Legislature:
Category:
Reset
Active:

Produzzjoni ta' metrukubu ta' drenaġġ — flus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16966, 9209, 8411 u 7727 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid illum kemm huwa kkalkulat li jiswa f'ċifra ta' flus il-produzzjoni ta' metru kubu ta' drenaġġ trattat f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

SMEs — Micro credit scheme

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16829 u jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16829.

Żejtun — Triq San Girgor - ilma tax-xorb

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi fi Triq San Girgor iż-Żejtun minħabba li ilu ħiereġ ilma tax-xorb għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat u minkejja r-rapporti li saru għadhom ma tteħdux passi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jidher li l-KSI kellha problemi sabiex tingħata permess tat-tħaffir għal diversi raġunijiet. Il-permess inħareġ fil-ġranet li għaddew u x-xogħol sar fit-12 ta’ Mejju, 2010.

Importazzjoni minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni, xahar b’xahar, fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Liema huma l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li mpurtajna mingħandhom? Kemm importajna minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea? X’kienu l-oġġetti li l-aktar impurtajna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni kull xahar fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena? Lejn liema pajjiżi l-aktar li esportajna? X’kienu l-oġġetti prinċipali li esportajna?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ftehim ta' taxxa doppja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema pajjiżi Malta għandha ftehim ta’ taxxa doppja? F’liema sena ġie ffirmat kull ftehim? Ma liema pajjiżi qed isiru taħdidiet biex isir aktar ftehim ta’ dan it-tip?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

introduzzjoni tal-Islamic Finance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar l-introduzzjoni tal-Islamic Finance f’pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-MFSA iffinalizzat u anke ippublikat il-Guidance Note on Sharia Funds. Fil-fatt dawn ġew pubblikati f'Marzu li għadda. Din in-Nota Gwida tispjega kif fondi ta' investiment Islamiċi jistgħu jitwaqqfu u jiġu mmaniġġjati fil-qafas legali Malti. Sadanittant, kif diġà rappurtat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 13494 imressqa mill-istess onorevoli interpellant, għada qiegħda tkompli ir-riċerka dwar l-implikazzjonijiet li jirrgwardaw ir-regolamentazzjoni ta’ attività bankarja bażata fuq il-prinċipji Islamiċi, kif ukoll dwar l- accounting ta’ l-stess attività. Dan jinvolvi eżami fil-fond ta’ diversi aspetti bankarji fil-kuntest ta’ liġijiet, regolamenti kif ukoll ta’ prinċipji legali fuq livell kemm lokali kif ukoll Ewropew u internazzjonali. Wieħed għandu japprezza li dan huwa proġett “long term” u ħadd m'għandu jaħrab bl-idea li dan proġett faċli u li jista' (jew li għandu) jiġi finalizzat bil-għaġla.

Persuni li xtraw vetturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17148 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16031, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li xtraw vetturi matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

bejgħ tas-Selmun Palace Hotel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17147 u ċioe: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15548, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' offerti li fil-fatt ġew sottomessi wara s-sejħa li ħarġet u meta hu mistenni li dawn l-offerti jiġu aġġudikati?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 17147.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Kuntratti lill-Kumpanija Content House

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16769 u 16152 u jgħid mis-sena 2003 sal-lum x’kuntratti ngħataw mill-Ministeru tal-Finanzi jew xi entità li taqa' taħtu lill-kumpanija Content House? F’kull każ, x’kien il-valur tal-kuntratt u x’kien ix-xogħol li kellha tagħmel il-kumpanija? Il-kuntratti ngħataw b’tender jew direttament?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

