Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet huma l-istudenti, raħal/ belt individwalment li applikaw biex jattendu korsijiet fl-Università din is-sena, għal dawk li huma l-ewwel degree?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet huma l-istudenti, raħal raħal u belt belt li applikaw biex jibdew korsijiet ta' Masters jew Dottorat fl-Università ta' Malta f'din is-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uinversità ta' Malta — numru ta' studenti li applikaw biex jagħmlu kors
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta' studenti li applikaw u ġew aċċettati għal kull kors fl-Università ta' Malta li beda fis-sena akkademika preċedenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta' Malta — korsijiet li ma setgħux jibdew
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm korsijiet li għalkemm infetħu l-applikazzjonijiet għalihom, fl-Università ta' Malta, fil-fatt ma setgħux jibdew għax ma kienx hemm applikazzjonijiet biżżejjed? Liema kienu dawn il-korsijiet li ma setgħux jinfetħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-scholarship Statistics mogħtija minn STEPS, tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ngħatat dan l-ischolarship? Kemm applikaw u kemm ġew dikjarati li huma eleġibbli għal dan l-ischolarship wara li sar l-interview? X'inhi r-raġuni li mhux il-persuni kollha li ġew dikjarati eleġibbli mhux se jingħataw dan l-ischolarship?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għas-sejħa Nru. 6, taħt l-iskema STEPS, b’kollox applikaw 293 persuna.
Wara li saru l-intervisti u għalaq iż-żmien sa meta id-dokumenti kollha setgħu jintbagħtu, kien hemm 216 persuna eliġibbli.
Irid jingħad, li 49 biss instabu mhux eliġibbli. 27 irtiraw l-applikazzjoni. Kien hemm każ wieħed fejn il-persuna tefgħet żewġ applikazzjonijiet.
Mill-216 eliġibbli, 156 ingħataw borża ta’ studju.
Kien hemm 3 li ġew mogħtij borża ta’ studju u wara rtiraw minħabba li l-kors magħżul ma nfetaħx mill-Universitá. F’kull każ, il-borża ta’ studju ngħatat lil min kien imiss fl-Ordni ta’ Mertu kif pubblikata fit-22 ta’ Settembru, 2011.
Għal kull sejħa, hemm fondi speċifiċi għal kull Priority Area. Dawn il-fondi huma ppubblikati qabel jibdew l-intervisti. Il-boroż ta’ studju f’kull Priority Area jibqgħu jingħataw sakemm jintużaw il-fondi kollha.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex tnaqqsu l-programmi sportivi fuq TVM? Kemm kienu l-programmi li ġew imnaqqsa? Tista' tgħid kemm ġew impjegati ġurnalisti sportivi u b'liema kriterju ntgħażlu l-isportcasters ta' TVM fl-iskeda l-ġdida?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li TVM kellu ħames programmi sportivi skedati f’ħinijiet mhux addattati u l-produzzjoni li ma kenitx ta’ livell mixtieq. Qegħdin isiru pjani biex jibdew jittellgħu programmi ta’ livell kif jixirqilhom l-isportivi Maltin.
Ma ġewx impjegati ġurnalisti sportivi iżda l-PBS ħarġet sejħa għall-kontributuri tal-Isports biex twessa’ l-“pool” tal-kontributuri eżistenti.
L-isportscasters ta’ TVM fl-iskeda l-ġdida ntagħżlu skont id-deskrezjoni maniġerjali b’konsultazzjoni mal-koordinatur tal-isports u d-deċiżjoni ttieħdet fuq il-kompetenza tagħhom u fl-interess tat-telespettaturi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm għalliema mis-settur primarju u sekondarju li kienu qegħdin bil-parental leave u li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours għas-sena skolastika li għandha kif bdiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li kienu fuq parental/responsibility leave u li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours għas-sena skolastika 2011/12 kien ta’ 12 (tnax). Minn dawn 3 (tlieta) eventwalment irtiraw l-applikazzjoni tagħhom u daħlu fuq bażi full time.
