Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bejn April u Ġunju tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità, u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 30654.

Fond għal Kawżi Ġusti - Entitajiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għal Kawżi Ġusti bejn Jannar u Marzu tal-2025? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra ta’ approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-aħħar tas-sena jiġi kkompulat ir-rapport annwali ta’ġestjoni.Ġa la darba jiġi kkompulat ir-rapport , dan jiġi awditjat u jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra , kif jiġri kull sena.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Roof Gardens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30075 u jgħid kemm binjiet u uffiċini tal-Gvern għandhom roof garden?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li huma 9, l-binjiet u uffiċini tal-Gvern li għandhom roof garden .

Supervisors u Assistant Foreman

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29582 u 29995 u jgħid kemm hemm Supervisors u Assistant Foreman u kemm hemm jaħdmu f’kull Ministeru?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Ministeru Grad Supervisor Assistant Foreman Total ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU 2 1 3 ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦ​ALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-​GVERN LOKALI 5 3 8 ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI​​ 12 11 23 ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL 1 6 7 ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ​L-​ANZJANITÀ​ ATTIVA 108 4 112 ​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 98 24 122 ​​​​​​​​​​​​​​​​​MINISTERU GĦALL-FINANZI ​ 2 0 2 ​​​MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA​ 50 10 60 ​​​MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 28 1 29 MINISTERU ​GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI 1 1 2

Regolament (UE) 2024/900 - Implimentazzjoni effettiva - Miżuri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30101, jista’ l-Prim Ministru jelabora dwar il-miżuri li qed jittieħdu biex tiġi assikurata implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/900 tenut kont tal-fatt li l-imsemmi regolament jesiġi li Malta bħala stat membru tistabbilixxi regoli dwar is-sanzjonijiet jew miżuri oħra, skont kif neċessarju, applikabbli għall-isponsors jew għall-fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar politiku għall-ksur tal-Artikoli 5 sa 17, 20 u 21 tal-imsemmi Regolament?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat- tweġiba tal-mistoqsija parlamentari  30101.

Għawdex — Ħaddiema tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux se jindirizza lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga ħaddiema tal-Gvern f’Għawdex li jkunu diġà telqu mix-xogħol sal-10 am?

Response (ABELA, ROBERT)

Huwa ironiku għall-aħħar li fl-istess ħin li l-Oppo¿izzjoni eleġġiet Kap minn Għawdex, l-istess Oppo¿izzjoni issa spiċċat tattakka lill-ħaddiema Għawdxin fis-servizz pubbliku. Din l-amministrazzjoni, kuntrarjament għall-Oppożizzjoni, temmen bil-fatti fil-ħaddiema tas-servizz pubbliku. Għalhekk iffirmajna ftehim kollettiv bl-aqwa kundizzjonijiet tax-xogħol li qatt ingħataw lil dawn il-ħaddiema. Liema ħaddiema, kemm f’Għawdex kif ukoll dawk f’Malta, huma l-pedament tas-suċċess ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna. B’kuntrast, l-Oppo¿izzjoni tal-lum tagħ¿el li tattakka lis-servizz pubbliku biex tipprova twaqqaf il-progress ta’ Malta u Għawdex. Gvern Laburista jagħti garanzija li se jkompli jkun ta’ spalla għall-ħaddiema tas-servizz pubbliku u għall-familji tagħhom.

Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Chief Executive Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23760, jista’ l-Prim Ministru jgħid: (a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (ċ) X’kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f’liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta’ dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f’liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta’ ħatra u l-kuntratt ta’ dawn iċ-Chief Executive Officers?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 23760 u 30089. Il-perjodu li għalih ikun maħtur Kap Eżekuttiv huwa stabbilit fil-kuntratt li jistipula l-kundizzjonijiet tal-impieg.
Leg 14 PQ #28651 Sitting 376 - 17/09/2025 16:00 2025-09-17 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista) To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23917 fejn intqal li t-tagħrif għadu qed jinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi l-lista kif inhuma fil-preżent, fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor.Interpellant li meta l-Prim Ministru,id-Deputat Prim Ministru, l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jkunu jservu f 'bordijiet  dawn ikunu ex-officio u għalhekk  ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni tas-sehem tagħhom. Korrezzjoni: Ara Dokument PL 5879 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 377 tat-22 ta' Settembru 2025

Bord tal-Gvernaturi tal-MCCAA — Ħatra ta’ membru

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ġie appuntat fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) minflok il-mibki Benny Borg Bonello? Jista’ jgħid xi proċess intuża biex intgħażlet din il-persuna?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sur Etienn Caruana ġie appuntat  membru fuq l-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur  minflok is-Sur Benny Borg Bonello . Dan il-membru ġie appuntat skont it- termini t’artikolu 9(1)(b)(vii) tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap.510).

