Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid, matul l-2011 kemm ħarġu applikazzjonijiet għal impjieg fid-dekasteru responsabbli mill-Ministru u kemm ġew impjegati, kemm abbażi ta' kuntratt definit jew indefinit? F'kull każ x'kien il-grad/nomenklatura ta' impjieg li ġew imħaddma fih?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32933 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — tnaqqis mill-budget

Question

Tista' l-Ministru tagħti iktar dettalji u informazzjoni wara l-mistoqsija parlamentari 32240 li staqsa l-Onor. Joe Mizzi dwar ir-revizjoni 'l isfel fil-voti/budget li jaqgħu/jaqa' taħt il-qasam tal-edukazzjoni, anke billi tikkwota mil-line items li ġew approvati fl-aħħar budget estimates? L-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla okkorrendo kif se jintlaqtu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f’pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa’ jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu r-riżorsi neċessarji biex jerġa’ jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ukoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tal-istess Ministeru, kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fejn dan possibbli, nillimitaw fejn possibbli l-overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f’investiment kapitali, ta’ servizzi essenzjali bħal professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti jew ta’ għajnuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b’ebda mod m’hu se jimpattaw professjonijiet kruċjali fosthom ta’ professuri, lecturers, għalliema, learning support assistants u professjonijiet oħra li jħarrġu u jagħtu sapport lill-istudenti
Leg 11 PQ #32979 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Belt — Triq ir-Repubblika - informazzjoni rigward l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet tal-proprjetà li sa ftit ilu kienet l-Iskola tal-Mużika Johann Strauss fi Triq ir-Repubblika l-Belt? Kemm intnefaq s'issa? Min hu l-perit li qed jieħu ħsieb ir-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet? Meta hu ppjanat li dik il-proprjetà terġa' tintuża bħala dar it-tagħlim tal-mużika bħal ma kien isir qabel? Altrimenti għaliex il-gvern beħsiebu juża din il-proprjetà hekk kif jitlesta r-restawr/eżerċizzju ta' tiswijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onorevoli interpellant għandu informazzjoni skorretta. Qatt ma kellna Skola tal-Mużika fi Triq ir-Repubblika l-Belt. Nassumi li qed jirreferi għall-bini fi Triq l-iFran. Għalhekk nirreferieħ għat-tweġiba li ngħataw għall-Mistoqsija Parlamentari tal-istess interpellant Numru 27569 u Numru 25003. Restawr għadu ma bediex, għaliex l-iskola tal-Mużika mhux se tirritorna f’bini antik, iżda f’Kulleġġ ġdid tal-Arti. Għad m’hemm l-ebda deċiżjoni dwar il-futur ta’ din il-propjeta. Ir-restawr isir skont l-użu tal-bini.

PBS — Audited Accounts

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts tal-Public Broadcasting Services għal dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Audited Accounts tal-PBS tas-snin finanzjarji 2007/2008, 2008/ 2009 u 2009/2010, peress li l-Audited Accounts tas-sena finanzjarja 2010/2011 għadu mhux ffinalizzat.

Kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta' kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li inħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-Numru ta’ Kapijiet tal-iskejjel tal-knisja lajċi li nħatru fl-istess skola fejn kienu jaħdmu qabel il-ħatra tagħhom huwa 12.

Kapijiet ta' skejjel tal-knisja

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta' kapijiet ta' skejjel tal-knisja li huma: a) lajċi; u b) reliġjużi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-iskejjel tal-Knisja hemm 16 –il kap lajċi u 26 reliġjużi.

