Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għad-divorzju mill-1 t'Ottubru 2011 'l hawn? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati mill-Qrati tagħna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sallum kien hemm dawn il-kazijiet ta’ divorzju:
Rikorsi ghal Divorzju – wara separazzjoni: 346
Rikors Kongunt ghal Divorzju – wara separazzjoni: 93
Rikors ghal divorzju – kawza ta’ separazzjoni pendenti 37
Rikors ghal Divorzju – partijiet mhux separati 15
Citazzjoni ghal Divorzju 0
Total Globali 491
Decizi:
Rikorsi ghal Divorzju – wara separazzjoni: 162
Rikors Kongunt ghal Divorzju – wara separazzjoni: 60
Total 222
Qorti ta’ Ghawdex:
Mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-11 ta’ Mejju 2012 ġew preżentati erbatax-il (14) rikors għad-divorzju.
Minn dawn ġew decizi tnax (12).
Dawn huma kollha każijiet ta’ koppji li kienu ġia legalment separati.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file tal-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għadu ma ġiex proċessat u l-applikanta ilha snin tistenna biex ikollha saqaf fuq rasha għaliha u għall-uliedha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra u qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fil-prezent l-Awtorità tad-Djar għandha 424 kazijiet ta’ sharing accommodation li huma adequate.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kariga ta' assistent direttur fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja kinetx okkupata sa minn April 2011 mingħajr ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni? Saru interviews neċessarji sabiex jintgħażel Direttur ġidid? Kemm daħlu applikazzjonijiet? Intlaħqu l-kriterji neċessarji minn dawk li qagħdu għall-interviews?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar specifiku fid-domanda tiegħu billi jindika d-dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jindirizza l-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-flats, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, fejn biċċiet mill-gallariji qed jaqgħu? Jistgħu jintbagħtu xi ħaddiema fuq il-post qabel ma jkorri xi ħadd?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-awtorità ħadet nota ta’ din l-interpellanza u se żżur il-fond fil-jiem li ġejjin.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32856, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna kkonċernata peress li kellhom jikkuntatjawha imma għadha bla risposta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata sabiex tagħti aktar informazzjoni lid-dipartiment sabiex ikun jista' jagħmel ir-riċerka neċessarja u jagħti tweġiba, iżda l-persuna ma waslitx l-informazzjoni mitluba lid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32939 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux id-dritt li jieħu sussidju tal-mard u dak supplimentari?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il proposta għar-regolament u/jew direttiva mressqa mill-Kummissjoni Ewropeja ġew analizzati permezz tal-istrutturi fi ħdan il-MEUSAC mill-2008 'l hawn u liema kienu dawn il-proposti li ġew analizzati? Saret analiżi dwar kif tali proposti kienu se jolqtu s-setturi konċernati? Jekk din l-analiżi saret, jista' jgħid jekk għal kull proposta għar-regolament u/jew direttiva mressqa mill-Kummissjoni Ewropea, ġiex eventwalment imħejji impact assessment report dwar kif se jintlaqtu s-setturi kkonċernati u dwar il-pożizzjoni li kellha tieħu Malta f'dan ir-rigward? Jistgħu dawn ir-rapporti relatatti jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Il-konsultazzjonijiet li jsiru permezz tal-MEUSAC mhumiex limitati sempliċement għal proposti ta’ regolamenti u/jew direttivi. Jsiru wkoll konsultazzjonijiet dwar trasposizzjoni ta’ Direttivi, pjanijiet ta’ azzjoni lokali li jkunu bbażati fuq obbligazzjonijiet bħala Stat Membru tal-UE, xi rapporti ta’ relevanza għal Malta, kif ukoll dokumenti ta’ konsultazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Mill-2008 ‘l hawn saru konsultazzjonijiet permezz tal-MEUSAC dwar:
· 52 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea
· 12 il-proposta għal Direttiva
· 14 proposti għal Regolament
· 5 White jew Green Papers
Id-dettalji jinsabu fid-dokument mehmuż.
