Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12133 Sitting 158 2009-11-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema barranin b'kuntratt mal-Gvern Malti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru u/jew dekasteri, entitajiet oħra li jaqgħu taħtha? X'salarju għandhom? X'nazzjonalità huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' barranin li fil-preżent jaħdmu b'kuntratt mal-Gvern Malti llum taħt il-Ministeru għal Għawdex u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu huwa ta' sitta. Erbgħa minnhom għandhom salarju ta' Skala 4, wieħed ta' Skala 5 u l-ieħor ta' Skala 9; filwaqt li tnejn huma ta' nazzjonalita' Ċeka, l-oħrajn huma ta' nazzjonalita' Russa, Pollakka, Ukranja u Bulgara.
Leg 11 PQ #11151 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — materjal stampat

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intbagħat materjal stampat f'din l-aħħar sena mid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha ġod-djar tan-nies? Tista' tgħid x'kien is-suġġett jew tema tal-karti li ntbagħtu? Kemm minn dan il-materjal kien fuq karta reċiklabbli jew reċiklata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11586 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Xlendi u Marsalforn - proġett fuq l-ambjent tal-bajjiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’sar din is-sena biex jissebbaħ, jissaħħaħ u jittejjeb l-ambjent tal-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa f’kull bajja għal dan l-iskop?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex jipprovdi servizzi ta' manutenzjoni biex flimkien mal-Kunsilli Lokali rispettivi, iżomm il-bajjiet tax-Xlendi u Marsalforn fi stat tajjeb. Barra minn dan il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem biex ikollu pjan ħolistiku għal dawn iż-żewġ żoni.
Leg 11 PQ #11588 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — sit għal xogħol ta' back office

Question

Tista’ l-onor Ministru tgħid x’sar s’issa fuq is-sit li gie identifikat għal xogħol ta’ back office f’Għawdex? Tista’ tgħid jekk ġietx sottomessa l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjnet u l-Ippjanar għal dan l-iżvilupp? Jekk fl-affermattiv, x’inhu n-numru tagħha?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li saret applikazzjoni numru PA 02849/07 lill-MEPA għall-bini ta' uffiċini għal xogħol ta' back office f'Għawdex.
Leg 11 PQ #11751 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — financial instruments

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi financial instruments mill-European Investment Bank fejn pajjiżna informa li mhux ser ikun qed jipparteċipa għall-perjodu 2007/2013? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 11743.
Leg 11 PQ #11983 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Bills of Quantities — bini mill-ġdid ta' Triq ix-Xlendi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-Bills of Quantities għall-bini mill-ġdid ta’ Triq i-Xlendi skont Avviż CT/A/016/2009 - Contracts Ref No, CT 2102/2009? Kemm hu t-tul tat-triq se tinbena mill-ġdid?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija informazzjoni pubblika li tinsab fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tal-Kuntratti (www.contracts.gov.mt).
Leg 11 PQ #12044 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Ċifri ta' flus f'konsulenza

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamenatari 11680 u tgħid kemm tħallsu f'ċifra ta' flus f'konsulenza mill-uffiċċju tagħha u dekasteri oħra li jaqgħu taħtha matul din is-sena s'issa? Tista' tipprovdi breakdown lil min tħallsu u kemm hija ċ-ċifra ta' flus dovuti sa l-aħħar tas-sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11582 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Quality Service Charters — monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm Quality Service Charters fil-Ministeru tagħha u kemm minnhom ġew introdotti minn Settembru 2008 sal-lum? X’sar f’dan il-perjodu għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm tnax-il Quality Service Charter fid-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Għadu kemm spiċċa audit exercise fuq il-Quality Sevice Charters u qed isir eżerċizzju fuqu.
Leg 11 PQ #11583 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — one stop shops

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu one stop shops fil-Ministeru tagħha minn Settembru 2008 sal-lum? X’servizzi qed joffri kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ddaħħlu żewġ one stop shops fil-Ministeru għal Għawdex minn Settembru 2008 sa llum. Dawn huma: (i) Iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum Santa Marta li joffri servizz u nformazzjoni rigward id-diżabilità (ii) Fl-Uffiċċju tal-Passaporti li f'Ottubru 2008 ġiet introdotta l-one stop shop li hija sistema 'Biometric Capture Passport'. B'din is-sistema kull persuna 'l fuq minn 18-il sena li għandha ċittadinanza Maltija u li diġà għandha passaport Malti tista' tiġi f'dan l-Uffiċċju u tapplika għal passaport ġdid.
Leg 11 PQ #11584 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini tal-ħitan tas-sejjieħ