Tista' l-Ministru tgħid kemm mill-għalliema li applikaw biex jaħdmu bir-reduced hours ġew aċċettati u rifjutati? X'suġġett jgħallmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ għalliema li qed jaħdmu bir-reduced hours huwa ta’ 9 (disgħa). Kien hemm tnax-il applikazzjoni li tlieta minnhom ġew irtirati mill-impjegati. Is-suġġetti li qed jgħallmu huma: Xjenza, Storja, Personal and Social Development (PSD), Edukazzjoni Fiżika, Ingliż, Health & Safety (Peripatetic – catch ‘em young), Taljan, Home Economics u Ġeografija.
Wara li saret tant pubbliċità biex inħajru ommijiet biex jirritornaw lura għax-xogħol, tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet li minħabba fihom kien hemm għalliema li ma ġewx aċċettati li jaħdmu bir-reduced hours?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi kien f’pożizzjoni li jilqa’ t-talbiet kollha li rċieva bil-miktub. Kien hemm tnax-il applikazzjoni , disgħa ġew aċċettati filwaqt li tlett applikazzjonijiet ġew irtirati mill-applikanti.
Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir fil-futur mill-bini tal-phasing out schools fosthom tal-Imtarfa, Rabat, Marsa u Gżira, wara li jingħalqu dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa dawn l-iskejjel qed jiġu phased out. Għas-snin li ġejjin se jibqgħu jiffunzjonaw bħala skejjel. Wara hemm xi skejjel li se jibqgħu fis-settur edukattiv għal servizzi diversi. Dawk li ma jibqgħux jintużaw jingħataw lura d-dipartiment tal-artijiet.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu n-numru tal-learning support assistants li għandna jaħdmu bħalissa fl-iskejjel tal-gvern? Kemm minnhom huma minn Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ learning support assistants bħalissa fl-iskejjel tal-istat huwa 1487 u minn dawn 374 huma Għawdxin.
Tista' l-Ministru tgħid meta kien ħa l-appointment iċ-Chief Executive Officer il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport? Meta spiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-
chief executive officer
tal-Kunsill Malti ghall-iSport ħa l-
appointment
tiegħu fl-1 ta’ Ġunju 2011 u spiċċa fis-16 ta’ Settembru 2011.
Peress li jidher li l-Kunsill Malti għall-Isport jinsab mingħajr chief executive officer għax li kien hemm jidher li mar lura fiċ-Ċivil, tista' l-Ministru tgħid jekk dan il-post, issa vakant, hux se jerga' jimtela? Jekk ir-risposta hija fil-pożittiv, tista' tgħid kif se jimtela dan il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-post vakanti ta’ Kap Eżekuttiv mal-Kunsill Malti għall-iSport se jimtela’ wara li jkunu segwiti l-proċeduri kollha stabbliti meta jkun hemm vakanzi simili.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm coaches differenti mal-Kunsill Malti għall-Isport? Tista' tgħid x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom u f'liema dixxiplina qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport fil-preżent għandu 47 coach part-time jaħdem miegħu. Dawn diġà kienu assenjati fid-diversi programmi sportivi u akkademji tal-KMS li saru f’diversi ħinijiet u ġranet tal-ġimgħa matul is-sajf li għadda li kienu jinkludu Summer On The Move, Active Youngsters, Sports Buzz u l-akkademja tal-għawm. Issa, flimkien ma’ numru ta’ coaches oħra li għad iridu jiġu ngaġġati, se jiġu impenjati fi Skola Sport, mal-iSport Promotion Unit u numru ta’ akkademji tal-KMS. Il-programmi sportivi tal-KMS jinkorporaw fihom diversi dixxiplini u ħiliet bażiċi sportivi fosthom Abseiling, Aerobics, Aikido, Atletika, Badminton, Ballet, Baseball, Basketball, Billiards, Bowling, Canoeing, Climbing, Ciklizmu, Danza, Ghawm, Ibburdjar, Karate, Futbol, Ġinnastika, Handball, Hip Hop, Judo, Karting, Kayaking, Kendo, Netball, Orienteering, Rugby, Scuba Diving, Snooker, Tennis, Volleyball u Weightlifting, kif ukoll ħiliet bażiċi fl-isport. Ir-rata tal-ħlas tal-coaches tvarja minn €8.15 sa €12.81 gross kull siegħa skont il-kwalifiċi u l-esperjenza tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-Kunsill Malti għall-Isport qed jikkonsidra jew jekk qatt ikkonsidra li jixtri xi żwiemel sabiex jgħallem l-isport taż-żwiemel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Kunsill Malti għall-iSport qed jaħdem sabiex iwaqqaf akkademja tat-trott u tal-galopp għat-tfal u għaldaqstant qiegħed f’taħdidiet biex jinxtraw numru ta’ ponijiet.