Pembroke — Awtorità tal-Ippjanar - permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Pembroke u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Pembroke.
Baħar iċ-Ċagħaq — Awtorità tal-Ippjanar - permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp f'Baħar iċ-Ċagħaq fil-limiti tal-lokalità tan-Naxxar u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżistix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità ta' Baħar iċ-Ċagħaq.
Awtorità tal-Ippjanar – Reviżjoni tal-Pjani Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-Pjani Lokali mill-Awtorità għall-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ għażliet differenti.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — miri tal-Horizon 2020
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9291 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid:
a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra;
b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u
ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?
Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta':
a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u
b) nisa fuq advisory board?
Il-Mosta — Triq il-Fortizza - tkomplija ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalfejn xogħol fuq Triq il-Fortizza, il-Mosta, ma tkompliex biex jinkludi l-parti tal-istess triq li tagħmel parti min-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq il-Fortizza tal-Mosta, li tgħaqqad il-Mosta mal-inħawi t’Alla u Ommu, in-Naxxar hija twila madwar 1.6 kilometri. Minħabba f’hekk, il-pjanijiet minn Infrastructure Malta għax-xogħlijiet f’din it-triq mill-bidu kienu li ssir fi tliet fażijiet.
Medda twila mit-triq, min-naħa tal-Pont ta’ Wied il-Għasel, il-Mosta, tlestiet fl-ewwwel żewġ fażijiet billi ġiet irranġata u nksiet bl-asfalt. L-aħħar parti, in-naħa tar-roundabout tat-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar, se ssir fiż-żmien li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq Triq San Pawl fin-Naxxar, liema triq saret traffikuża ħafna u fiha ħsarat konsiderevoli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis, bl-inqas diffikultajiet għall-pubbliku.
F’Jannar li għadda, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Uħud minn dawn it-toroq diġà qed jitlestew u minflokhom diġà beda x-xogħol fuq aktar toroq. Fl-istess waqt, għadha kemm tħabbret it-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra. Aktar toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla jitħabbru fix-xhur li ġejjin.
Infrastructure Malta tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li sar xogħol fuqhom minn Infrastruttura Malta fil-lokalità tan-Naxxar fis-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li malli twaqqfet fis-sajf tal-2018, Infrastructure Malta bdiet minnufih twettaq ħafna ħidmiet biex tilħaq il-mira li pajjiżna jagħmel qabża kbira ‘l quddiem fil-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna. Filwaqt li rrevediet il-pjanijiet ta’ diversi proġetti kapitali kbar, sabiex jitlestew qabel, l-aġenzija bdiet ħidma intensiva biex tippjana l-bidu ta’ għadd ta’ investimenti kbar oħra, fosthom it-twettiq tal-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tat-toroq residenzjali f’pajji¿na fis-snin li ġejjin.
Għalkemm l-ewwel ftit xhur ta’ Infrastructure Malta kienu kkaratterizzati minn xogħlijiet f’għadd ta’ toroq arterjali, saru wkoll xogħlijiet f’diversi toroq residenzjali u rurali f’bosta lokalitajiet madwar il-pajjiż, fosthom fil-lokalità tan-Naxxar. Dawn kienu jinkludu xogħol fit-Telgha ta’ Alla u Ommu, Triq Wied Filep, Triq Santa Fawstina ta’ Kowalska, parti min Triq il-Fortizza tal-Mosta u Triq Tal-Balal, fost oħrajn. Sar ukoll titjib kbir fit-toroq ewlenin tal-inħawi bejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija, l-Iklin u n-Naxxar, filwaqt li nbena parkeġġ ġdid ħdejn ir-Riserva Naturali tas-Salina. Saru wkoll xogħlijiet oħra ta’ manutenzjoni kontinwa u ta’ tiswijiet ta’ tabelli, crash barriers, żebgħa tat-triq u tiswijiet tal-asfalt f’ħafna toroq oħra.
Fl-istess żmien, Infrastructure Malta iffinalizzat ukoll l-ippjanar u t-tħejjijiet neċessarji għall-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun. Dan l-istadju ta’ ppjanar u konsultazzjoni ma’ kunsilli lokali u entitajiet oħra, fosthom dawk li għandhom pajpjiet, katusi, cables u servizzi oħra mgħoddija taħt l-istess toroq, kien kruċjali sabiex malli bdiet is-sena l-ġdida, mill-ewwel beda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tal-ewwel toroq residenzjali f’diversi lokalitajiet. Fil-fatt, f’Jannar stess, bdew isiru mill-ġdid 31 triq. Fost il-290 triq residenzjali fiż-żewġ listi ta’ toroq li fihom ser jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid din is-sena, u li x-xogħol ta’ ppjanar tagħhom beda fl-2018, hemm parti minn Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq il-Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Triq il-Magħtab, Triq Leli Falzon u Triq Ġdida fi Triq tat-Tarġa (il-Magħtab), li lkoll jinsabu fil-lokalità tan-Naxxar.
Kmieni din is-sena beda wkoll il-proġett li tant kien ilu jiġi mitlub, u li Infrastructure Malta temmet l-ippjanar tiegħu fl-2018, sabiex issir roundabout ġdida u sistemi ta’ kontra l-għargħar f’waħda mid-daħliet tan-Naxxar, fit-tarf ta’ Vjal il-Labour.
Il-Belt — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Belt fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Il-Belt — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Belt li hemm pendenti bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Tal-Pietà — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Pietà fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Tal-Pietà — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Pietà li hemm pendenti bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Santa Venera — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità ta’ Santa Venera fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Santa Venera — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità ta’ Santa Venera li hemm pendenti bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Tas-Sliema — Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' Tas-Sliema u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 499 applikazzjoni għal żvilupp f'tas-Sliema li kienu jirrikjedu ħlas ta’ Kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS). Mis-somma dovuta, tħallsu €445,239.26 u l-ammont dovut ġie kkalkulat fuq il-213 spazju ta' parkeġġ li ma ġiex provdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.
