Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11571 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — istituzzjonijiet edukattivi - żvilupp ta' campus

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar minn Novembru tal-2008 ’l hawn biex istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali jiżviluppaw campus tagħhom f’Għawdex? Jekk saru xi konsultazzjonijiet f’dan il-perjodu, ma’ liema istituzzjonijiet saru? Jekk saru xi xogħlijiet fuq is-sit identifikat, x’inhuma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3082.
Leg 11 PQ #11680 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tagħha u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha matul din is-sena s'issa? Tista' tipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuta sa l-aħħar tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #11733 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — emails

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li sa fejn hu possibbli il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu jimxu ma' l-Standards skond l-Annex taċ-Ċirkulari tal-OPM numru 3/2001.
Leg 11 PQ #11565 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Villa Rundle — Proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa fuq il-proġett tal-Villa Rundle? Kemm sewa dan ix-xogħol? Kemm intnefqu u kemm tħallsu flus b’kollox s’issa fuqu? Kemm hemm flus kommessi u għadhom ma tħallsux? Għalxiex huma kommessi dawn il-flus?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 11217.
Leg 11 PQ #11566 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Skejjel tal-Istat - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tagħha sena sena mill-1999 ‘l hawn fuq l-immodernizzar u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda u fuq apparat, għamara, eċċ. fl-iskejjel tal-istat f’Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11673 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema abbażi ta' kuntratt

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta' kuntratt fl-Uffiċċju tal-Ministru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' sebgħa.
Leg 11 PQ #10805 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — family friendly measure

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex iħaddem dawk il-family friendly measures li huma elenkati fil-"Manual on Family-friendly Measures" maħruġ mill-Management and Personel Office. Ninsab infurmata li qed issir ħidma biex jiġu pprovduti faċilitajiet ta' childcare fil-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 11 PQ #11233 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Industrija f'Għawdex — inċentivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa kull sena minn Jannar 2008 sal-lum fuq inċentivi għall-industrija f’Għawdex? Għal liema sena/snin ta’ operat kienet in-nefqa? Kemm kumpaniji bbenefikaw minn dawn l-inċentivi? Kemm hemm għotjiet li huma approvati u għadhom ma tħallsux? Għal liema snin huma u kemm hu l-ammont għal kull sena? Meta huwa mistenni li jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li n-nefqa mill-Ministeru għal Għawdex fuq inċentivi għall-industrija f'Għawdex kull sena minn Jannar 2008 sa llum kienet: 2008 - €663,608 2009 - €455,398 In-nefqa kienet għas-snin ta' operat bejn is-sena 2001 u s-sena 2007 u bbenefikaw wieħed u għoxrin kumpanija. Ninsab infurmata wkoll li hemm għaxar talbiet li jammontaw għal €412,037 li huma approvati taħt il-Business Promotion Act għall-perjodu 2002 - 2007 u disgħa u għoxrin talba li jammontaw għal €367,987 taħt l-iskema Promoting Economic and Social Cohesion in Gozo (Industrial Sector) Assistance Scheme għall-perjodu 2008-2009.
Leg 11 PQ #11234 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — korsa ta' Xħajma - pagament

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma sarx il-pagament lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar żvilupp (nru. 03383/05) fil-korsa ta’ Xħajma li sar fit-2 ta’Ġunju 2005 u li ż-żmien għar-rappreżentazzjonijiet dwarha għalaq fit-13 ta’ Novembru 2005? Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-komponenti kollha ta’ dan il-proġett u kemm hija stmata li se tkun in-nefqa sħiħa fuq kull komponent tiegħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9760.
Leg 11 PQ #11400 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sports Complex - manutenzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet ta' manutenzjoni straordinarja għall-Sports Complex t'Għawdex? X'inhi l-ispiża involuta? Tista' tgħid ukoll kif qed jintuża u minn min dan l-istess Sports Complex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta' tiswija fuq is-saqaf tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex huwa fi stadju ta' adjudication mill-board. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa €230,000. Il-Kumpless Sportiv t'Għawdex matul is-sena jintuża għal bosta avvenimenti sportivi, kulturali, edukattivi kif ukoll reliġjużi. Jiġu organizzati tournaments u seminars fuq livell lokali u nternazzjonali. Bejn Novembru u Mejju, kull sena tiġi organizzata Skola Sport fejn tfal bejn il-Year 1 (Primarja) u l-Form 5 (Sekondarja) jiġu mħarġa f'14 il-dixxiplina sportiva. Matul is-sena jsiru wkoll fitness classes, u jiġu pprattikati dixxiplini fil-Martial Arts. Dixxiplini sportivi oħra li jiġu pprattikati fil-Kumpless Sportiv t'Għawdex fuq bażi ndividwali jinkludu Basketball, Volleyball, Handball, Badminton, 5-a-side Futsal, fost oħrajn. Il-Kumpless Sportiv t'Għawdex jintuża wkoll għall-klassijiet ta' żfin, Aerobics, u Yoga fost oħrajn. Kull min jagħmel użu mill-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv t'Għawdex, irid ikun membru jew iħallas it-tariffa skond kif applikabbli.
Leg 11 PQ #11557 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi - Tlestija tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jiswa l-proġett tal-bini mill-ġdid tat-Triq tax-Xlendi u x’inhuma t-timeframes għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Tista’ tgħid kemm tul tat-triq se jintbena mill-ġdid? Tista’ tgħid x’sar mill-fondi Ewropej li kienu allokati għal dan il-proġett taħt il-programm tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2004-2006?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11560.
Leg 11 PQ #11558 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proġetti fil-qasam tal-biedja, sajd u biċċerija