Bordijiet Regolatorji - Membri — Ħatriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li l-ħatriet tal-membri ta’ bordijiet regolatorji jsiru fuq bażi staggered (kif diġà inhu l-każ għar-Regolatur tal-Enerġija u Servizzi tal-Ilma (REWS), b’tali mod li l-ħatriet tal-membri ma jintemmux kollha fl-istess żmien u b’hekk tiġi żgurata ċerta kontinwità fil-ħsieb u fil-mod ta’ tmexxija tar-regolatur ikkonċernat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern jikkunsidra l-idea ta’ skema ta’ rotazzjoni għall-ħatriet tal-membri f’bordijiet regolatorji, hekk kif diġà hija l-proċedura f’numru minn dawn il-bordijiet .

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mental Health First Aider

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx Mental Health First Aider appuntat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat illi d-Divi¿joni tal-People & Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru se tkun qed tikkonkludi ftehim ma’ Organizazzjoni non-governattiva sabiex ikun pprovdut taħriġ akkreditat għal Mental Health First Aiders  f’kull Ministeru, skont kif maqbul u mwiegħed fil-ftehim kollettiv tas-Servizz Pubbliku.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Sindki u Kunsilliera

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29962 dwar kemm hemm persuni li huma Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid f’liema kunsilli lokali qegħdin dawn il-persuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella t’hawn taħt: Sezzjoni Kunsill Lokali Segretarjat tal-Prim Ministru Marsa (Kunsillier) Birgu (Viċi Sindku) Ufficcju tas-Segretarju Permanenti, Vizjoni Malta  2050 (Implimentazzjoni u Koordinazzjoni) Xgħajra (Viċi Sindku) Stamperija tal-Gvern Pembroke (Kunsillier) PA to Lawrence Gonzi Fgura (Kunsillier) Segretarjat Parlamentari Riformi u l-Ugwaljanza Pembroke(Sindku) Segretarjat Parlamentari Riformi u  l-Ugwaljanza Ghaxaq(Kunsillier) Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Ghaxaq(Vici Sindku) MCCAA Hal Balzan (Kunsillier) MCCAA Rabat (Vici-Sindku)

Regolament (UE) 2024/900 - Implimentazzjoni effettiva — Miżuri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) 2024/900?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li r-Regolament (UE) 2024/900 huwa applikabbli b'mod dirett, fejn il-provedimenti rispettivi jidħlu fis-sehh minn Ottubru 2025. Għal dan il-għan f’dan l-istadju għaddejja l-hidma necessarja sabiex jigi żgurat l-implimentazzjoni effettiva tal-provedimenti tar-Regolament rispettiv.

Entitajiet Pubbliċi — CEOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jelenka l-ismijiet tas-CEOs ta’ kull entità pubblika li taqa’ taħt id-dekastru tiegħu? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll meta ġiet appuntata l-persuna kkonċernata fil-kariga ta’ CEO, meta tiġi fit-tmiem il-ħatra tagħha u a bażi ta’ liema kriterji ntgħażlet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 23760 fejn ma kien hemm l-ebda tibdil għas-CEOs appuntanti għajr (i) il-ħatra ta Brendan Zerafa bħala CEO fl-MCESD u (ii) l-fatt li s-SEM u l-NDSF m’għadħomx fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Liġijiet li jirregolaw il-ħolqien ta’ regolaturi — Inkonsistenza

Question

Fid-dawl li fil-liġijiet li jirregolaw il-ħolqien ta’ diversi regolaturi hemm inkonsistenza rigward persuni li huma esklużi milli jkunu membri tal-bordijiet tar-regolaturi konċeranti, pereżempju f’xi istanzi hemm esklużjoni fir-rigward ta’ Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) u/jew kunsilliera lokali, waqt li f’oħrajn m’hemmx, jista’ l-Prim Ministru jikkunsidra li dawn l-inkonsistenzi fil-liġi jiġu eliminati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern mhuwiex kontra l-prinċipju tal-uniformita’ fil-liġijiet li jirregolaw il-ħatriet ta’ regolaturi. Fl-istess waqt il-Gvern jifhem ukoll li jista’ jkun hemm ħatriet irregolati b’kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li japplikaw għal regolaturi oħra.

Uffiċini tal-Gvern — Roof gardens

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29865 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid kemm binjiet u uffiċini tal-Gvern għandhom roof garden?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Is-Settur Ċivili u s-Settur Pubbliku — Impjegati sospiżi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30066 u jgħid kemm hemm impjegati fis-settur ċivili u pubbliku li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda impjegat kemm fis-settur ċivili u dak pubbliku fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li bħalissa jinsabu sospiżi bi 80% tal-paga, minħabba każijiet kriminali pendenti fil-Qorti kontrihom.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419 .

Għawdex – Ħaddiema fis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku f’Għawdex, fl-2012? Jista’ jgħid ukoll: i. kemm hemm ħaddiema fis-settur pubbliku fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; ii. ma’ liema ministeri jaħdmu; u iii. f’liema gradi kien hemm l-ikbar żieda ta’ ħaddiema?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.