ETC — kwestjoni dwar għalliema li jgħallmu l-isnajja

Question

B'referenza għal dawk l-għalliema fi ħdan il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li nkarigati fuq snajja fost oħrajn peress li issa qed jingħad li l-fondi mill-Unjoni Ewropea spiċċaw, tista' l-Ministru tgħid x'se jiġri minnhom? Tista' tikkonferma jekk dawn il-korsijiet humiex se joħorġu minn idejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ u jmorru fi ħdan l-MCAST?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Wieħed ta’ min jiċċara illi l-iskop tat-taħriġ li jingħata mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huwa sabiex ikun jista’ jilqa’ b’mod effettiv għal nuqqas, jew bżonnijiet, ta’ ħiliet illi jkunu preżenti fis-suq tax-xogħol f’Malta. Għalhekk in-natura u n-numru ta’ korsijiet li jingħataw mill-ETC hija dinamika. Għaldaqstant dawn jinbidlu minn żmien għal żmien. Minħabba l-fatt illi l-Korporazzjoni ma għandiex programm ta’ taħriġ permanenti, imma, kif ingħad, il-korsijiet jiġu mfassla skont il-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, l-għalliema tal-korsijiet offruti mill-ETC m’humiex ingaġġati fuq bażi permanenti, iżda fuq bażi kuntrattwali. Dawn l-għalliema jagħtu s-servizzi tagħhom permezz ta’ sejħiet għal tenders. Sa’ mill-2009, l-ETC ħarrġet ‘il fuq minn 32,000 persuna fuq l-Employability Programme, li hu ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan il-programm kien ta’ suċċess, u mhux biss laħaq il-miri tiegħu iżda dawn ġew maqbuża. Dan it-taħriġ ingħata mhux biss lil persuni li qed ifittxu xogħol iżda wkoll lil dawk li qed jaħdmu u jridu jżidu l-ħiliet tagħhom. Bħal kull programm ieħor dan kellu baġit, li kien ta’ 5,253,211 Ewro, u issa l-programm jinsab fi stat avvanzat ħafna. Minkejja dan, xorta waħda għad hemm numru ta’ korsijiet li għadhom qed jingħataw għax il-programm għadu ma ntemmx. Minħabba s-suċċess ta’ dan il-programm il-Korporazzjoni ħasbet sabiex tagħmel applikazzjoni oħra biex tikseb programm ieħor ta’ taħriġ mill-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sejħiet mit-8 sejħa taħt l-Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013. Din l-applikazzjoni bħal issa qed tiġi evalwata u fil-każ li l-applikazzjoni tiġi milqugħa, jerggħu jinfetħu sejħiet oħra sabiex il-Korporazzjoni tkun tista’ tikkuntratta servizzi ta’ taħriġ għal numru ta’ korsijiet. Il-programmi ta’ taħriġ li ser jingħataw qed jiġu mfassla fuq bażi ta’ konsultazzjoni ma’ għaqdiet ta’ min iħaddem, u fuq analiżi interna li qed issir mill-Korporazzjoni, fejn fiha qed jiġu identifikati l-ħiliet li qed jiġu mitluba min dawk li jħaddmu. Dawn is-sejħiet iridu isiru ukoll f’kuntest legali ġdid ta’ kif entita’ tista’ tikkuntratta il-proviżjoni ta’ Servizzi. L-MCAST joffru l-programmi ta’ korsijiet tagħhom, li huma amministrati separatament minn dawk li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Servizz ta' facilitator

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hux possibli li t-tifel li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament jingħata għajnuna ta' facilitator peress li issa ilu applikat diversi xhur u fl-istat tiegħu qed isibha iebsa sabiex jitgħallem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni waslet quddiem l-Istatementing Moderating Panel f’Ottubru 2011 u ħa tingħata l-attenzjoni meħtiega fil-ġimgħat li ġejjin.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — purtinara part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi prospetti hemm li purtinari ingaġġati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni part-time jingħataw full-time employment fiż-żmien li ġej u dan partikolarment għal dawk li ġew ingaġġati aktar minn tliet snin ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx il-ħsieb biex l-ingaġġ tal-part-timers imsemmija jiġi kkonvertit għal wieħed Full-time . Madankollu, ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kemm ġie konkluż mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, eżerċizzju biex l- ingaġġ ta’ l- part-time Cleaners mad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi jiġi regolarizzat u għalhekk ser jiġi meqjus bħala mpjieg part-time mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Leg 11 PQ #33432 Sitting 461 2012-03-27 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Tnaqqas tal-Vot fil-Budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jkun qed jonqos il-vot fil-Budget 2012 dedikat għall-Ospitalità u mill-vot għall-Konsulenzi li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu hija responsabbli? Kemm kienu dawn l-ammonti għas sena 2011 u kemm kienu skont l-budget oriġinali għall-2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuqil-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32641 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — eżamijiet annwali - sistema ta' index number

