B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1929, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x'għajnuna ngħatat fis-sena 2007 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2008?
Response (BORG, TONIO)
Matul is-sena 2007 il-kontribut ta' Malta bħala għajnuna għall-iżvilupp kien jammonta għal €5,668,192.40 (Lm 2,433,355.03) jew 0.11% tad-Dħul Gross Nazzjonali.
Il-kontribut ta' matul is-sena 2008 għadu qiegħed jinħadem peress li dan isir fuq bażi ta' tnax il-xahar, u jiġi finaliżżat fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati li gradwaw jew ħadu kors l-Università
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li huma gradwati mill-Università għaliex segwew kors sponsorjat mill-Gvern? Jista' jgħid meta ggradwaw u liema kors għamlu? Kemm sewa l-kors? Kemm għadhom jaħdmu mal-Gvern, f'liema grad u f'liema dipartiment? Kemm irriżenjaw? Kemm ħadu sponsorship iktar minn darba u f'liema kors u meta? Kemm weħlu mill-eżamijiet tal-kors u allura ma komplewx? Jekk intalbux jirrifondu xi ammonti mħallsa mill-Gvern in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom? Kemm kien l-ammont, jekk kien il-każ? Jekk kienx hemm xi impjegat li minkejja li m'għaddiex reġa' beda l-kors sponsorjat għal darb'oħra mill-Gvern? X'kien il-kors relattiv u meta kienet l-intake year u l-grad ta' tali impjegat?
Response (BORG, TONIO)
Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani limitati li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant peress li din trid ammont kbir ta' ħin sabiex tinġabar.
Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2008 id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi u t-Taqsima tal-Informazzjoni Teknoloġika ġew rilokati. Spejjeż rigward għamara ma kienx hemm peress li ntużat l-istess għamara. L-ispejjeż dwar redecoration kienu jammontaw għal 2329 Euros. Ix-xogħol konness ma' l-Informazzjoni Teknoloġika sar minn impjegati tal-Ministeru stess.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jispjega għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mhux qed tingħata residency permit?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 10307, ninsab infurmat li l-persuna indikata mill-Onor. Interpellant għandha permess ta' residenza li jiskadi fil-31 ta' Awissu 2009. S'issa hija għandha m'għamlet ebda talba sabiex iġġedded dan il-permess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' Maltin li jinsabu f'ħabsijiet barra minn Malta? F'liema pajjiżi jinsabu dawn il-Maltin u x'kuntratt regolari jsir, jekk isir, bejn dawn li qegħdin il-ħabs u l-qraba tagħhom f'Malta bil-għajnuna tal-Ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Hemm tnejn u għoxrin persuna ta' nazzjonalita' Maltija li jinsabu arrestati barra minn Malta li nafu bihom (persuni arrestati jistgħu jagħżlu li ma jinfurmawnix, u jistgħu ukoll jagħzlu li ma jitolbux l-assistenza tal-Gvern Malti).
Dawn jinstabu arrestati fil-pajjiżi li ġejjin:
Awstralja 8 *
Italja 2
Olanda 1
Spanja 2
Tajlandja 1
Renju Unit 6 **
Stati Uniti 2
* iktar informazzjoni għadha qed tinġabar mill-Konsolati
** 1 għandu ċittandinanza Ingliza u talab għaċ-ċittadinanza Maltija a bazi tat-twelid tiegħu f'Malta
Spanja - ma ntalbitx assistenza konsolari fl-ebda każ
Italja - f'każ wieħed ma ntalbitx assistenza konsolari; f'każ l-ieħor il-familjari u l-avukat kienu f'kuntatt
mal-Ambaxxata
Stati Uniti - intalbet u ingħatat assistenza konsolari f'każ wieħed
Olanda - kuntatt regolari jsir bejn il-persuna arrestat u l-familjari bil-għajnuna tal-Ambaxxata
Iżjed informazzjoni għadha qed tiġi miġbura mill-Ambaxxati u l-Konsli Onorarji ta' Malta.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Viċi Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li
1. Twaħħal pannell solari fuq il-bejt ta' Palazzo Parisio fl-2007
2. It-Teknika utilizzata hija ta' pannelli li jikkonvertu s-saħħa tax-xemx f'elettriku
3. Dawn il-pannelli twaħħlu wara li ħareġ tender id-Dipartiment ta' l-Ambjent għall-Ministeri kollha fl-2007
4. L-ammont li tħallas għal dawn il-pannelli kien Euros 19061.26 (Lm 8183)
5. Dan it-tender interdipatimenatli kien ingħata lill-kumpanija Solar Solutions
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti tagħrif dwar jekk hemmx Maltin li huma rapportati nieqsa, wara li telqu minn Malta fuq żjarat li suppost li kienu qosra? Jekk hemm Maltin hekk rappurtati nieqsa, kemm hemm, u f'liema pajjiżi suppost li marru? Kemm ilhom nieqsa dawn il-persuni?