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex li twettaq minn Settembru 2008 sa Diċembru 2008 u din is-sena sal-lum? Min approva dan il-programm? Tista’ tgħid kemm metri tul u metri kwadri ta’ ħitan tas-sejjieħ inbnew mill-ġdid fl-egħlieqi tal-bdiewa Għawdxin fl-istess perjodi? Kemm kienet l-ispiża? X’kienu l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom saru l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta’ liema ħitan kellhom jinbnew mill-ġdid? Min ivverifika u approva x-xogħlijiet li saru? Saru applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawn ix-xogħlijiet? Jekk saru, x’inhuma n-numri tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew ħitan tas-sejjieħ li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurtà, l-utilità u l-ambjent. Jiena nfurmata li minn Settembru 2008 sa Diċembru 2008 ħaddiema tal-Gvern bnew 224 metru (443 metri kwadri) ta' ħitan tas-sejjieħ bi spiża ta' €680 u fis-sena 2009 sa issa nbnew 707 metri (1356 metri kwadri) ta' ħitan tas-sejjieħ bi spiża ta' €3640. L-ispejjeż ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħafna drabi jużaw materjal li jkun jinsab fuq il-post stess.
Leg 11 PQ #11585 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — bini ta' passaġġi fil-kampanja

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm għall-bini mill-ġdid ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex li twettaq minn Settembru 2008 sa Diċembru 2008 u din is-sena sal-lum? Min approva dan il-programm? Tista’ tgħid kemm metri tul u metri kwadri ta’ passaġġi nbnew mill-ġdid f'dawn il-perjodi? Kemm kienet l-ispiża? X’kienu l-proċeduri u l-kriterji li fuqhom saru l-prijoritizzazzjoni u l-għażla ta’ liema passaġġi kellhom jinbnew mill-ġdid? Min ivverifika u approva x-xogħlijiet li saru? Saru applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal dawn ix-xogħlijiet? Jekk saru, x’inhuma n-numri tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Il-Ministeru għal Għawdex jirċievi diversi talbiet biex jinbnew passaġġi fil-kampanja li jiġu evalwati, u x-xogħol relatat isir fuq mertu prijoritarju li jieħu in kunsiderazzjoni s-sigurta', l-utilita' u l-ambjent. Jiena nfurmata li minn Settembru 2008 sa Diċembru 2008 ħaddiema tal-Gvern bnew 177 metru (1002 metri kwadri) ta' passaġġi bi spiża ta' €16,099 u fis-sena 2009 sa issa nbnew 862 metru (2631 metri kwadri) ta' passaġġi bi spiża ta' €30,289. L-ispejjeż ikkwotati ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema li ħadmu dan ix-xogħol.
Leg 11 PQ #11858 Sitting 155 2009-11-04 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għal Għawdex

restawr fuq iċ-Ċittadella

Question

Tista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11312 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u li issa ġiet riferuta lilha u tiddikjara jekk il-Gvern huwiex beħsiebu, li sakemm tgħaddi l-ewwel fażi tal-ġbir u evalwazzjoni ta' tagħrif dwar iċ-Ċittadella, jagħmel xogħol ta' restawr urġenti fuq iċ-Ċittadella, bħat-tneħħija tax-xitel tal-kappar jew xurbebb li qed jiftħu l-konsenturi, jitneħħa l-konkos u jissewwew il-fanali? Intant, tista' l-Ministru tgħid meta hu prospettat li wieħed jgħaddi għat-tieni fażi, issa li kważi għaddew sena u nofs mill-għeluq tas-sottomissjoni ta' l-offerti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li, f'dak li jirrigwarda l-Masterplan, il-proġett miexi skond il-pjan oriġinali u li l-ewwel fażi ta' ġbir u evalwazzjoni tat-tagħrif issa tinsab prattikament konkluża. Fir-rispett tat-time frames oriġinali d-dokument draft tal-Master Plan ser ikun lest fi Frar tal-2010. Waqt li għaddej ix-xogħol fuq il-Master Plan il-Gvern għaddej b'diversi ħidmiet oħra favur ir-restawr taċ-Ċittadella: Permezz ta' fondi miksuba mill-Unjoni Ewropeja sal-2013 ser isir xogħol estensiv ta' restawr fuq is-swar taċ-Ċittadella. Permezz ta' kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Ministeru għal Għawdex fir-rigward ta' dan il-proġett diġa' nħarġu u ngħataw żewġ tenders. Tenders oħra ser jinħarġu matul is-sena d-dieħla. Il-Ministeru għal Għawdex għaddej ukoll b'xogħol kontinwu ta' tneħħija ta' pjanti li jagħmlu l-ħsara, dan ix-xogħol qed isir mir-Red Cross (Gozo) fuq kummissjoni tal-Ministeru. Qed isir ukoll xogħol ta' restawr fuq parti mis-swar li kienet tinsab fi stat perikolanti liema xogħol qed isir minn ħaddiema tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #11140 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — faċilitajiet biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi

Question

Tista' l-Ministru tgħid fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru kollu tagħha, x'faċilitajiet hemm għall-ommijiet ħaddiema biex ikunu jistgħu jreddgħu t-trabi tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li fid-dipartimenti u uffiċċji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jeżistux faċilitajiet apposta biex ommijiet ħaddiema jreddgħu t-trabi tagħhom. Dan ma jfissirx li f'każ li ssir xi talba f'dan is-sens ma jsirux arranġamenti mill-ewwel biex din it-talba tintlaqa'.
Leg 11 PQ #11574 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — radjoloġija - tlestija tal-proġett

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma t-timeframes għat-tlestija tal-proġett għat-tiġdid tat-taqsima tar-radjoloġija u s-sala ta’ l-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-proġett tat-taqsima tar-radjoloġija u s-sala ta' l-operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa ppjanat li jkun lest fis-sena 2010.
Leg 11 PQ #11742 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — uffiċċju tal-Ministru

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu magħmul l-Uffiċċju tal-Ministru ? X'inhu l-grad ta' kull wieħed minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11847 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Għarb - Mushroom farm

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-Gvern dwar l-applikazzjoni għal mushroom farm fl-Għarb Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11881 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — faċilitajiet tal-artiġjanat

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm dwar il-faċilitajiet tal-artiġjanat f'Għawdex f'dak li hu bini ġdid jew irranġar ta' faċilitajiet eżistenti f'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret estensjoni taċ-Ċentru tal-Arti u l-Artiġjanat f'Għajnsielem biex ikun provdut aktar spazju biex iċ-Ċentru jkun jista' joffri aktar korsijiet kif ukoll workshops għal dawk li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom f'dan is-settur. Sar ukoll upgrading fid-Dbieġi Crafts Village f'San Lawrenz.
Leg 11 PQ #11969 Sitting 154 2009-11-03 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex -riabilitazzjoni ta' widien — nefqa

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija marlamentari 11555 u tgħid x’xogħol sar mill-Ministeru tagħha kull sena mill-2006 sal-lum fuq ir-riabilitazzjoni ta’ widien f’Għawdex? Kemm kienet in-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kull sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul is-snin imsemmija saru xogħolijiet biex jitranġaw ħitan tas-sejjieħ, ħitan ta' lqugħ u xogħol ta' tindif fil-widien kif jidhru fuq l-iskeda annessa. Jien infurmata wkoll li dan ix-xogħol sar primarjament mill-ħaddiema tad-Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp u li sewa €8,774 għas-sena 2006; €7,327 għas-sena 2007; €4,232 għas-sena 2008 u €1,244 għas-sena 2009. Dawn l-ispejjeż ma jinkludux il-pagi tal-ħaddiema u f'ħafna każijiet intuża materjal li jkun instab fuq il-post.
Leg 11 PQ #10814 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Riċevimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11570 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qala — Istitut għall-Istudji Turistiċi - korsijiet full time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed isiru bħalissa korsijiet full-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala? F’liema suġġetti huma? Kemm huma twal il-korsijiet li qed isiru u f’liema sena huma? Sa liema livell se jwasslu? Kemm se jibdew korsijiet ġodda matul din is-sena 2009/2010? F’liema suġġetti x’se jsiru, sa liema livell se jkunu u kemm se jkunu twal?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata illi bħalissa qed isiru żewġ korsijiet full-time fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala. 16-il student qed jattendu għall-ewwel sena fil-kors tal-Hospitality Trades, li huwa kors ta' sentejn. 14-il student qed jattendu għat-tieni sena ta' dan l-istess kors tal-Hospitality Trades. Fl-aħħar ta' dawn is-sentejn l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet tas-City & Guilds, kemm fil-Food Preparation & Production u kemm fil-Food & Beverage Service, kif ukoll l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet tal-ITS Malta. Bħala korsijiet part-time sar wieħed fil-Food Handler's Hygiene. Bħalissa qed isir kors fil-Food Preparation and Culinary Arts (Basic Course) li jdum għaddej sena skolastika. Qed isiru ukoll żewġ korsijiet fil-pastry, wieħed Level 1 u ieħor Intermediate Level li jdumu għaddejjin 14-il ġimgħa. Fix-xhur li ġejjin hemm il-ħsieb li jiftħu korsijiet fil- Maltese Pastry Basic Course - 10 sessions Bar Operations Level 2 - 15 weeks WSET Intermediate - 8 sessions WSET Advanced - 15 sessions Food Handler's Hygiene Certificate (Category B) - 8 hours Front Office Operations Basic Course - Level 1 - 15 sessions Room Attendant Basic Course - Level 1 - 6 sessions .