għalliema li jgħallmu wara li jagħlqu l-età tal-irtirar — kwestjoni dwar taxxa mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex u x'kienet ir-raġuni jew prinċipju li l-gvern mexa fuqu meta ħareġ ir-regolamenti fuq il-fixed tax rate on part-time work u fost oħrajn, f'punt numru 3 jsemmi li the following shall not qualify for the 15% tax rate - remuneration paid by government to pensioners re-employed by Government...etc., fejn f'din il-kategorija jidħlu għalliema li jidħlu jgħallmu wara li jagħlqu l-età tal-irtirar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-Regoli dwar xogħol part-time għall-iskop tal-Income Tax jagħmlu limitazzjoni ġenerali dwar persuni li x-xogħol tagħhom part-time huwa mal-istess employer li miegħu jaħdmu x-xogħol normali. Dan sabiex jiġu evitati l-abbużi. Għalhekk, fil-każ ta’ impjegati fis-settur privat, persuna li taħdem full-time ma’ kumpanija ma tikkwalifikax għar-rata tal- part-time meta dan ix-xogħol part-time jsir ma’ kumpanija oħra fl-istess grupp ta’ kumpaniji. Bl-istess mod, impjegati tal-gvern ma jikkwalifikawx għar-rata tal- part-time meta dan isir ma’ entità oħra tal-Gvern għaliex dawn jitqiesu li qegħdin jitħallsu mill-istess employer . Fil-każ tal-pensjonanti wkoll japplika l-istess prinċipju, jiġifieri pensjonant li qiegħed naturalment jitħallas mill-gvern ma’ jistax jikkwalifika għar-rata tal- part-time fuq xogħol li huwa meqjus mal-istess employer .

Korporazzjoni Enemalta — flus f'tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet flus il-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena fl-aħħar ħames snin f'tiswijiet straordinarji fuq il-units tal-power stations nostrani li jipproduċu l-enerġija? Fuq liema units?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox intefqu €10,279,795 mis-sena 2005 sal-lum għal tiswijiet straordinarji fuq il-units taż-żewġ Power Stations. Dan l-ammont huwa maqsum kif jidher hawn taħt: SENA Total 2005 €2,864,171 2007 €1,553,202 2008 €2,913,454 2009 €2,948,968 Dawn it-tiswijiet saru fuq il- gas turbines : I. GT 9 Marsa Power Station II. SBI Delimara Power Station III. SM2 Delimara Power Station IV. CCGT 3A Delimara Power Station V. CCGT 3B Delimara Power Station

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — laptops u notebooks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops u notebooks minn kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? X'kienet l-ispiża minfuqa? Mingħand min inxtraw? Kif ġie deċiż mingħand min jinxtraw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

SMEs — Micro credit scheme

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fond tal-‘micro credits’ huwa stabbilit f’kuntratt li l-Gvern iffirma mal-European Investment Fund. Dan il-kuntratt stabbilixxa proċess li għandu jwassal għat-tnedija tal-iskema. Il-Gvern Malti diġà poġġa 10 miljun ewro f’fond apposta għal dan il-għan. Ġie mwaqqaf ukoll il-Bord tal-Investiment ( Investment Board ) sabiex jikkordina l-proċess mal- European Investment Fund .

Logħob illegali tal-lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa u qed jieħu l-gvern biex jikkumbatti l-logħob illegali tal-lottu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob ħadet u qed tieħu diversi mizuri sabiex tikkumbatti l-logħob illegali. Fost dawn ta’ min isemmi: 1. L-Awtorità tinforma lil Pulizija dwar kull attivita ta’ logħob illegali li jinkludu logħob illegali ta’ Lottu u Super Five. 2. Rapprezentanti tal-Awtorità attendew u jattendu għas-seduti tal-qorti kollha biex jikkonfermaw jekk l-akkuzat huwa liċenzjat mill-Awtorità jew jekk huwiex qed jopera b’mod illegali. 3. L-Awtorità tal-lotteriji u logħob għandhom Inspectorate Directorate li tissorvelja logħob li jsir f’Malta u Għawdex, u fejn issib li l-logħob m’huwiex liċenzjat, tirraporta dawn l-attivitajiet lill-pulizija 4. Il-pulizija tista’ tagħmel investigazzjonijiet ta’ logħob tal-lottu illegali minngħajr ebda bżonn ta’ intervent min-naħħa tal-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob. Il-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment m’għandux informazzjoni partinenti dwar meta logħob tal-lottu illegali jiġi investigat direttament mill-pulizija.

