Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta - Vetturi b’tinted car glass - Policy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy ta’ Transport Malta għal dawk il-vetturi li għandhom tinted car glass li minħabba fih is-sewwieq tal-vettura ma jidhirx?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, meta jidħol rapport jew uffiċjal jiltaqa’ ma’ każ ta’ vettura b’tinted skur eċċessiv, tinħareġ ċitazzjoni u jidħol rapport intern. Wara dan, tintbagħat ittra bil-posta lis-sid tal-vettura sabiex jingħata appuntament għal spezzjoni ġewwa l-Vehicle Inspection Unit. Jekk waqt l-ispezzjoni jinstab li t-tinted fuq il-vettura mhux konformi mal-livelli permessi, is-sid jista’ ineħħi t-tinted fuq il-post jew fil-każ li dan ma jkunx possibbli, l-Awtorità tagħtih perjodu ta’ żmien sabiex ineħħi t-tinted u jerġa’ jattendi għal spezzjoni oħra. F’dan il-perjodu, titpoġġa restrizzjoni fuq il-vettura, li titneħħa biss wara li l-vettura terġa’ tiġi spezzjonata u konformi mal-liġi.

Baħar iċ-Ċagħaq - Noise pollution - Ilmenti

Question

Fid-dawl ta’ diversi ilmenti minn residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq dwar noise pollution ikkawżat minn vetturi u muturi li jsuqu b’veloċità kbira, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser tieħu Transport Malta biex jinqata’ dan l-inkonvenjent?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fis-sena 2021 l- 85th Percentile Speed fi Triq il-Kosta Baħar iċ-Ċagħaq kien ta’ 88km/h northbound u southbound kien 84km/h għall-karozzi tal-passiġġieri, u 109km/h għall-muturi. Fl-istess sena fl-2021, id- Day-Eve-Night Noise Indicators (Lden) maħruġa mill- Environmental Resources Authority juru lil kien hemm xi residenzi biswit Triq il-Kosta fejn tali 24-hours-Annual-Average kien ta’ 60-64dB. Kif ukoll in- Nighttime-Annual-Average (Lnight) kien ta’ 60-64dB. Sussegwentament ġew installati speed cameras addizjonali fi Triq il-Kosta għal Posted Speed Limit ta’ 60km/h. F’Diċembru tas-sena 2023 Transport Malta għamlet speed survey ieħor fein l- 85th Percentile Speed ta’ Triq il-Kosta kien ta’ 61km/h northbound u 64km/h southbound .  Dan it-tnaqqis tal- 85th Percentile Speed ifisser li sar tnaqqis fil-ħsejjes mill-vetturi w muturi ta’ madwar 40% li jikkorrispondi sa massimu ta’ tnaqqis ta’ 5dB. Ħsejjes li jirriżultaw minn vetturi w muturi b’sewqan eċċessiv ikunu minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal- Posted Speed Limit u jkunu suġġetti għall-miżuri t’infurzar kif applikabbli.  F’din iż-żona jsiru diversi spezzjonijiet min-naħa tas- Sezzjoni tal-Infurzar ta’ Transport Malta.

Il-Fgura – Triq Mater Boni Consiglii – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati fi Triq Mater Boni Consiglii, l-Fgura viċin l-iskola primarja tal-Gvern u l-ġnien Patri Redent Gauci, peress li kull meta tagħmel ix-xita din iż-żona tegħreq u hija ta’ inkonvenjent u possibbilment ta’ periklu għar-residenti u l-istudenti li jattendu l-iskola?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.  Infrastructure Malta se tkun qed tirrevedi il-livelli tat-triq biex ikunu jista’ jiġi implimentat livell ta’ asfalt adegwat minħabba l-ilma li jinġabar f’din iż-żona.

