Sptar Mater Dei – operazzjonijiet fuq il-parti baxxa tad-dahar
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega għaliex l-operazzjonijiet fuq il-parti baxxa tad-dahar m'humiex fil-preżent isiru fl-Isptar Mater Dei u qed jiġu postposti għal jum ieħor? Jista’ jikkonferma li dan qed iseħħ minħabba xi nuqqas ta' apparat u jistax jgħid meta dawn l-operazzjonijiet issa ser isiru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm dewmien ta’ ftit ġimgħat sakemm prodott li jintuża waqt certi l-operazzjonijiet jiġi konsenjat f’Malta. Din il-problema ġiet risolta u dawn l-operazzjonijiet qedgħin isiru.
Persuni b’passaport tal-Unjoni Ewropea li jgħixu f’pajjiżna – teħid ta’ booster
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji u x’teħtieġ tagħmel persuna li qed tgħix f’pajjiżna u li għandha passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea peress li qed titlob li tieħu l-booster?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-persuni li ħadu doża waħda jew l-primary schedule f'pajjiż ieħor, iridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin li jkun ċertifikat tal-vaċċin validu u rikonoxxut u mbagħad ikunu jistgħu jieħdu d-doża li jmiss f'Malta. Din tgħodd ukoll għal persuni li qed jgħixu f’pajjiżna u għandhom passaport ta’ pajjiż fl-Unjoni Ewropeja
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara x’jista’ jsir biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tkun megħjuna peress li ma tistax tibqa’ tuża l-wheelchair li kellha u llum għandha bżonn wheelchair biex tkun tista’ tużah?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – servizzi tas-saħħa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm biex aktar servizzi tas-saħħa jibdew jiġu offruti ġewwa l-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizzi disponibbli mill-Klinika fil-Komunita’ tal-Mellieħa huma ta’ infermiera, tabib tal-Familja, podjatrija, tehid tad-demm, patologija tal-lingwa mitkellma, saħħa mentali u fiżjoterapija.
Id-dipartiment għas-Saħħa qiegħed iħares lejn il-possibbiltà li jinstab sit alternattiv għall-Klinika ta’ San Pawl il-Baħar sabiex ikun jista’ jżid s-servizzi f’dan il-lokal.
Dawn iż-żewġ kliniki ntużaw ukoll sabiex tingħata t-tilqima kontra l-Covid-19.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-persentaġġ ta' minuri f'Malta li tlaqqmu kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajji¿na sas-26 ta’ Jannar, ngħataw 17,953 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 5,069 ħadu it-tieni do¿a.
Studenti f’livell terzjarju mlaqqma kontra l-COVID-19 — persentaġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuwa l-persentaġġ ta' studenti f'livell terzjarju li tlaqqmu kontra l-COVID-19?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’pajji¿na sas-26 ta’ Jannar, ngħataw 164,548 do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lill-persuni bejn it-16 u d-29 sena, li minnhom 81,029 ħadu t-tieni do¿a.
Ninfurmah ukoll illi 46,082 persuni bejn it-18 u d-29 sena diġa ħadu l-
booster
. Nfakkru li l-
booster
sa issa qed tingħata lil dawk il-persuni minn 18 il-sena l-fuq.
