Ministeru għat-Turiżmu — applikazzjonijiet pendenti għal-lokalitajiet tal-Imġarr, il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema applikazzjonijiet pendenti għandu l-Ministeru jew xi entità li taqa' taħtu, quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal-lokalitajiet tal-Imġarr, Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti taghrif dwar liema permessi validi tal-Awtorità tal-Ippjanar għandu kemm il-Ministeru kif ukoll l-awtoritajiet/entitajiet li jaqgħu taħtu? F'kull każ x'inhu x-xogħol involut?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-segwenti huma l-applikazzjonijiet pendenti li għandhom l-entitajiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar:
· applikazzjoni biex jitneħħa t-taraġ tal-konkos eżistenti li jinsab fiż-żona tat-Tunnara l-Mellieħa (aċċessibbli minn Triq il-Marfa) u jerġa’ jinbena mill-ġdid kif inhu. Dan minħabba l-ħsarat li sofra matul iż-żmien.
· Applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ dawl fuq il-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.
Intant, is-segwenti huma l-permessi validi:
· applikazzjoni biex jiżżarmaw u jitneħħew elementi perikolużi eżistenti u r-rikostruzzjoni tal-istess elementi bħal dawk eżistenti fl-istore li d-Diviżjoni tat-Tindif għandha ġewwa l-Armier;
· Tisbiħ tal-pjazza – Misraħ il-Parroċċa, Triq Salvinu Vella u Triq l-Inkurunazzjoni, Mellieħa;
· Restawr tal-Istatwa tar-Ruħ, Mellieħa;
· Tisbiħ ġewwa s-Salt Pans, Dawret il-Gżejjer, San Pawl il-Baħar;
· Tisbiħ tal-Belvedere fi Triq San Franġisk ma’ Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar;
· Tisbiħ tas-sit li jinsab fi Triq il-Luzzu, f’żona pubblika ġewwa San Pawl il-Baħar;
· Tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba;
· Installazzjoni ta’ digital kiosk u smart bench fil-Pjazza ta’ Buġibba;
· Restawr tal-Istatwa ta’ Għajn Rażul, San Pawl il-Baħar.
ITS — studenti li ggradwaw mill-korsijiet MQF Level 6
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-korsijiet MQF Level 6 mill-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS) ikklassifikati skont ir-raħal ta' fejn jirrisjedu, bejn l-2012 u l-2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn mindu bdew jiġu offruti korsijiet fil-livell MQF 6, in-numru ta’ gradwati mill-Istitut tat-Turiżmu kien is-segwenti:
Sena
Numru ta’ gradwati
2017/8
23
2018/9
17
2019/20
39
2020/1
35
2021/2
52
Fl-aħħar sentejn iggradwaw ukoll 36 student fil-livell MQF 7.
ITS — studenti li kkwalifikaw mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ikkwalifikaw studenti mill-korsijiet MQF 3, 4 u 5 mill-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS) skont ir-raħal ta’ fejn jirrisjedu bejn l-2012 u 2022?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ gradwati f’korsijiet MQF Levels 3, 4 u 5 mill-Istitut tat-Turiżmu bejn 2012 u 2022 huma s-segwenti:
Sena
Numru ta’ gradwati
MQF 3
MQF 4
MQF 5
2011/2
/
36
25
2012/3
132
33
33
2013/4
130
93
40
2014/5
56
119
24
2015/6
73
14
26
2016/7
61
114
36
2017/8
104
67
32
2018/9
93
35
18
2019/20
89
45
10
2020/1
81
38
25
2021/2
99
104
27
Fl-aħħar sena akkademika ggradwaw ukoll 34 student fil-livell MQF 2.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sticker twaħħlet mal-boroż tal-iskart minħabba li dawn instabu barra fil-ġurnata li fiha ma jinġabarx dan it-tip ta' skart? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni lokalità lokalità? Jista' jgħid x'verifiki qed isiru li l-iskart verament ikun inħareġ fil-ġurnata l-ħażina u mhux li l-kuntrattur ma jkunx ġabar dan l-iskart meta suppost ġabru qabel ma jitwaħħlu dawn l-istickers?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-kariga li jokkupa fil-preżent l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x'inhu l-pakkett finanzjarju li jgawdi, inkluż perkaċċi u benefiċċji oħrajn?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-persuna msemmija tokkupa l-kariga ta’ Artistic Director b’salarju bażiku ta’ €43,404 fis-sena.