Response (BORG, TONIO)
Ġentilment nitlob l-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat, jiġifieri lill-Ministru ta' l-Intern.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Jista` l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemmx membri Għawdxin.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Bini ta' website
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (BORG, TONIO)
Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien żviluppat mill-kumpannija privata Liquid Studios u s-sit huwa 'hosted' fuq l-infrastruttura tal-Gvern.
Fis-sena 2008, fuq parir tal-MITTS Ltd, is-sit ġie msaħħaħ minħabba sigurtà u l-ispiża kienet ta' €3.779.41. Fis-sena 2009 fis-sit ġew miżjuda paġni għal kull ambaxxata. Minħabba in-natura tax-xogħol li jsir mill-Ministeru, is-sit qed jiġi żviluppat biex ikun jista' jiġi moqri f'diversi lingwi apparti l-lingwa Maltija. L-ispiża fl-2009 kienet ta' €2,330.50 u €1,298 rispettivament. Ix-xogħol sar kollu mill-kumpannija Liquid Studios.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti illi fid-dekasteru tiegħi hemm 144 mobile phones li jinkludu kemm dawk tal-Ministeru f'Malta u dawk fl-Ambaxxati. L-ispiża għall-ewwel ħames xhur (sa fejn waslu l-kontijiet) kienet ta' €65,407.87 li minnha tħallset €64,797.70.
Ministeru tal-affarijiet barranin — ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onoreoli Interpellant illi fid-dekasteru tiegħi hemm 31 persuna li għalqu l-61 sena. Dawn jaħdmu kif gej:
Ambaxxaturi mhux residenti 14
Ambaxxaturi residenti 10
Konsulenti fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 4
Konsulenti fit-Taqsima taċ-Ċittadinanza u Expatriates 1
Konsulenti proġett DAR 2
Dawn huma kollha rġiel
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti rigward il-lobbying li għaddej bħalissa fl-Unjoni Ewropea biex jiġu upgraded ir-relazzjonijiet li jeżistu bejn l-istess Unjoni Ewropea u Iżrael? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iħossx għandux ikun hemm rabta bejn il-progress fil-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani u l-iżviluppi fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-istat ta' Iżrael?
Response (BORG, TONIO)
Il-proċess ta' 'upgrade' fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Iżrael ġie imniehed fl-2008 fuq talba ta' Iżrael. Malta kienet fost il-grupp ta' pajjizi membri li mill-bidu ħa pożizzjoni li dan il-proċess għandu javvanza b'rabta mal-progress fir-riżoluzzjoni tal-konflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani. Din il-pożizzjoni ġiet ukoll konfermata fid-Dikjarazzjoni tal-UE fil-kuntest tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael li sar fil-Lussemburgu fil-15 ta' Ġunju 2009.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum inxtrat vettura għall-Ambaxxata ta' Malta li nfetħet ġdida ġo Tel Aviv.
Huwa ppjanat illi jiġu mibdula l-vetturi tal-Ambaxxati ta' Beijing u l-Kajr, kif ukoll ser tinxtara vettura oħra għar-Rappreżentanza diplomatika ġdida ta' Malta f'Ramallah.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li se nagħti fil-Mistoqsija 9176.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għandu wkoll Tender for the Hire of Chauffeur Driven Cars for Official Duties. Din it-tender tingħata għal sentejn u tista' tiġi mġedda b'sena oħra. Huwa stmat li għal din is-sena se jintefqu €75,000. Dan l-ammont jista' jitla kif ukoll jinżel skond ix-xogħol u skond kemm jiġu delegazzjonijiet minn barra minn Malta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara li tintlaqa' l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna indikata separatament li nġieb bħala tifel orfni f'Malta fl-1993 u issa kiber hawn u qed jiffaċċja problemi kbar f'ħajtu?
Response (BORG, TONIO)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6083, ninsab infurmat li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates ma rċieva ebda applikazzjoni għall-akkwist taċ-ċittadinanza Maltija mingħand il-persuna li l-isem tagħha ġie indikat separatament.
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi taħt il-Ministeru tiegħi m'għandix entitajiet governattivi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-istess perijodu tas-snin 2007 u 2008?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3998 li ngħatat fis-seduta ta' l-24 ta' Novembru, li tinkludi l-informazzjoni sa Novembru tal-2008. Fil-perjodu Novembru 2008 sa April 2009 ngħataw tmien direct orders li jammontaw għal Euros 530,168.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Għawdex - impjegati
Question
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi ma għandux impjegati f'Għawdex li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Ministeru tal-affarijiet Barranin — impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku
Question
Tul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew reklutati impjegati ġodda mal-kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista' jagħti t-tagħrif kumpannija kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi ma għandux kumpanniji b'investiment pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabilita tiegħi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jiddikjara li f'dawn ix-xhur ta' sajf huwiex maħsub li tiġi stazzjonata patrol boat f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Fejn jiġu stazzjonati il-patrol boats ma hiex materija li taqa' taħt il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9048.