Question

Tista' l-Ministru tinforma fuq liema bażi ġiet rifjutata t-talba li resqu numru ta' studenti li jattendu l-MCAST dwar ix-xewqa tagħhom li l-eżamijiet annwali jsiru permezz ta' sistema ta' index number minflok bl-isem tal-istudent u dan minħabba li dawn jiġu kkoreġuti mill-għalliema tagħhom stess? Tista' tara li din it-talba tiġi rispettata għall-benefiċċju tal-istudenti li jħossu li meta jirreġistraw b'index minflok b'isimhom ikun hemm aktar trasparenza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST qatt ma rrifjuta talbiet biex jintużaw ‘index numbers’ minflok ismijiet ta’ studenti fl-eżamijiet finali tagħhom. Fil-fatt, din is-sistema diġa’ tintuża mill-MCAST fl-eżamijiet relatati ma’ korsijiet akkreditati minn istituzzjonijiet internazzjonali bħal ‘City & Guilds’, ‘Association of Accounting Technicians’, ‘ITEC’ u bordijiet tal-eżamijiet oħrajn.
Leg 11 PQ #32708 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Self Employed — VAT registered

Question

Billi huwa magħruf li f’diversi ażjendi tal-Gvern hemm ħaddiema VAT registered u li qed jħallsu kontribuzzjonijiet sħaħ tan-National Insurance iżda xorta waħda għadhom rreġistrati bħala self employed mingħajr ebda drittijiet ta' ħaddiema regolari, tista' l-Ministru tgħid jekkl-Avviż Legali 44 tas-sena 2012 tapplikax għalihom wkoll peress li għalkemm ġiet fis-seħħ f’Jannar li għadda u minkejja li kien hemm persuni li ssodisfaw aktar minn ħames mit-tmien rekwiżiti tal-Avviż Legali, qalulhom li din tapplika għas-settur privat biss u mhux għall-kumpaniji u ażjendi parastatali u tal-Gvern? Tista' tara li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi jkun f’qagħda aġġoranta li jagħti tweġiba ċara lil min jistaqsi dwar dan? Jekk din tapplika għall-ħaddiema f’kull tip ta' ażjenda x’passi ħa il-Ministeru tagħha kontra dawk l-azjendi parastatali li qegħdin jirrifjutaw li jirrikonoxxu din il-Avviż Legali?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #32763 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta' Malta — fondi mnaqqsa

Question

Tista' l-Ministru tiċħad jew tikkonferma jekk tnaqqsux xi fondi oriġinarjament allokati lill-Università ta' Malta? Jekk iva, b'kemm tnaqqsu? Dawn se jkollhom xi impatt fuq xi faċilitajiet tekniċi u/jew akkademiċi offruti lill-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sar ftehim mal-Università ta’ Malta li €3 miljun mill-vot rikorrenti jiġi ttrasferit lill-vot kapitali. Dan seta’ jseħħ għax l-Università qed iddaħħal fondi rikorrenti minn sorsi oħra li kienu qed jiġu investiti fi proġetti kapitali, li issa ser jiġu koperti direttament minn fondi kapitali pprovduti mill-Gvern. Dan it-trasferiment ifisser li l-ebda proġett jew inizjattiva oħra li kienu ppjanati mhuma ser jiġu affetwati.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — allowances mħallsa lill-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32931 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università — finanzjament