COVID-19 – persuni li ma ħadux il-booster – persentaġġ
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid il-persentaġġ ta' dawk il-persuni illi ma ħadux il-booster iżda ħadu ż-żewġ vaċċini oriġinali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sas-26 ta’ Jannar, 97 fil-mija tal-persuni minn 12 il-sena l’fuq ħadu ¿-¿ewġ do¿i tal-vaċċin kontra l-Covid-19. Minn dawk il-persuni li huma eliġibbli għal-booster, iġifieri persuni minn 18 il-sena l-fuq, 76 fil-mija diġa ħadu l- booster.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienu r-rakkomandazzjonijiet li ressqu l-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali f’dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord tad-Diretturi għas-Saħħa Mentali ta u qed jagħti pariri primarjament fuq l-implimentatzzjoni tal-iStrateġija tas-Saħħa Mentali. Il-bord jagħti prijorita’ fuq liema servizzi għandhom jiġu msaħħa b’enfa¿i fuq is-servizzi li jingħataw fil-kommunita’, pariri fuq l-isptar Akut Psikjatriku Ġdid kif ukoll fuq l-immodernizzar ġewwa l-isptar Monte Karmeli. Bħalissa danl-bord ukoll qed jagħti l-pariri tiegħu dwar il-parteċipazzjoni tas-Servizzi għas-Saħħa Mentali f’Joint Action - ImpleMENTAL, li permezz ta’ dan il-proġett il-professjonisti se jingħataw taħriġ ta’ kif is-servizzi fil-kommunita’ jkomplu jiġu msaħħa u biex tinkiteb strateġija dwar il-Prevenzjoni mis-Suwiċidju f’Malta. Dan il-Bord qed jagħti wkoll l-pariri tiegħu fuq id-disinn u s-servizzi li għandhom jingħataw mill-isptar Temporanju Psikjatriku Akut.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika l-ispiża tal-obeżità f’dawn l-aħħar tliet snin? X’qiegħed isir biex tingħeleb din il-problema serja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant saru diversi kampanji u inizzjattivi biex titnaqqas l-Obe¿ita’f’pajji¿na matul dawn l-aħħar snin. Dawn jinkludu:
Il-Programm ’Pi¿ Tajjeb tul Ħajtek!’:Bejn l-2019 u l-2021 tkompla l-programm nazzjonali tat-telf ta’ pi¿. Fi Frar, sar Breakfast Meeting għall-professjonisti fejn fih introduċejna l-materjal ġdid u ddiskutejna l-programm, waqt li rajna kif nistgħu ntejbu l-programmi fil-futur. Minħabba l-Covid 19, n-nutrizzjonisti fi ħdan id-Direttorat Għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, ħadmu biex seta’ jsir il-Programm tat-telf ta’ pi¿ online. Bejn Ottubru u Diċembru ngħataw bidu tlett programmi pilota u saret evalwazzjoni ta’ dan il-programm online biex ġie rrivedut. Dawn il-programmi online ssoktaw bil-ħidma tagħhom fis-sena 2021.
Issoktaw ukoll il-programmi ta’ telf ta’ pi¿ għall-persuni bid-dijabete’ – dawn saru f’kollaborazzjoni mad-dipartiment tad-Dijabet’e fi ħdan l-Isptar Mater Dei.
Ri¿orsi Ġodda: Bi preparazzjoni għall-kampanji nazzjonali sabiex titnaqqas il-problema tal-obe¿ita’, ġew mfassla fuljetti nformattivi dwar il-ħsara li jiġi kkaw¿at minn konsum għoli taz-zokkor (Qed tikkonsma wisq zokkor?) speċjalment ikel li jkun fih z-zokkor moħbi kif ukoll fuljett informattiv dwar l-importanza ta’ ikel għani fil-fibra sabiex jin¿amm il-pi¿ tajjeb kif ukoll li jħares is-saħħa.
Saru kampanji fil-komunita’ u fuq il-postijiet tax-xogħol – dwar l-importanza tal-ilma u tal-ikel għani fil-fibra. Tnieda il-ktejjeb tar-Riċetti għall-BBQ u ta’ Ikel Bnin Għas-Saħħa kif ukoll ta’ ikel li fih i¿jed fibra .
Fl-2019, inħarġu Linji Gwida dwar id-Dieta’ għat-Tfal Maltin bejn 6 xhur u t-3 snin. Dawn il-linji gwida jkomplu mal-linji gwida għall-etajiet oħra. Saret kampanja biex nippromovu dawn il-linji gwida fejn saru wkoll diversi seminars għall-ġenituri u għall-professjonisti tas-saħħa u għall-carers fin-nurseries.
Fl-2019 tnehdew kampanji f’diversi postijiet tax-xogħol kif ukoll fil-komunita’ sabiex nedukaw dwar l-importanza tal-ikel nutrittiv, l-attivita’ fi¿ika u ¿-¿amma ta’ pi¿ tajjeb. Matul is-sajf saret kampanja fejn ukoll ingħatat importanza sabiex jinxtorob aktar ilma mingħajr zokkor mi¿jud u tqassam ktejjeb ta’ riċetti ġodda sabiex il-pubbliku jikkonsma aktar ikel bnin waqt il-BBQ’s fis-sajf.