Dwar jekk isirx
impact assessment
u l-pożizzjoni ta’ Malta fuq dawn id-dokumenti li joħorġu mill-Kummissjoni, dawn il-materji ma jaqawx taħt il-kompetenza tal-MEUSAC. Il-MEUSAC reġa ġie mwaqqaf biex, għall-fini ta’ konsultazzjoni, joffri forum ta’ konsultazzjoni bejn il-Gvern u l-istakeholders b’mod partikulari l-partiti politiċi, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili u biex jiffaċilita dan il-proċess. Ir-responsabiltà li titħejja l-pożizzjoni ta’ Malta u li jsiru l-istudji kollha neċessarji biex jitkejjel l-impatt politiku, ekonomiku u soċjali hi tal-Ministeru kkonċernat li taħtu taqa’ l-materja li tkun is-suġġett tal-proposta in kwiestjoni. F’kull każ, jitħejja dokument, imsejjaħ Explanatory Memoradum li fih jaddotta l-pożizzjoni ta’ Malta u li tkun ibbażata fuq l-analiżi ta’ kif dak li jkun qed tiġi propost jista’ jaffettwa lill-istakeholders. Dan id-dokument jiġi approvat mill-Gvern u wara dan, jiġi trasmess lill-Parlament għall-iskrutinju. Il-MEUSAC ukoll jieħu ħsieb jiċċirkula dawn l-Explanatory Memoranda lill-membri kollha tal-Kumitati Settorjali u tal-Core Group għall-iskrutinju tagħhom.
Minbarra dan, kull ħmistax, il-MEUSAC jibgħat
updates
lill-membri tal-Core Group u lill-membri tal-Kumitati Settorjali li fihom jitniżżlu l-aħħar żviluppi fuq il-livell tal-UE, inklużi inizjattivi leġiżlattivi ġodda mill-UE. Il-membri huma mħeġġa biex jekk jidhirilhom, iqajjmu dawn il-materji bħala suġġett għal konsultazzjoni. Bi ftehim mal-Kumitat tal-Kamra għall-Afarjiet Barranin u Ewropej, l-uffiċjali tal-MEUSAC iħejju wkoll edizzjoni speċjali ta’ dawn l-Updates li jintbagħtu lis-segretarju tal-Kumitat Parlamentari biex jgħaddihom lill-membri tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25966, jista’ l-Ministru jgħid jekk finalment il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali identifikatx liema huma dawk is-servizzi li se jiġu koperti bil-Quality Service Charters u jekk dawn is-servizzi finalment għandhomx l-istandards meħtieġa? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istandards?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali għada ma identifikatx servizzi li ser jiġu koperti bil-Quality Service Charters. Madanakollu, il-Fondazzjoni għandha d-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti li jiġu mħaddna fis-servizzi* kollha offruti mit-tlett Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni. Dawn id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti huma provduti għall-pubbliku fir-reception ta’ l-Aġenziji. Kif huwa indikat fuq dawn id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti, jekk individwu ma jkunx sodisfatt bil-progress, in-nuqqas ta’ ftehim ma jkunx ġie solvut, jew l-ilment ikun jinvolvi kwistjonijiet sensittivi ħafna, jista’ jagħmel ilment formali. Il-klijent jista’ l-ewwel jikkuntattja lill-persuna inkarigata mis-servizz bħal-leader jew inkella s-Service Manager, sabiex jiggwidawh dwar il-proċedura jew inkella jikkuntattja dirett lill-Quality Assurance and Systems Auditor. Kopja tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti qed tigi mehmuza ma’ din it-twegiba.
Filwaqt li r-responsabbilta’ ta’ ħarsien ta’
standards
tas-servizzi offruti tinsab f’idejn id-
Department for Social Welfare Standards
(DSWS)
,
bħalissa, il- Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali qed taħdem flimkien mad- DSWS sabiex jiġu mwaqqfa
standards
għal
Drug and Alcohol Residential Rehabilitation Programmes.
*Is-servizzi li fihom jiġu mħaddna dawn id- Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti jinsabu fil-lista hawn taħt:
Agenzija Appogg
Agenzija Sapport
Agenzija Sedqa
Out of Home Care Programme
Social Work Services
Prevention Services
Intake & Protection Services
Community Services
Care Services (incl. Residential and Community-based)
Health & Family Services
Residential Services
Community Services
Resource Services
Children & Young Persons’ Support Services
Day Services
Reġistru ta' persuni li jinsabu ħatja ta' reati kontra tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti eżatt ir-Reġistru ta’ persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati kontra t-tfal? Min jista’ jkollu aċċess għal dan ir-Reġistru?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-thaddim tar-Registru ta' persuni li jkunu nstabu hatja ta' reati kontra t-tfal huwa regolat mid-disposizzjonijiet tal-Att dwar Registrazzjoni ghall-Protezzjoni tal-Minuri - Kap 518.