MTA – dikjarazzjoni dwar abbuż minn fondi pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mid-dikjarazzjoni li kienet għamlet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-16 ta' Jannar 2022, fejn kienet qalet li wara l-abbuż sfaċċat li kien sar minn fondi pubbliċi, l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien se jiġi degradat għal pożizzjoni fejn ma jkollux poteri deċiżjonali? Jista' jgħid ukoll jekk dawk il-fondi li ntefqu għal użu personali ġewx rifużi lura lill-Awtorità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’deċiżjoni tal-Bord tal-MTA, il-persuna msemmija bħalissa qed tokkupa l-kariga ta’ Artistic Director u ma baqgħalha l-ebda poter deċiżjonali. Ġejt infurmat ukoll li l-fondi minfuqa f’Diċembru 2021 għall-użu personali, ġew rifużi lill-Awtorità fl-intier tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 54 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Financial Incentives for the Audiovisual industry — għoti ta' inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896, 5647 u 5844 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?
Ministeru għat-Turiżmu – persuna li sservi bħala CEO ta’ żewġ entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li sservi bħala CEO ta’ żewg entitajiet? Jista’ jgħid kif persuna waħda tista’ tiġi permessa tagħmel xogħol bħala CEO full-time ta’ żewġ entitajiet differenti tal-Gvern, illi t-tnejn inzertaw jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pożizzjoni ta’ CEO fl-ITS hija full-time filwaqt li dik fl-MCC hija fuq bażi part-time.
Ninformah li s-Sur Fenech ġie maħtur CEO tal-MCC u sussegwentement tal-ITS fl-2015 wara 25 sena jaħdem fis-settur privat. Il-ħatra fl-MCC saret wara li s-CEO ta’ qablu li fl-2009 kien ġie appuntat mis-Segretarju Parlamentari tat-Turiżmu ta’ dak iż-żmien bħala CEO tal-MCC u tat-Teatru Manoel, ġiet vakata.
Tajjeb li wieħed jirrimarka li mill-bidu tat-tmexxija tiegħu fl-ITS, l-istituzzjoni rat l-akbar bidla trasformazzjonali sa mit-twaqqif tagħha 35 sena ilu. Is-Sur Fenech ħa t-tmun tal-ITS f’mument meta din kienet qed tirriskja li titlef il-liċenzja biex topera bħala istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja. Wiret istituzzjoni li kienet traskurata għal snin sħaħ mill-amministrazzjonijiet preċedenti u prova ta’ dan huma r-rapporti kritikanti tal-NAO u rapport ta’ segwitu mill-IAID fl-2012 li fih ġie nnutat li mhux biss l-ITS ma tejbitx fuq ir-rakkomandazzjonijiet li sarulha, iżda fil-fatt kienet fi stat agħar.
Apparti li s-Sur Fenech irnexxielu jibni struttura ta’ riżorsi umani mill-qiegħ nett peress li f’dak iż-żmien ma kienx hemm struttura fis-seħħ, kien biss taħt it-tmexxija tas-Sur Fenech li ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv mal-GWU għall-istaff amministrattiv – ftehim li kien ilu mistenni 30 sena. Is-Sur Fenech kien strumentali biex wara negozjati twal jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-letturi tal-ITS b’tali mod li dawn jiġu ugwali ma’ istituzzjonijiet edukattivi għolja.