Saru ukoll diversi laqgħat fil-komunita’ u fl-iskejjel għall-ġenituri fejn in-nutrizzjonisti fi ħdan id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa ġew mitluba jagħtu informazzjoni dwar l-ikel, u d-daqs tal-porzjonijiet tal-ikel u ddiskutew kif wieħed jista’ jagħ¿el stil ta’ ħajja tajba sabiex jin¿amm l-pi¿ tajjeb.
Kampanji fuq it-treddigħ: L-għan tal-kampanja kien li n¿idu t-tagħrif dwar it-treddigħ u l-beneffiċji tiegħu kemm għal omm u għat-tarbija. It-treddigħ inaqqas ir-riskju tal-obe¿ita’ fit-tarbija u matul il-ħajja. Fil 2019, saru ¿ewġ seminars, wieħed Malta u wieħed Għawdex. Saru ¿ewġ seminars online fl-2021 għal nisa tqal u l-partners tagħhom kif ukoll għal familji b’tarbija ġdid. Matul dawn is-seminars, ingħata informazzjoni dwar kif isir it-treddigħ u l-intoppi li jistgħu jinqalgħu u dwar l-ikel li jingħata lit-tarbija.
Proġetti Ġodda:
Proġett dwar il-Prevenzjoni tal-Pi¿ ¯ejjed fit-tfal tal-kindergarten – Toybox: Dan huwa proġett parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja bħala parti mill-Joint Action Chrodis+. Il-mira tal-proġett huwa li ntejbu l-imġieba ta’ tfal ta’ 3 u 4 snin f’erbgħa fatturi li jaffetwaw is-saħħa – ix-xorb tal-ilma, l-ikel u s-snacks sustanzju¿i, l-attivita fi¿ika u t-tnaqqis ta’ ħin bil-qegħda. Introduċejna wkoll sessjoni dwar is-saħħa tal-ħalq. Dan il-proġett sar fi tlettax il-skola tal-Knisja u erbatax il-skola indipendenti. 741 tifel u tifla pparteċipaw f’dan il-proġett. Dan sar matul is-sena 2018 u 2019.
EUPAP: Malta qed tipparteċipa fil-proġett tal-Unjoni Ewropeja (EU-PAP). F'dan il-proġett l-attività fi¿ika qed tiġi promossa bħala mezz ta' kif għandha tiġi immaniġġjata il-kura ta' kundizzjonijiet mediċi speċjalment ta’ mard kroniku, bil-preskrizzjonijiet li huma pprovduti minn professjonisti tal-kura tas-saħħa li jaħdmu qrib il-pazjent. Matul is-sena saru laqgħat online mal-Grupp ta’ Tmexxija, dwar Komunikazzjoni u Tixrid, laqgħat ta’ aġġornament mal-koordinatur tal-proġett u laqgħat ta’ Implimentazzjoni tal-WP7. L-indikaturi li se jitkejlu f'Malta ġew deċi¿i u kkonfermati. Inħolqu u ġew stampati ri¿orsi li se jintu¿aw minn dawk li jippreskrivu matul l-implimentazzjoni. Ġew organizzati u mogħtija ¿ewġ sessjonijiet ta’ taħriġ għal General Practitioners u Fi¿joterapisti. F’Novembru, saret laqgħa mill-Grupp ta’ Tmexxija fi Brussell, li matulha ġie ppre¿entat il-progress ta’ Malta. L-implimentazzjoni tal-EUPAP se tibda fi Frar 2022.
EUREMO- Proġett għall-immappjar tal-kontenut tan-nutrijenti fil-pajji¿i tal-Unjoni Ewropeja. Saru tħejjijiet għal seminar bħala parti minn proġett ta’ ġemellaġġ bejn Franza u Malta. Inġabret l-informazzjoni dwar eluf ta’ prodotti tal-ikel mibjugħa f’¿ewġ supermarkets f’Malta. Din l-informazzjoni ntbagħtet lit-tim tal-EUREMO għall-anali¿i u se tifforma l-ba¿i ta’ aktar ħidma relatata mar-riformulazzjoni tal-ikel u t-titjib tal-ikel.
Ġowie – dan huwa ktejjeb bid-disinn fejn jista’ jingħata kuluri u fih storja addatata għat-tfal ¿għar sabiex nedukaw dwar l-imġieba tajba sabiex tin¿amm saħħa tajba u pi¿ tajjeb.