Ras Ħanżir - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fuq moll ġdid u xogħol ieħor f’Ras Ħanżir f’dawn l-aħħar xahrejn? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk dan ix-xogħol sarx permezz ta’ direct order; ii.    x’hemm ippjanat li jsir fil-ġimgħat li ġejjin; u iii.    jekk ix-xogħol li ser isir fil-ġimgħat li ġejjin huwiex ser isir permezz ta’ direct order?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30522.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

San Ġiljan – Triq Ċensu Tabone u Triq il-Kbira – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29437 u 30692 dwar l-għoti ta’ tarmac fi Triq Censu Tabone, f’San Ġiljan, fejn intqal li ġie maqbul li x-xogħlijiet “jitkomplew wara l-perjodu turistiku tas-sajf, ċjoè għall-bidu ta’ Ottubru 2025.” u “li x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.”, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati ta’ meta ser isiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu mgħoddija xi servizzi f’toroq oħrajn fl-istess l-akwata u għaldaqstant qed issir kordinazzjoni kemm mal-kuntratturi kif ukoll mal-entitajiet ikkonċernati sabiex tiġi stabbilita’ data ta’ meta imbgħad jista’ jingħata l-asfalt fit-toroq kollha kkonċernati.

Ħal Qormi - Triq il-Wied - Drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed jagħmel biex tiġi riżolta minnufih il-problema kbira li qed jiffaċċjaw ir-residenti Qriema kull darba li tagħmel ħalba xita u jfur id-drenaġġ fi Triq il-Wied, Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi - Triq l-Imdina - Drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed jagħmel biex tiġi riżolta minnufih il-problema kbira li qed jiffaċċjaw ir-residenti Qriema kull darba li tagħmel ħalba xita u jfur id-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Liċenzji tas-sewqan tal-Kategorija B u C

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li ladarba tinkiseb il-liċenzja tas-sewqan Kategorija B, il-liċenzja internazzjonali ma tibqax valida, anke jekk tkun għadha m’għaddietx sena mill-perjodu tal-validità tagħha? Jekk hu hekk, peress li fil-prattika l-liċenzji Kategorija B u Kategorija C ma jistgħux jinkisbu fl-istess ħin, jista’ l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu xi miżuri biex l-employers ta’ dawn ix-xufiera ma jkunux kostretti li jżommu lill-impjegati milli japplikaw għal-liċenzja Kategorija B bil-konsegwenza li wara sena jitilfuhom għax ma jkunux jistgħu joperaw aktar?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Liċenzji tas-sewqan tal-Kategorija B u C

Question

Peress li wieħed irid jikseb il-liċenzja tas-sewqan Kategorija B qabel iġib il-liċenzja Kategorija C (li hija meħtieġa biex jinstaqu ħafna mill-vannijiet tal-kunsinna), u fid-dawl li l-istennija biex jinkisbu dawn il-liċenzji tagħmilha kważi impossibbli biex it-tnejn jinkisbu fi żmien sena, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu minn Transport Malta biex titnaqqas l-istennija, partikolarment għaliex il-liċenzja internazzjonali hija valida għal sena biss?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Trasport pubbliku - Rotta numru 62 - Waqfa ‘Is-Siġġiewi’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30940 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta numru 62 tasal fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ li tinsab maġenb il-knisja tas-Siġġiewi? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħinijiet li fihom ir-rotta 62 waslet fuq il-waqfa ‘Is-Siġġiewi’ minn mindu inbidlet ir-rotta f'dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fir-rotta 62 seħħ fis-sbatax ta Settembru 2025. Il- puntwalita’ ta’ din ir-rotta mill-Belt Valletta sa s-Siġġiewi, bejn is-17 u s-26 ta’ Settembru 2025 kienet ta’ tmenin fil-mija. Din ir-rotta, fi triqtha mill-Belt Valletta, hija skedata li tasal fuq il-bus stop “Siggiewi” hekk kif muri fit-tabelli segwenti. Fost il-Ġimgħa 05:48 06:08 06:23 06:38 06:53 07:08 07:23 07:38 07:53 08:08 08:23 08:38 08:53 09:08 09:23 09:38 09:53 10:08 10:23 10:38 10:53 11:08 11:23 11:38 11:53 12:08 12:23 12:38 12:53 13:08 13:23 13:38 13:53 14:08 14:24 14:39 14:54 15:09 15:24 15:39 15:54 16:11 16:26 16:41 16:56 17:11 17:26 17:41 17:54 18:09 18:24 18:44 19:15 19:45 20:15 20:45 21:15 21:44 22:14 Sibtijiet 05:47 06:17 06:44 07:17 07:47 08:17 08:47 09:17 09:47 10:17 10:47 11:17 11:47 12:17 12:47 13:17 13:47 14:17 14:47 15:17 15:47 16:17 16:47 17:17 17:47 18:17 18:47 19:17 19:47 20:17 20:47 21:17 21:47 22:34 23:04 Ħdud u Festi 05:46 06:16 06:46 07:16 07:46 08:16 08:46 09:16 09:46 10:16 10:46 11:16 11:46 12:16 12:46 13:16 13:46 14:16 14:46 15:16 15:46 16:16 16:46 17:16 17:46 18:16 18:46 19:16 19:46 20:16 20:46 21:16 21:46 22:31 23:01

