Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra, Żabbar u Fgura — road humps

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2000 sal-lum, f'liema toroq ġew approvati road humps (sleeping policmen) f'Bormla, Birgu, l-Isla, il-Kalkara, ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Fgura? Kemm ġew approvati road humpsf'kull triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Baċir numru 1 — żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress jew aktar konsultazzjoni ma' dawk interessati li jiżviluppaw il-Baċir Numru 1? Jekk le, jista' jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb kif ser jinbidel dan il-post f'żona aktar attraenti?

Response (GATT, AUSTIN)

“Iva, l-konsultazzjonijiet fuq il-Baċir Numru 1 tkomplew u għadhom għaddejjin bl-intenzjoni li deċizjoni dwar il-proġett tittieħed fil-futur qarib”.

Club Regatta ta' Bormla — ranġar tal-art/triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata l-art/it-triq li hemm mill-monument tal-31 ta' Marzu sal-Club tar-Regatta ta' Bormla, issa li anke f'din il-parti qed ikun hemm irmiġġati jottijiet ta' ċertu daqs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

rotta extra u open top buses — permessi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6874 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess ta’ rotta extra li qed tinħadem bla skeda meta jidħlu il-cruise liners u li qed tinħadem bl-istess open top buses li ngħatalhom il-permess biex joperaw taħt il-kundizzjonijiet tat-tenders ta’ sightseeing tours tan-North u s-South u li qed tiġi promossa bħala ‘Sightseeing Bus – Cruise Special’ bil-loop starting point ikun l-istage extra li ngħata lill-operatur fejn il-Viset?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7076.

Smart City — Xogħol Infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni jonqos tinġabar, u minn fejn, sabiex tiġi mwieġba mistoqsija parlamentari 6006 u cioè: B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 5723, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jagħti risposta għall-mistoqsijiet dwar xogħol infrastrutturali marbut mal-proġett ta’ Smart City?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Triq Vittorio Cassar - triq

Question

Jista' l-Ministru jindika meta se ssir Triq Vittorio Cassar f'Wied il-Għajn ? Għaliex il-Gvern qed idum daqshekk biex jagħmel din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6716.

Open top double decker bus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6956 u 6694 u jippreżenta il-log books tat-12 open top double decker bus li ġew illiċenzjati lil operatur li qed jisemma’ separatament li ngħata l-operat permezz ta' żewġ tenders biex joffri servizz skedat tas-sightseeing tour fin-North u sightseeing tour fis-South ta’ Malta? Jista' jgħidilna liema minn dawn l- open top buses qed joperaw fuq ir-rotta tan- North u liema fuq ir-rotta tas- South ?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Log Books ta' vetturi li huma propjeta ta' persuni privati m'humiex dokumenti pubbliċi.

Awtorita' dwar it-Trasport — Ħlas lill-kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 6954, 6695, 6124 u 6267 u jgħid għalfejn il-kuntratturi li jaħdmu għall-Awtorità dwar it-Trasport idumu żmien twil ma jitħallsu b'detriment għall-istess kuntratturi li jkollhom pagi u materjal xi jħallsu u interessi fuq l-overdrafts? Veru li ċ-Chief Executive Officer jiffirma ċ-ċekkijiet ta' ħlas lil dawn il-kuntratturi darba fix-xahar? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif saru l-ħlasijiet dawn l-aħħar xahrejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-trasport — servizz kif reklamat fuq brochure

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7053 u jgħid jekk l-uffiċċjali tal-Awtorità dwar it-Trasport humiex qed jagħmlu spot checks matul il-jum speċjalment fil-jiem tax-xita biex jaraw li servizz reklamat fil-brochure li qed jintbagħat separatament, kemm tar-rotta tan-North u tar-rotta tas-South tal-istess tender li dettalji dwaru qed jidhru separatament, qed jingħata kif suppost minn fuq kull stage speċjalment fil-ħin ta' fil-għodu u jekk issirx ir-rotta kollha kull darba?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva.

Prezz tat-tour

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7054 u jispjega għala l-prezz tat-tour kemm ta' North kif ukoll tas-South żdied minn €13.00 għal €15.00? (dokument relatat qed jintbagħat separatament)

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7076.

Pjanti għat-terminal taċ-Ċirkewwa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6370 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti li għalihom kien ħareġ il-permess għat-terminal taċ-Ċirkewwa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess pjanti kif mibdula?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 6370.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Port Ruman - xogħol fuq it-triq

Question

Billi Triq il-Port Ruman il-Qawra, San Pawl il-Baħar hi waħda mill-itwal toroq li hemm fl-inħawi li f'partijiet minnha għadha bla servizzi u bla wiċċ tat-tarmac, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-servizzi u x-xogħol nieqes li għad irid isir, fil-fatt isir kemm jista' jkun malajr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa — estensjonijiet fil-ħinijiet tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex almenu fix-xhur tas-sajf ikun hemm estenzjonijiet fil-ħinijiet tat-trasport pubbliku minn u lejn il-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Discovery Bus

Question

Peress li skont survey ibbazat fuq l-opinjoni ta' dawk li għamlu użu mill-Gozo Discovery Bus is-sena l-oħra jirriżulta li l-proġett kien suċċess? Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena hux se jerġa' jiġi introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu minn dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-Gozo Discovery Bus kien proġett tal-Foundation for International Studies tal-Universita' ta' Malta. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Servizz ġdid ta' trasport bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6232 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-introduzzjoni ta' servizz ġdid ta' trasport bejn il-Gvern u l-kumpannija Gozo Channel li jgħaqqad l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u ċ-Ċirkewwa, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li użaw dan is-servizz xahar b'xahar minn meta beda dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 2061.

Triq tal-Barrani — speed cameras

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6885 u 6603 u jgħid jekk aħsebx li l-maximum speed ta' 60km/h li ġie ffissat fi Triq Tal-Barrani in vista tat-twaħħil tal-ispeed camers hu baxx wisq? Kemm inħarġu ċitazzjonijiet minn din l-ispeed camera s'issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — xiri ta' enerġija mingħand terzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6816, 6498 u 6056 u jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta tkunx disposta tixtri l-enerġija mingħand terzi kemm-il darba jkun hemm importaturi li jistabbilixu impjant rural għal-mogħdija tal-elettriku f'Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Iva sakemm il-prezz ikun konvenjenti.

Sightseeing Tour – North Route — mapep ma jaqblux u lokalitajiet mhux inklu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6878 u jispjega kif is-‘Sightseeing Tour – North Route’ li qed tiġi operata llum u li l-mappa tagħha qiegħda mpinġija fuq il-brochure tal-kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hi differenti mis-Sightseeing Tour – North Route Map li hemm iffirmata w inkluża fil-kuntratt u ma tinkludix in-naħat tal-Mellieħa u l-Għadira?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru 7076.