Ġew iffinalizzati linji gwida għal min iħaddem, sabiex nindirizzaw is-saħħa tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol.
Dan il-Ministeru huwa impenjat li jindirizza l-problema tal-obe¿ità permezz ta’ approċċ multidimensjonali. It-taħriġ tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa huwa wieħed mill-azzjonijiet prijoritizzati.
Wara li l-kors dwar l-obe¿ità fit-tfal li sar fl-2017 kien suċċess, Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard reġa’ ngħaqad mal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obe¿ità (EASO) biex jagħti taħriġ multidixxiplinarju ta’ livell għoli fil-prevenzjoni u l-immaniggjar tal-obe¿ità tal-adulti lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa Maltin. Il-kontenut se jitwassal minn esperti minn madwar l-Ewropa.
Inizzjattiva oħra kienet li l-canteens, vending machines u ħwienet tal-Isptar Mater Dei bdew jipprovdu ikel bnin u nutrittiv għall-ħaddiema, vi¿itaturi u pazjenti bl-istess mod. Ingħatat lista ta’ ikel permissibbli u mhux permessibbli wara diversi diskussjonijiet bejn professjonisti tas-saħħa mill-Isptar Mater Dei u d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard. Ġie introdott kuntratt ġdid għall-provvista ta' ikel u xorb aktar b'saħħtu bba¿at fuq il-lista ta' ikel kemm permissibbli u dawk li mhumiex.
Id-Direttorat jorganizza wkoll kampanja The Lunch Box li tinkludi drama indirizzata lit-tfal ta’ bejn il-5 u l-10 snin li biha jintu¿aw karattri differenti (lebsin kostumi- Karmenu, Ganni u Bettina) biex jispjegaw l-importanza ta’ ikel tajjeb għas-saħħa u attività fi¿ika. Wara din id-drama ta’ 20 minuta, tqassam ktieb tar-riċetti flimkien ma’ ktieb tat-tpinġija (fuq il-frott u l-ħaxix) lill-ġenituri biex ikollhom ideat kif iħejju ikliet ta’ skola b’saħħithom flimkien mat-tfal tagħhom.
Membri mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard huma kontinwament involuti fl-edukazzjoni tal-pubbliku permezz tal-outreaches, programmi tat-televi¿joni u tar-radju, midja soċjali u fuljetti informattivi filwaqt li twaqqaf ukoll helpline dwar in-nutrizzjoni sabiex tindirizza kwalunkwe mistoqsija mill-pubbliku.
L-ispi¿a għall-kampanja dwar l-Obe¿ita’ fl-2019 kienet €68, 021.00, fl-2020 €63, 525.52 u fl-2021 €84, 891.53.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — organogramma
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istruttura (organogramma) tas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari (fil-każ li hemm wieħed)? Jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn il-persuni kienu diġà jaħdmu mas-servizz pubbliku u kemm minnhom qed jaħdmu bħala “persons of trust”?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 24070, ninfurmaha li l-għadd ta’ persuni fil-Ministeru li diġà jaħdmu mas-Settur Pubbliku hu ta’ 1, waqt li l-Persons of Trust jammontaw għal 27 li minnhom 19 huma fuq bazi ta’ part time.
Paola Hub – Soluzzjoni għar-residenti dwar parkeġġ
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20867, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x'passi u x’żviluppi kien hemm wara, sabiex jiġi assigurat post għall-ipparkjar tar-residenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Vincent Moran Paola Regional Hub se jkollu parkeġġ kbir ta’ l’ fuq minn 220 spazju, li se jkun aċċessibbli għal kulħadd u konness mal-binja prinċipali tal-Isptar. Dan jassigura li l-pazjenti, staff u viżitaturi ma jkollhomx għalfejn jieħdu l-parkeġġi tar-residenti. Dan il-parkeġġ se jkun jista’ jintuża ukoll mir-residenti nfushom
Foundation for Medical Services – financial statements
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Medical Services?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Foundation for Medical Services.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 24037, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ntefaq komplessivment fuq il-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tas-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għal-proġett tal-Paola Hub sal-aħħar tal-2021 kienet €22,955,029.60. (VAT inkluża).