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32571, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'options hemm għad-diskussjoni? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jinstab mudell ġdid u differenti? Min qed jieħu sehem fit-taħditiet u kemm-il laqgħa saret fuq dan is-suġġett f'din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università qed taħdem fuq mudell finanzjarju biex jiġi stabbilit il- cost-basis ta’ kull programm ta’ studju. Dan qed isir biex wieħed jiżgura li l-Università tirċievi fondi li jirriflettu l-bżonn tagħha fuq bażi tal-attività li tagħmel u s-servizz li tipprovdi.
Leg 11 PQ #32932 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kariga ta' direttur eżekuttiv u deputat direttur fl-Istitut għall-Istudju Turistiċi ġewx mimlija b'mod permanenti? Il-perjodu ta' prova (probation) għadda? X'inhuma l-kondizzjonijiet tal-impieg tagħhom, inkluż perks eċċ.?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Kopja tas-sejħa tad-Direttur Eżekuttiv u ta’ Deputat Direttur li jinkludu l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg tagħhom.
Leg 11 PQ #32941 Sitting 460 2012-03-26 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm part-time clerks fl-iskejjel tal-gvern? Tista' tgħid ukoll kemm huwa l-ħlas tagħhom u jekk jeħdux iż-żieda tal-għoli tal-ħajja jew parti minnha? Hemm il-ħsieb li l-ħlas taghhom jiżdied?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ skrivani part-time fl-iskejjel tal-gvern hu ta’ 137. L-iskrivani part-time jitħallsu b’rata ta’ ħlas fis-siegħa msejsa fuq skala ta’ Salarju 16 u għalhekk tinkludi ż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Dawk il- part-timers li jaqbżu l-1040 siegħa fis-sena jkunu intitolati għaż-żidiet ( increments ) fi skala 16. Għaldaqstant, ir-rata ta’ ħlas tvarja minn minimu ta’ €5.32 sa massimu ta’ €6.08 għal kull siegħa li jaħdmu. L-iskrivani part-time ikunu intitolati għall-bonus annwali u l-ħlas supplimentari ta’ kull ġimgħa, it-tnejn fuq bażi pro-rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma.

ITS — course description tas-suġġetti mgħallma

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-course description ta' dawn is-suġġetti mgħallma fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-kors tal-Foundation: Malti, Matematika u Ingliż? Tista' tpoġġi wkoll kopja tal-karta tal-eżami ta' dawn l-istess suġġetti li l-istudenti ngħataw fi tmiem l-ewwel semestru tas-sena akkademika 2011/2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Għall-course description fejn hemm inkluż s-suġġetti indikati, l-Onorevoli Interpellant mitlub ġentilment jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari Numru 32765. Is-suġġetti indikati ma kellhomx eżami fl-ewwel semestru ta’ din is-sena akademika. Għaldaqstant l-karti tal-eżamijiet ma jistgħux jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

ITS — course description tas-suġġetti mgħallma

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-course description ta' dawn is-suġġetti mgħallma fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi: Food and Beverage Service, Basic Costings, Integrated Relational Tourism, Sustainable Tourism, Food Chemistry, Cruise Liner Operations, Business Communications, Information Technology, Food Nutrition and Diet u Introduction to Hospitality Operations?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 32765.

Tarġa Gap — Istitut tal-Arti u Disinn -  aċċess għall-internet

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li ma kienx hemm aċċess għall-internet fl-Istitut tal-Arti u Disinn f’Tarġa Gap fil-Mosta għal aktar minn sena? Tista’ l-Ministru tinvestiga u tgħid jekk hemm xi pjanijiet biex tirrimedja din is-sitwazzjoni fil-futur qarib?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Istitut tal-Arti u d-Disinn riċentement beda jesperjenza xi diffikultajiet tekniċi fis-servizz tal-Internet. Kien għalhekk li bdiet ħidma biex isir magħruf il-kaġun ta’ dawn id-diffikultajiet, proċess li ma setax isir fi żmien qasir peress li n-nuqqasijiet setgħu kienu kkawżati kemm mill-infrastruttura tan-‘network’ intern tal-Istitut, kif ukoll mill-konnettivita’ tal-Internet ipprovduta mill-kuntrattur rispettiv. Madankollu, minkejja li matul dan iż-żmien l-Istitut kellu konnettivita’ limitata, kien biss f’xi każi iżolati li s-servizz tal-Internet inqata’ kompletament. F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-MCAST ħa l-azzjoni meħtieġa biex is-servizz tal-Internet jitjieb u jitreġġa għall-livelli normali. Aktar miżuri biex il-livell tal-konnettivita’ tkompli titqawwa se jiġu implimentati fiż-żmien li ġej. Sadanittant, l-MCAST qed janalizza wkoll x’tibdil jista’ jkun hemm bżonn biex l-infrastruttura interna tkun aktar robusta u tilqa’ għaż-żieda qawwija fid-domanda li kien hemm f’dawn l-aħħar xhur hekk kif l-ammont ta’ studenti fl-Istitut żdied sostanzjalment.