Wara 8 snin, is-Sur Fenech, flimkien mat-tim dedikat tiegħu, mhux biss irnexxielhom idawwru s-sitwazzjoni billi kisbu riżultati tajbin f’numru ta’ audits li saru matul is-snin, iżda wkoll minn istituzzjoni li fl-2015 kienet toffri korsijiet sal-livell 5 MQF/EQF għal istituzzjoni li toffri degrees u Masters tal-ogħla kwalità fil-livelli 6 u 7. L-ITS bdiet tiġi rikonoxxuta fil-fora internazzjonali u kien propju għalhekk li s-Sur Fenech irnexxielu jassigura ftehim ma’ istituzzjonijiet edukattivi li huma fost l-aqwa fid-dinja. Illum qed nassistu għall-ewwel istituzzjoni edukattiva li mhux biss se toffri l-edukazzjoni tagħha f’Malta, iżda permezz ta’ ftehimiet fis-seħħ u oħrajn li għandhom jiġu ffirmati dalwaqt, l-ITS se tibda tesporta s-servizzi edukattivi tagħha u tirreġistra studenti f’pajjiżi terzi permezz tal-ftuħ ta’ satellite campus lil hinn minn xtutna. L-ITS illum tinsab f’pożizzjoni li mhux biss toffri prodott eċċellenti lill-istudenti Maltin, iżda wkoll qed tiġbed l-attenzjoni tal-barranin li jridu jiġu jistudjaw hawn Malta. Taħt it-tmexxija tas-Sur Fenech, il-ħolma għall-industrija tagħna li jkollna kampus ġdid state of the art bdiet titwettaq.
Fir-rigward tal-MCC, is-Sur Fenech hawnhekk ukoll wiret entita’ li ma kinitx qed tingħata l-importanza dovuta. Flimkien mat-tim dedikat tiegħu, f’temp ta’ 7 snin ġew investiti €8.5m fi proġetti kapitali – medja ta’ miljun fis-sena ikkumparat ma’ kważi miljun fuq erba’ snin (2008-2012) mill-amministrazzjoni preċedenti. Sal-aħħar ta’ din is-sena mistennija tkun miftuħa s-Slaves Hall li tikkumplimenta ż-żewġ proġetti li ġew varati fl-aħħar snin, ċioe’ il-Grand Harbour Terrace at MCC u l-Girolomo Cassar Hall.
Is-Sur Fenech irnexxielu jdawwar lil MCC minn istituzzjoni b’pożizzjoni finanzjarja ta’ break-even għal waħda profittabbli, sal-punt li anke fl-agħar żmien tal-pandemija meta prattikament l-entita’ tilfet in-negozju kollu tagħha, xorta kienet f’po¿izzjoni li tkompli bl-investiment fil-bini mingħajr ma kien hemm il-bżonn ta’ intervent finanzjarju mill-Gvern Ċentrali. Intant, taħt it-tmexxija tas-Sur Fenech, fl-2022 l-MCC irreġistra l-aqwa riżultati fl-istorja finanzjarja taċ-Ċentru.
Malta Film Commission — Malta Film Week u l-Malta Film Awards 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-Malta Film Week u l-Malta Film Awards fis-sena 2023 u jekk il-Malta Film Commission għandhiex baġit għal dan l-avveniment u kemm ser tkun l-ispiża għas-sena 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li jekk u meta jkunu se jsiru l-avvenimenti msemmija, toħroġ stqarrija a propositu.
Malta Film Commission — audited accounts u r-rapporti annwali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts u r-rapporti annwali tal-Malta Film Commission għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019, 2020 u 2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13385 tal-Leġiżlatura XII, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audited accounts għas-snin 2014 sa 2019.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma preżenti tal-Malta Film Commission? Jista’ jippubblika wkoll il-lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Commission, bil-paga, l-allowances u l-benefiċċji l-oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa s-CEO tal-Malta Film Studios u jippubblika l-kuntratt eżistenti għal din il-pożizzjoni, inkluż dettalji ta’ paga, allowances u benefiċċji oħra?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma preżenti tal-Malta Film Studios? Jista’ jippubblika wkoll il-lista tal-pożizzjonijiet kollha fi ħdan il-Malta Film Studios, bil-paga, l-allowances u l-benefiċċji l-oħra mħallsa għal kull pożizzjoni u jgħid jekk il-persuna f’impjieg għal kull pożizzjoni hijiex f’kuntratt definit jew indefinit?