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamnetari 23129, peress li t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15869 tkopri sa Ġunju 2020, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-informazzjoni mitluba minn Lulju 2020 s'issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba minnu minn Lulju tal-2020 sal-aħħar tal-2021.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hija l-ispiża ta’ kuljum għal kull sodda li hemm fl-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-isptar Mater Dei tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat. Din l-spiża tvarja minn € 200 sa € 1,200.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra:
(1) X'servizzi qed jingħataw fil-Berga ta' Ħ'Attard u b'liema frekwenza?
(2) Kemm-il darba fil-ġimgħa qed jattendi tabib u x'tip ta' servizzi qed jagħti?
(3) Is-servizz tat-tabib huwa 'walk in' jew bl-appuntament?
(4) Is-servizz tal-podoloġija f'din il-Berġa qed tingħata BISS lid-dijabetiċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tat-tabib fil-Klinika fil-Kommunita’ ta’ Ħ’Attard jingħata darba fil-ġimgħa, s-servizz tal-infermiera jingħata darbtejn fil-ġimgħa, tal-Podjatrija ħames darbiet fil-ġimgħa, tal-fiżjoterapija darbtejn fil-ġimgħa, tal-psikoloġista darba fil-ġimgħa, tal-iSpeech & Language Pathology tlett darbiet fil-ġimgħa, u tal-genetic counselling darba fil-ġimgħa.
Is-servizz tat-tabib jingħata permezz ta’ appuntament u huwa bbażat fuq il-mudell ġdid fejn it-tabib jagħti servizz ħolistiku u jindirizza kull tip ta’ kura medika li jkollu bżonn il-pazjent. Is-servizz tal-podjatrija jingħata lil kull min ikollu bżonn kura tas-saqajn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema raġuni fil-website “My Health” bħala informazzjoni tal-klijenti li jkunu qed jinqdew minn Poliklinika f’każijiet ta’ X-Ray, mhux turi riżultat li l-klijenti ta’ dan is-servizz ikunu jridu jafu? F’nuqqas ta’ din l-informazzjoni li mhux tingħata, pazjenti jkollhom jirrikorru għar-riżultat tal-X-Ray mill-Poliklinika minn fejn ikun sar l-X-Ray?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rapporti ta’ X-rays jibdew jidhru lill-pazjent fil-myHealth malli jiġu rilaxxati minn tabib li l-pazjent illinkja miegħu permezz tal-myHealth, jew 15-il jum wara li jaslu fil-myHealth, skont liema jiġri l-ewwel.
Fil-każijiet fejn pazjenti mhumiex illinkjati ma’ tabib permezz tal-
myHealth
, għandhom jirrikorru għar-riżultat tal-
X-Ray
għand tabib fiċ-Ċentru tas-Saħħa fejn ikun sar l-
X-Ray
.
Jidhirlux id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa li l-post fejn qed isir it-tilqim f'Għawdex fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Kerċem mhuwiex wieħed adekwat għax in-nies ikollhom jistennew għal żmien twil esposti għall-elementi sakemm jitlaqmu? Jista' jispjega għala ma ġiex identifikat post alternattiv fejn in-nies ma jkollhomx għalfejn joqogħdu barra fit-triq jistennew biex jitlaqqmu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ tilqim miexi b’ritmu tajjeb f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Minn nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar ta’ din is-sena, numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex bdew jaċċettaw nies mingħajr appuntamenti. Ġewwa Għawdex il-klinika ta’ Kerċem qiegħda tintuża għal nies mingħajr appuntamenti u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qiegħed jintuża għal tfal bejn il-5 u l-11 il-sena u special allergy clinics. Fil-jiem li ġejjin ser tiġi organizzata wkoll mobile clinic. In-numru ta’ ċentri li qedgħin jintużaw f’din il-fażi tal-programm jiġu stabbiliti skont id-demand għall-vaċċin, dan sabiex ikun hemm użu massimu taċ-ċentri.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijia parlamentari 23444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u l-mistoqsija parlamentari 23712 li saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm hemm anzjani li huma f’xi sptar pubbliku bħala social cases?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-isptarijiet ta’ Malta hemm 32 persuna li ħadet l-kura neċessarja u issa ġew ikklasifikati bħala Long term Care patients u li qed jistennew biex jiġu rilokati f’dar residenzjali. Informazzjoni dwar każijiet soċjali nerġa nitolbu jirreferi lill-Ministru kkonċernat.