Hadd m’ghandu access liberu ghar-registru u biex tinghata informazzjoni mir-registru jrid isir rikors lill-qorti kompetenti u jekk il-qorti tilqa’ t-talba hi tidentifika l-informazzjoni li tista’ tigi zvelata u tordna li l-informazzjoni tinghata lil min ikun ghamel ir-rikors bil-miktub u dan skont l-Art.4 tal-ligi.
Jista' l-Ministru jara kif il-probelma tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi solvuta peress li qed jidħlilha l-ilma mill-komun tal-blokka?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi ufficjali mill-awtorità se jzuru dan il-komun u flimkien mal-Amministratur ta’ din il-blokka jipprovaw issibu soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna ġiet meħlusa mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti Istruttorja peress li ma kienx hemm raġunijiet biżżejjed bix jitqiegħdu taħt att t'akkuża prima facie?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li;
Qrati tal-Ġustizzja Malta
Minn riċerka li saret jirriżulta li fl-aħħar ghaxar snin kien hemm 14-il-persuna li gew mehlusa mill-Qorti tal-Magistrati bħala Qorti Istruttorja peress li ma kienx hemm raġunijiet biżżejjed biex jitqiegħdu taħt att t’akkuża
prima facie
.
Fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex
Fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex ma nżommux statistika f’dan ir-rigward, però minn riċerka li saret, ma jirriżulta li kellna ebda tali każ fl-aħħar għaxar snin.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha għaż-żmien bejn 1 Frar 2010 u 30 Ġunju 2010 li għaddiet bejn il-MEUSAC u l-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli, tar-Rabat, tal-Imdina, ta’ Ħ’Attard, ta’ Ħal-Lija, ta’ Birkirkara, ta’ Santa Venera, ta’ Ħal-Balzan, tan-Naxxar, tal-Ħamrun, tal-Furjana u tal-Belt Valletta?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tkun aktar speċifika fl-informazzjoni li qiegħda titlob biex din tkun tista' tingħata tweġiba.
B'referenza għall-mistqosija parlamentari 34031 fejn intalbu aktar dettalji dwar il-każ, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-ilment rigward Housing Estate li sar aktar minn tliet snin ilu u li r-referenza dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti iktar informazzjoni kif ukoll jehmeż r-rapport li qiegħed jagħmel referenza għalih, sabiex tkun tista' tiġi mwieġba din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħareġ iċ-children allowance ta' tliet ulied min tal-konjugi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex eleġibbli sabiex jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li huma jħallsu lis-sid tar-residenza fejn jabitaw?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni msemmija kienu diġà bbenefikaw minn skema maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk, huma ma jistgħux jerġgħu jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid fil-każ ta' talba għad-divorzju x'inhuma l-ħlasijiet li skont ir-regolai tal-Qorti jintalbu mil-istess Qorti minn dawk li jkunu qed jitolbu d-divorzju?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Skont ir-regoli tal-Qorti, il-ħlasijiet li jintalbu mill-istess Qorti minn dawk li qed jitolbu d-divorzju huwa tipikament hekk:-
Dritt
Ammont mitlub (€)
Preżentata tar-rikors ġuramentat
11.65
Notifika (X 2)
6.98
Risposta
11.65
Notifika (X1)
3.49 ( u 2.33 jekk jiġi notifikat l-avukat tal-attur)
Dritt tal-avukat (ta’ kull parti)
150
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tingħata xi forma ta' għajnuna peress li m'għandha l-ebda tip ta' dħul ieħor u d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ilu għaddej bil-proċess mit-13 ta' Novembru?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata se tiġi infurmata bil-posta dwar l-eżidu tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu xi tliet ġimgħat jirreġistra u meta mar għand il-professur, qallu li mhux tajjeb għax-xogħol u għaddew tliet xhur mingħajr ma rċieva xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna koncernata se tigi infurmata permezz ta' ittra dwar il-kaz taghha.
Jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' housing tal-individwu li d-dettalji dwarhu jidhru separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata m'għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fit-2 ta’ Lulju 2010.