Ministeru għat-Turiżmu – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u mil-liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5620, peress li t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li rreferieni għaliha ma tweġibx il-mistoqsija li saritlu, għaliex il-mistoqsija tiegħi kienet rigward is-sejħa tal-kuntratt li kien skada fl-2020, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5620 u jgħid jekk il-kuntratt li kien skada fl-2020 ingħatax wara sejħa pubblika għall-offerti? Jekk iva, jista’ jgħid meta nħarġet din is-sejħa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
B’referenza għar-risposti tad-domandi 5620 u 4046, ninforma lill-Onor. Interpellant li dak li twieġeb sar wara li ħarġet sejħa pubblika.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet ta’ rinnovar fil-binja
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħlijiet ta’ rinnovar li saru fil-binja li bħalissa qiegħed jokkupa l-Ministeru għat-Turiżmu minn meta din il-binja bdiet tinkera lill-istess Ministeru, maqsuma skont it-tip ta’ xogħol li sar, id-dati li fihom saru x-xogħlijiet, kif ingħata kull kuntratt għax-xogħlijiet li saru u l-ispiża ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ rinnovar li saru fil-Ministeru għat-Turiżmu mill-2022 kienu ta’ natura minuri sabiex l-impjegati tagħna, inkluż dawk tas-Servizz Pubbliku, jaħdmu f’ambjent aħjar, iktar sigur u fl-istess ħin ikunu aktar motivati. Dan filwaqt li x-xogħol kollu sar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni, mingħajr il-bżonn ta’ xiri pubbliku tas-servizzi relatati. Il-materjal għal dan ir-rinnovar li jaqbeż il-€500 inxtara kif ġej:
Deskrizzjoni
Proċedura
Prezz
Light fittings
Sejħa bl-imejl: RfQ/08/2022
€1834.80
Hanging Lights
Procurement Policy Note #32
b) When for technical or artistic reasons, or for reasons connected with the protection of exclusive rights, the services may be provided only by a particular economic operator;
€1082.20
Soffit mounted LED track light and spots with spikes for planter
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: RFQ 18/2022/ RFQ
€795.48
Emergency Lights
Sejħa bl-email: RFQ/10/2022/MFT
€812
Outdoor decking
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/15/2022/CfQ
€9942.40
2 ACs of 24,000 BTUs
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: RFQ/31/2022/MFT_Re-issue
€1306.74
Gypsum Boards
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/10/2022/CfQ
€8,245
Paint
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT/09/2022/CfQ
€756
Kitchenette
Sejħa pubblika fuq l-epps: MFT /11/2022/CfQ
€3136.50
Appliances
Sejħa bl-email wara sejħa pubblika fuq l-epps: RFQ/24/2022/MFT
€1520.34
1 AC of 18,000 BTUs
Sejħa bl-email: RFQ/AC/001/2022
€694.49
Gypsum Fittings
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/597/22 – CMD/630/22 – CMD/715/22
€2281.55
Melamine natural oak
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/713/22
€4400
Core wiring
Sejħa bl-email fejn ġew sottomessi iktar minn 3 offerti validi: CMD/718/22
€1729.41
Qed isir kull sforz possibbli sabiex informazzjoni qabel l-2022 tiġi kumpilata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-kirja fis-sena tal-binja li bħalissa qiegħed jokkupa l-Ministeru għat-Turiżmu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kirja fis-sena hija ta’ €86,369.40 liema ammont jitħallas mill-Ministeru għat-Turiżmu lill-Awtorità tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ “Anti-Harassment Policy” (għal fuq il-post tax-xogħol) teżisti fi ħdan il-Ministeru kif ukoll fi ħdan kull aġenzija u/jew dipartiment li jaqa’ taħt dan il-Ministeru tiegħu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5724, ninfurmaha l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru jimxu wkoll ma’ din il-policy ħlief l-ITS li għandhom il-policy tagħhom.
Financial Incentives for the Audiovisual Industry – għoti ta’ inċentivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4339, 4896 u 5647 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont dettaljat ta’ kull inċentiv li ngħata taħt il-Financial Incentives for the Audiovisual Industry: Cash Rebate mill-2006 sal-2022 s’issa? Għal kull proġett, jista’ jinkludi l-isem tal-proġett, l-isem tal-kumpanija li bbenefikat mill-cash rebate, l-ammont li ngħata mill-Gvern bħala Cash Rebate, l-ispiża diretta tal-film f’Malta u l-ispiża indiretta (fuq riżorsi jew servizzi mill-UE) li kienet eliġibbli għal cash rebate?