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni wara ċ-ċaqliq ta' xi impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport dan l-aħħar? Tista' tgħid kemm kien hemm trasferimenti, minn fejn u għal fejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċaqlieq ta’ xi impjegati li sar dan l-aħħar fi ħdan il-Kunsill Malti għall-iSport kien dovut biex ikun riorganizzat aħjar ix-xogħol relatat mas-sigurta u l-manutenzjoni tal-kumplessi sportivi. Iċ-ċaqlieq sar kif ġej:
· Manager mill-Kumpless Sportiv tal-Qroqq għall-Kumpless Sportiv tal-Marsa;
· Erba’ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal unit tekniku li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-kumplessi sportivi kollha amministrati mill-KMS;
· Erba’ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għall-Kumpless Sportiv Kottonera;
· Ħames ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal mal-korsa taż-żwiemel fil-konfini tal-istess kumpless;
· Żewġ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għal mal-iSport Promotion Unit li bħalissa topera mill-Kumpless Sportiv Marsa stess;
· Żewġ ħaddiema mill-Kumpless Sportiv Marsa għall-Kumpless Sportiv tal-Qroqq;
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi xogħlijiet preparati għall-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul ix-xhur li ġejjin hemm pjan biex ikomplu x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni regolari fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq. Barra minn hekk hemm skedat ukoll xogħol relatat mal-Fitness Centre u l-isquash courts.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-Bord tad-Diretturi (Board of Governors) tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwiex Advisory Board jew jekk hux Executive Board? Tista' tpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra it-terms of reference ta' dan il-Bord? Min huma l-membri? Meta nħatar dak li qed iservi bħalissa u meta jiskadi t-terminu tiegħu?
Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-
terms of reference
tal-Board of Studies tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri attwali? Kif ġew maħtura? Meta jiskadi t-terminu tagħhom?
Tista' tispjega r-rwol tal-co-ordinators fost l-istaff akkademiku tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm hemm iservu f'din il-kariga bħalissa u f'liema oqsma akkademiċi? B'liema proċedura jintgħażlu? X'inhu l-massimu ta' sigħat ta' tagħlim li jistgħu jagħmlu fil-ġimgħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 28587 tas-seduta 390.
teaching adults with developmental disabilities — għalliema
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġiex deċiż min se jimla l-post ta' teaching adults with developmental disabilities? Kemm għandhom bżonn għalliema għal dan il-post? Kemm poġġew nies għal dan l-interview? Kemm minnhom għaddew minn dan l-interview? Kif tqassmu l-marki u fuq liema kriterji ngħataw dawn il-marki? Hemm xi metodu li l-parteċipanti li ħadu sehem f'dan l-interview ikunu jafu kif u għaliex u fuq liema kriterji ngħataw il-marki li ngħataw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S'issa għadhom ma mtlewx il-postijiet ta’ Edukaturi tal-Adulti għall-persuni b’diżabilità intellettwali li jattendu fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.
Hu maħsub li se jkun hemm bżonn ta’ 14-il edukatur.
19-il kandidat resqu għall-intervista.
14-il kandidat għaddew.
Il-marki u l-kriterji huma mehmuża.
Kull applikant għandu dritt jikteb lid-Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja sabiex jingħata
breakdown
tar-marki ndividwali tagħhom.
L-informazzjoni l-oħra mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.