approvat lill-operatur biex jingħata lill-passiġieri li jixtru sightseeing tours - North jew South?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Xatt ta' Tas-Sliema - double decker

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif l-Awtorità dwar it-Trasport qed tippermetti li fix-Xatt ta' Tas-Sliema ikun hemm wieqfa wara xulxin mill-inqas erba' double decker buses meta din suppost titlaq double decker waħda skond il-ħin stipulat u qed tibblokka spazju għall-vetturi oħra kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat mill-ADT li mill-istħarriġ tagħha jirriżultalha li l-operatur mhux konformi mal-kuntratt li għandu ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport fuq dan is-servizz. Għaldaqstant tajt struzzjonijiet lill-ADT biex tieħu l-passi kollha fil-kompetenza tagħha biex din is-sitwazzjoni tiġi ndirizzata skond il-kuntratt u skond il-liġi.

Ħal Luqa — Triq ir-Rixtellu - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq ir-Rixtellu, f'Ħal Luqa se ssir u dan għaliex mimlija ħofor u għaldaqstant huma ta' periklu kemm għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Problema f'għalqa minħabba l-ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jitkellem ma' dawk konċernati mill-proġett ta' toroq sekondarji li bosta minnhom jinsabu mdawrin bir-raba' u jara li f'ċerti postijiet jingħata widen għall-ħteġijiet tal-bdiewa li f'ċerti każi minħabba kif jinsab il-livell tat-triq qed ikollhom problemi serji fejn għandu x'jaqsam l-ilma tax-xita li qed jaqleb l-ilma ġo l-għalqa tagħhom u dan b'referenza partikolari għal għalqa li tinsab f'kantuniera bejn Triq San Tumas, Żejtun u Triq iz-Ziju, Marsaskala?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Familji li għadhom ma rċevewx il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hawn familji li għadhom ma rċevew l-ebda kont tad-dawl u ilma għalkemm għaddew tmien xhur mill-aħħar wieħed tad-29 ta’ Lulju, 2008 filwaqt li oħrajn irċevew tnejn diġà? Huwa sew li dawn issa jintalbu biex iħallsu somma qawwija f’daqqa'?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industriji li ilhom ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm industriji stabbiliti f’Malta li ilhom aktar minn sena ma jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jagħti l-ammont globali ta’ kemm irid jitħallas? Hemm min ilu aktar minn sentejn, tlett snin jew aktar? Kemm ilu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Nefqa kapitali f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa kapitali f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-2008 tal-entitajiet Governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid din in-nefqa f’Għawdex kemm kienet bħala persentaġġ tan-nefqa totali tal-istess entitajiet? Jista’ jagħti l-istess tagħrif dwar in-nefqa rikorrenti? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub skond l-entità?

Response (GATT, AUSTIN)

"Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta` ħin sabiex tinġabar. Jekk l-Onoroevoli Membru jixtieq informazzjoni dwar xi progett partikolari, m'għandiex diffikulta li niġborlu d-dettalji."