Il-Qawra - Triq il-Qawra - Riħa ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sarux investigazzjonijiet peress li qed ikun hemm riħa ta’ drenaġġ fi Triq il-Qawra ħdejn il-lukanda Qawra Palace Hotel?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Karozzi elettriċi - Grants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif persuni li applikaw għall-grant tal-karozzi elettriċi sa minn Frar 2025 għadhom sal-lum ma rċevewx il-grant tagħhom, minkejja li għaddew seba’ xhur mill-applikazzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Awtorità qed tibgħat il-ħlasijiet tal-grants lis-sidien li rreġistraw vettura li taħdem bl-elettriku u applikaw f’Mejju li għadda.  L-Awtorità kommessa li sal-aħħar ta’ Ottubru tkun ħallset il-maġġor parti tal-applikazzjonijiet pendenti.

Pembroke - Livell għoli ta’ trab u storbju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet f’Pembroke marbuta mal-livell għoli ta’ trab u storbju li qed ikun hemm waqt il-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Raħal Ġdid - Ġnien Tony Bezzina - Skatepark

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26967, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fl-iskateboard park fi Ġnien Tony Bezzina, f’Raħal Ġdid?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bini tal-iskatepark fi Triq Ġnien Bezzina, Raħal Ġdid huwa lest. Bħalissa qiegħed isir xogħol addizzjonali li jikkonsisti f’bini ta’ ħitan, servizzi u landscaping fuq is-sit.

Il-Fgura - Cottonera Avenue - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li ser idum għaddej ix-xogħol f’Cottonera Avenue, il-Fgura?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol hu previst li jkun lest sat-tieni nofs tas-sena 2026 sakemm ma jkunx hemm problemi li ma kienux previsti.

Pembroke - Restawr fuq it-Torri tal-Arloġġ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28314 u jgħid jekk hemmx ħsieb li t-Torri tal-Arloġġ li hemm f’Pembroke, mibni fl-1903, jiġi restawrat?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28554.

Swimming zones

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30554, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-talbiet relatati mas-swimmers’ zones li ġew approvati u liema għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlett talbiet approvati kienu tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, tal-Kunsill Lokali tal-Għasri u talba tal-Harbour Master.  Żewġ talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u talba oħra minn entita’ privata li għadhom pendenti.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Ħaddiema full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu full-time u part-time ma’ kull dipartiment u/jew entità li taqa’ taħtu matul is-snin 2012, 2013, 2016, 2018, 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 30776.

L-Imġarr - Triq Sir Harry Luke - Studji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fuq l-istudji li kienu qed isir wara petizzjoni mressqa minni rigward Triq Sir Harry Luke u l-madwar, fl-Imġarr? Jista’ jipprovdi kopja u lista tal-istudji li saru?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30463, infakkru li l-petizzjoni mressqa hija dwar Triq Sir Temi Zammit u mhux Triq Sir Harry Luke.