L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kundizzjoni standard relatata mas-CPPS.
Approved Applications
Year
Total
2013
33
2014
24
2015
48
2016
110
2017
123
2018
136
2019
25
Grand Total
499
San Ġiljan – Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità ta' San Ġiljan u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mill-1 ta' Jannar 2013 sat-28 ta' Frar 2019 l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 356 applikazzjoni għal żvilupp f'San Ġiljan li kienu jirrikjedu ħlas ta’ kontribut lejn il-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS). Mis-somma dovuta, tħallsu €3,126,866.66 u l-ammont dovut ġie kkalkulat fuq il 1728 spazju ta' parkeġġ li ma ġiex provdut fis-siti koperti bil-permessi relevanti.
L-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi annessa hawn taħt. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet, deċiżi bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-28 ta' Frar 2019 li kienu jinkludu l-kundizzjoni standard relatata mas-CPPS.
Approved Applications
Year
Total
2013
19
2014
26
2015
28
2016
82
2017
100
2018
91
2019
10
Grand Total
356
Gżira – Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal żvilupp
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm approvat permessi l-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità tal-Gżira u li kienu jirrikjedu l-ħlas tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont totali li tħallas lill-Awtorità tal-Ippjanar u n-numru ta' spazji għal parkeġġ li abbażi tagħhom ġie kkalkulat l-ammont dovut lill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma teżstix Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) fil-lokalità tal-Gżira.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema dritt Infrastructure Malta qed tagħmel sfreġju gravi f’Wied l-Isqof, limiti tar-Rabat, fejn qed tinqered il-biodiversità mħallsa minn flus pubbliċi u dawk tal-UE billi tant kemm qed isir twessigħ ta’ passaġġi miksija bil-konkos li jistgħu anke jgħaddu tliet u erba’ vetturi ħdejn xulxin (three u four lane) u billi tant kemm niżlu ’l isfel li nkixfet il-ħamrija li fuqha qed iżomm il-ħajt tas-sejjiegħ li spiċċa waqa’ f’partjiet minnu u fejn is-sodda tal-wied saret gandott? Dan hu l-mod kif qed iħares l-ambjent?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma sabiex ittejjeb il-kwalità tat-toroq tal-pajjiż, fosthom toroq arterjali, toroq residenzjali u anke toroq rurali li jintużaw mill-bdiewa sabiex jaslu għall-għelieqi tagħhom.
L-aġenzija qed twettaq għadd ta’ proġetti sabiex tibni mill-ġdid mal-40 kilometru ta’ toroq fil-kampanja, li sfortunatament kienu tħallew mitluqa bla ebda manutenzjoni għal snin twal. Ħafna bdiewa f’diversi partijiet ta’ Malta kien ilhom snin twal jitolbu lill-awtoritajiet jgħinuhom fil-ħidma tagħhom billi jipprovdulhom aċċess aktar sikur għall-għelieqi li jaħdmu. Fl-istess waqt, dawn it-toroq fil-kampanja jintużaw ħafna wkoll minn dawk li jħobbu jmorru xi passiġġata, ġirja jew dawra bir-rota fl-inħawi. Ix-xogħlijiet li qed issir referenza għalihom jiffurmaw parti minn dan l-investiment bla preċedent tal-Gvern fit-toroq rurali.
Il-wiċċ eżistenti tat-toroq li qed jinbnew mill-ġdid, li jkun tal-konkos, asfalt jew materjal ieħor ħafna drabi jkun fi stat ħażin ħafna minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni jew għax ma jkunx sar fuq sisien sodi fil-passat. Minflok l-uċuh tat-toroq eżistenti qed isiru pedamenti aktar b’saħħithom u saffi ta’ wiċċ it-triq ġodda. F’postijiet fejn mal-ġnub tat-triq maż-żmien inġemgħet ħamrija li taqa’ mill-għelieqi, skart u materjal ieħor, kien meħtieġ li jsir tindif sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir b’mod tajjeb u li jservi aktar. Ħaxix li jikber mill-uċuh imkissra tat-triq ikollu jitneħħa wkoll meta jinqalgħu l-istess uċuh.
Ix-xogħol tal-bini mill-ġdid ta’ dawn it-toroq isir fl-istess spazju meħud mill-wisgħa tat-triq eżistenti. L-allegazzjonijiet li xi passaġġi twessgħu b’mod li “jistgħu jgħaddu tliet jew erba’ vetturi ħdejn xulxin” jew li waqgħu xi ħitan tas-sejjieħ minħabba x-xogħlijiet huma faloz. Madankollu, Infrastructure Malta ħadet nota tat-tħassib li nwera dwar ix-xogħol li sar u ddiskutiehom bir-reqqa mal-awtoritajiet tal-ambjent. Fost oħrajn, ġew identifikati miżuri addizzjonali li jistgħu jittieħdu sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-ambjent naturali mal-ġnub tal-istess triq.
Infrastructure Malta ser tkompli għaddejja bil-ħidma kontinwa sabiex twettaq il-pjan fit-tul biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità, effiċjenti u sostenibbli, hekk kif jixraq lill-familji u n-negozji f’Malta u Għawdex.
Il-Marsa — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Marsa fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Il-Marsa — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp fil-lokalità tal-Marsa li hemm pendenti bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.
Il-Ħamrun — lista ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji sħaħ ta’ applikazzjonijiet għal żvilupp li ġew approvati fil-lokalità tal-Ħamrun fl-2017, fl-2018 u fl-2019 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn 31 domanda mressqa f’daqqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.