Maltco Lotteries Ltd — dħul tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul tal-gvern kull sena mingħand il-Maltco Lotteries Ltd kemm ilha li ġiet privatizzata l-liċenzja tal-lotterija nazzjonali, skont ma jistipula l-ftehim tal-privatizzazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitlub ahi kif ġej: Sena Dħul mit-taxxa u l-liċenzja annwali Ewro Lulju – Diċembru 2004 5,092,499.10 Jannar – Diċembru 2005 12,211,594.54 Jannar – Diċembru 2006 11,456,142.33 Jannar – Diċembru 2007 11,034,868.44 Jannar – Diċembru 2008 11,077,777.64 Jannar – Diċembru 2009 12,007,673.68 Jannar – April 2010 3,101,715.59

informazzjoni rigward smart meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu smart meters s'issa? Is-sistema qiegħda taħdem? Jekk fl-affermattiv, kemm minnhom qed jinqraw skont kif kien maħsub oriġinarjament? Għaliex il-PROB tal-ilma m'għadhomx jitwaħħlu mal-meter tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex għall-ewwel parti tal-mistoqsija jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16515. Għar-rigward tad–dawl, l-evalwazzjoni tal-proġett pilota mistennija tkun lesta għall-aħħar ta’ Mejju. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li l-IBM ( International Business Machines ) kienet qed tagħmel il-proġett pilota ġew ippruvati teknoloġiji differenti biex jiġi assigurat li s-soluzzjoni tkun l-aktar vatanġġjuża għall-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Waqt dan il-proċess ġiet identifikata sistema ġdida. Din ġiet magħżula filwaqt li l-prezz ma nbidilx. Għaldaqstant il- probes ta’ l-Ilma ġew imwaqqfin sakemm issir it-transizzjoni. Hu ppjanat li l- modules jibdew jitwaħħlu fil-futur qarib.

ARMS Ltd — trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jispjega b'liema setgħa legali, l-ARMS Ltd, imponiet ħlas ta' €466 għal dawk li jitolbu biex jagħmlu trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma fuq isimhom, mhux b'konsegwenza ta' kiri, iżda b'kosegwenza ta' mewt? Huwa minnu li armla li tibqa' tgħix fl-istess dar, u li titlob li l-meter idur fuq isimha wara l-mewt tar-raġel, qed tintalab dan il-ħlas? Huwa minnu li l-ħlas qed jintalab anki lil ulied li l-ġenituri tagħhom imutu u huma jiddeċiedu li jibqgħu jgħixu fl-istess dar fejn dejjem għexu mal-ġenituri tagħhom? Tista' tgħidli kemm kien hemm każijiet bħal dawn minn meta l-ARMS Ltd daħħlet din il-miżura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant, li fuq il-kwistjoni tal-garanzija ta’ €466 li qed tiġi mitluba bħala pagament f’każ ta’ trasferiment tal-meter tad-dawl u l-ilma, l-ARMS Ltd. timxi fuq il-proċeduri diġà eżistenti tal-Korporazzjonijiet. F’din il-proċedura, il-ħlas tal-garanzija ta’ €466 tiġi mitluba biss f’każ li l-post li fih jinsab l- meter , ikun bil-kirja. Fl-ebda ċirkustanza meta l-post ikun tas-sid u mhux bil-kirja, ma tintalab xi forma ta ħlas. S’issa, ma ġew irrapurtati ebda każijiet simili mal-uffiċini tagħna.

każ ta' familja li nqatgħalhom id-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex familja bħal din li d-dettalji tagħha qed jitbagħtu separatament, fejn il-ġeneturi t-tnejn jinsabu bla xogħol, xorta jinqatgħalhom is-servizz tad-dawl meta ma jirnexxilhomx iħallsu l-kontijiet fil-ħin? X'safety net qed joffri l-gvern f'każijiet vulnerabbli bħal dawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ta’ familja, li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, ġie investigat u rriżulta li din il-familja kellha ammont sostanzjali x’jiġi mħallas lill-Korporazzjoni u għalhekk kien sar ftehim bejnha u l-istess Korporazzjoni, biex jitħallas dan l-ammont dovut, bin-nifs fuq medda ta’ sitt xhur (sa’ l-aħħar ta’ Jannar 2010). Sfortunatament dan il-ftehim ma ġiex onorat u dettalji ulterjuri tal-ħlasijiet li saru, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq il-kwistjoni tas- safety net ; din taqa taħt il-ġurisdizzjoni tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali li jieħu ħsieb li janalizza dawn il-każijiet partikolari.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.