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti saru mill-Ministeru tagħha fil-qasam tal-biedja u s-sajd f’Għawdex kull sena mill-1999 sal-lum? X’kienet in-nefqa kull sena ta’ dan l-investiment? X’Xogħlijiet saru u x’makkinarju/apparat inxtara għall-biċċerija matul l-istess snin?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-snin imsemmija saru xogħolijiet u inizjattivi biex bdiewa u sajjieda jingħataw servizz u għajnuna aħjar. Dawn jikkonsistu minn diversi xogħolijiet mill-ħaddiema tal-Gvern, xogħlijiet minn kuntratturi u provvista' ta' apparat li jinkludu dawk imsemmija fl-iskeda A annessa. Jiena nfurmata wkoll li n-nefqa f'dan il-qasam matul is-snin kienet kif jidher fl-iskeda B annessa.
Leg 11 PQ #11560 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ta' Pinu - bini mill-ġdida tat-triq

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta mistenni li jinbeda u jitlesta l-bini mill-ġdid tat-Triq Ta’ Pinu? X'sar s’issa fuq dan il-proġett? Kemm se tiswa din it-triq f’fondi nazzjonali u f’fondi Ewropej separatament?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett li jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid ta' parti mit-triq tax-Xlendi (b'kollox medda ta' 2.5 kilometri) ser jinbeda din is-sena u jispiċċa għall-aħħar tas-sena d-dieħla. Dan il-proġett kollu kemm hu, huwa stmat li jiswa €9.477 miljun (vat inkluż). Kull pagament jinkludi 85% minn fondi Ewropej kif ukoll 15%, non eligible costs u t-taxxa fuq il-valur miżjud kollha minn fondi nazzjonali. Il-proċess fuq it-triq ta' Pinu huwa fil-fażi li jingħata l-kuntratt.
Leg 11 PQ #11562 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — proġetti - pagamenti ta' fondi Ewropej

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru pagamenti ta’ fondi Ewropej fuq proġetti, skemi, eċċ. f’Għawdex taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2004-2006? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba proġett proġett u skema skema, eċċ.? Tista’ tagħti t-tagħrif mitlub għal kull sena mill-2004 sal-2008 u mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena? Tista’ tgħid x’hemm kontijiet pendenti biex jitħallsu li huma diġà approvati mill-awtoritajiet kollha konċernati sew nazzjonali kif ukoll Ewropej? Tista’ tgħid dawn il-kontijiet pendenti għal liema proġetti, skemi eċċ. huma? Għaliex għadhom ma tħallsux u meta huma mistennija li jitħalllsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija skond it-tabella annessa. Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull pagament jinkludi 75% minn fondi Ewropej kif ukoll 25% u t-taxxa fuq il-valur miżjud kollha minn fondi nazzjonali. Jiena nfurmata wkoll li m'hemmx pagamenti pendenti għall-ħlas.
Leg 11 PQ #11798 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — culverts estiżi fi Triq Barda

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġu estiżi l-culverts eżistenti fil-parti t'isfel ta' Triq Ta' Barda, Marsalforn minħabba li ngħata t-tarmac u l-ammont ta' run off water żdied sostanzjalment bil-konsegwenza li dan l-ilma tax-xita se jispiċċa fil-basements tal-proprjetà tar-residenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta' asfaltar f'din it-triq qiegħed isir mill-Kunsill Lokali u għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10794 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Parental Leave

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li kien hemm tletin talba għall-parental leave f'din l-aħħar sena mill-impjegati tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex. Dawn it-talbiet ġew milqugħa kollha.
Leg 11 PQ #11552 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — teatri tal-Opra - programm imwiegħed

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li l-Gvern iniedi l-programm imwiegħed biex iż-żewġ teatri ta’ l-opra f’Għawdex ikunu jistgħu jintużaw għall-konferenzi matul is-sena kollha? X’sar s’issa għat-tnedija ta’ dan il-programm? Meta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal tal-qasam kulturali li jeżisti fil-gżira Għawdxija u jippromwovi u jissapportja dan it-tessut kulturali għax jemmen li dan jgħin kemm fl-iżvilupp ta' l-ekonomija kif ukoll fil-kwalità tal-ħajja. Minkejja li ż-żewġ teatri ta' l-opra f'Għawdex huma entitajiet privati, il-Ministeru għal Għawdex hu lest li jagħti l-għajnuna kollha possibbli lil min minnhom juri interess li jintuża għal dan il-għan.
Leg 11 PQ #11554 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — art provduta mill-Gvern għal istituzzjonijet edukattivi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa kull sena mill-2006 ’l hawn mill-Gvern biex joffri art lil istituzzjonijiet edukattivi ta’ reputazzjoni internazzjonali li jkunu interessati jiżviluppaw campus tagħhom ġewwa Għawdex u jipprovdu programmi edukattivi primarjament indirizzati lejn studenti internazzjonali?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

M'għandi xejn xi nżid mar-risposti li jiena tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 2079 u 3082 peress li għadhom għaddejjin it-taħdidiet f'dan ir-rigward.
Leg 11 PQ #11555 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex -riabilitazzjoni ta' widien — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar mill-Ministeru tagħha kull sena mill-2006 sal-lum fuq ir-riabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #11556 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' ċentru ta' back office

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar s’issa kull sena mill- 2005 ’l hawn fuq il-bini ta’ ċentru ta’ back office ġdid biex jiżdied il-potenzjal ta’ Għawdex li joffri opportunitajiet ġodda f’dan it-tip ta’ xogħol? Kemm kienet in-nefqa kull sena fuq dak li sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li saret applikazzjoni lill-MEPA għall-bini ta' uffiċini għal xogħol ta' back office f'Għawdex.